MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Il-Westerns b'atturi veterani ta' fama li pproduċa mal-Paramount kienu dawn: 1963 – Law Of e Lawless dirett minn William F. Claxton bil-ħin ta' 87 minuta. Jaħdmu Dale Robert- son (City Of Bad Men), Yvonne De Carlo (e Ten Commandments), Bruce Cabot, John Agar, Richard Arlen, Lon Chaney Jr. u William Bendix. Pistolero li sar imħallef jaffaċċja theddid minn ħabib antik meta lit-tifel tiegħu jaqtagħhielu għall-mewt f 'ġuri dwar qtil. 1964 – Stage To under Rock dirett minn William F. Claxton bil-ħin ta' 82 minuta. Jaħdmu Barry Sullivan (Forty Guns), Marilyn Maxwell (Critics' Choice), Scott Brady (Johnny Guitar) u Lon Chaney Jr. Xeriff anzjan jiġi f 'pożizzjoni li jkollu jarresta lil missier kriminal ta' żewġ subien li trabba magħhom. 1964 – Young Fury dirett minn Christian Nyby bil-ħin ta' 80 minuta. L-atturi huma Rory Calhoun (River Of No Return), Virginia Mayo (e Best Years Of Our Lives), William Bendix, Lon Chaney Jr., Richard Arlen u John Agar. Pistolero veteran jerġa' lura lejn daru u jsib li t-tifel imdejjaq tiegħu qed imexxi gang ta' żgħażagħ sfrattati li qed iwerwru l-kampanja. 1964 – Black Spurs dirett minn R. G. Springsteen bil-ħin ta' 81 minuta. Jidhru Rory Calhoun, Linda Darnell (A Letter To ree Wives), Terry Moore, Scott Brady (ħabib kbir ta' A. C. Lyles), Lon Chaney Jr., Richard Arlen, Bruce Cabot u DeForest Kelley. Wieħed raġel isir kaċċatur ta' kriminali li għandhom prezz fuq rashom biex jaqla' flus biżżejjed ħalli jiżżewweġ lill-mara li jħobb. Meta jerġa' lura lejn Kansas isib li żżewġet lix-Xeriff tal-post. Għalhekk, ilesti pjan biex iqajjem l-inkwiet. 1965 – Town Tamer dirett minn Lesley Selander bil-ħin ta' 89 minu- ta. Jidhru Dana Andrews (State Fair (1945), Terry Moore (Come Back Little Sheba), Pat O'Brien, Lon Chaney Jr., Bruce Cabot, Lyle Bettger u Richard Arlen. Wieħed ħafif fuq il-pistola jkun imqabbad inaddaf belt fuq il-fruntiera fejn il-liġi ma teżistix. Però madwaru jsib forzi li jridu jżomm il-belt f 'dan l-istat. 1965 – Apache Uprising dirett minn R. G. Springsteen bil-ħin ta' 90 minuta. Jaħdmu Rory Cal- houn, Corinne Calvet (What Price Glory), John Russell, Lon Chaney Jr., Richard Arlen u DeForest Kelley. Gruppi varji ta' passiġġieri u ħallelin li jkunu jivvjaġġaw minn territorju tal-Indjani jingħaqdu flimkien meta jattakkawhom l-Apaches. 1966 – Johnny Reno dirett minn R. G. Springsteen bil-ħin ta' 83 minuta. L-atturi huma Dana Andrews, Jane Russell (Gentlemen Prefer Blondes), Lon Chaney Jr., John Agar, Lyle Bettger u Rich- ard Arlen. In-nies tal-belt ikunu ppreparati li jagħlqu lil wieħed akkużat bi qtil li jinsab fiċ-ċella tax-Xeriff. Imma l-Marixxal tal- post li hu Johnny Reno jiqfilhom. 1966 – Waco. Jerġa' jidderieġi R. G. Springsteen bil-ħin ta' 85 minu- ta. Jaħdmu Howard Keel (Seven Brides For Seven Brothers u Annie Get Your Gun), Jane Russell, Brian Donlevy, Wendell Corey, Terry Moore, John Smith, John Agar, Richard Arlen u DeForest Kelley. Ċittadini ta' belt fejn il-liġi ma teżis- tix jitolbu lill-Gvernatur tal-Istat biex jagħti maħfra lil wieħed ġellied maqful fil-ħabs biex jordnawh Xeriff, imma setturi varji tal-belt jippjanaw biex joqtlu lix-Xeriff il- ġdid u jieħdu pussess tal-post. 1966 – Red Tomahawk. Għal darb'oħra jidderieġi R. G. Spring- steen bil-ħin ta' 82 minuta. Jidhru Howard Keel, Joan Caulfield (e Rains Of Ranchipur), Broderick Crawford (All e King's Men), Scott Brady, Wendell Corey u Richard Arlen. Kaptan tal-armata jipprova jikkonvinċi lill-abitanti ta' villaġġ biex ituh żewġ machine guns biex jattakka lill-Indjani. 1976 – Hostile Guns. Id-diret- tur hu l-istess R. G. Springsteen u l-ħin ta' 91 minuta. L-atturi huma George Montgomery (Man From God's Country), Yvonne De Carlo, Tab Hunter (Battle Cry), John Rus- sell, Brian Donlevy, Leo Gordon u Richard Arlen. Marixxal Amerikan jittrasferixxi vagun mimli kriminali għall-ħabs tal-istat u jsib li fosthom hemm passiġġiera mara li darba kien iħobb. 1967 – Fort Utah. Dirett minn Lesley Selander bil-ħin ta' 81 minu- ta. Jaħdmu John Ireland (Gunfight At e OK Corral), Scott Brady, John Russell, Richard Arlen u Jim Davis. Wieħed li kien ħafif fuq il-pistola jmur kontra raġel li qed iqajjem l-inkwiet mal-Indjani biex isir sinjur. 1968 – Arizona Bushwhackers. Jerġa' jidderieġi Lesley Selander bil-ħin ta' 87 minuta. Jidhru How- ard Keel, Yvonne De Carlo, John Ireland, Marilyn Maxwell, Scott Brady u Brian Donlevy. Wieħed li kien spija tal-Konfederati fil-Gw- erra Ċivili Amerikana jieħu l-post ta' Xeriff f 'belt bla liġi fejn in-nies jobogħduh u fejn sid ta' ħanut tax- xorb ibigħ armi li xi Indjani ribelli. 1968 – Buckskin. Dirett minn Michael D. Moore bil-ħin ta' 97 minuta. L-atturi huma Barry Sullivan, Joan Caulfield, Wendell Corey, Barbara Hale, Lon Chaney Jr. (jerġa' jidher wara marda), John Russell, Richard Arlen u Leo Gor- don. F'dan l-aħħar Western ta' A. C. Lyles insibu Marixxal li jeħodha ma' lagħbi korrott u l-paladini tiegħu li jikkontrollaw il-belt, iżda jiltaqa' ma' xi reżistenza miċ-ċit- tadini tal-belt meta jitlobhom għajnuna. Kif tistgħu tinnotaw ħafna char- acter actors għamlu diversi dehriet f 'dawn it-13-il western prodotti minn A. C. Lyles. Ipproduċa wkoll films ta' ġeneri oħrajn mhux kollha ma' Paramount Pictures, bħal Raymie (1961), e Young And e Brave (1963), Rogue's Gallery (1968), Night Of e Lepus (1972) u e Hunt For Red October (1990) fejn kien biss konsulent. Fit-3 ta' Mejju 1968 Lyles ingħata stilla fil-Hollywood Walk of Fame, f 'Hollywood Boulevard. Għall-kontribuzzjonijiet tiegħu Paramount semmew binja għalih. Wara mewtu ħafna personaġġi ta' din l-industrija baqgħu jiakruh bħala ġentlom li l-preżenza tiegħu fl-istudios dejjem kienet imprez- zabbli. 34 films IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 • illum Carmel Bonnici A. C. Lyles – Direttur ta' diversi Westerns b'atturi veterani IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li SPIŻERIJI MIFTUĦIN GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 MAY 2026