MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

JAELLE BORG Fil-5:30 ta' filgħodu tat-Tlieta, din il-gazzetta ngħaqdet ma' tim ta' BirdLife Malta hekk kif il-voluntiera bdew jinġabru f 'punt ta' laqgħa qabel ma telqu lejn diversi hotspots tal-kaċċa madwar Malta bħala parti mill- operazzjoni Spring Watch. Ir-ronda kienet immexxija mill-Kap tal-Konservazzjoni ta' BirdLife Malta Nicholas Barbara flimkien ma' Alice Tribe, koor- dinatriċi tal-Konservazzjoni, li matul in-nofsinhar tat-Tlieta kienu qed jikkordinaw oss- ervazzjonijiet f 'żoni differenti tal-kampanja Maltija. L-ewwel pjan kien li t-tim imur lejn il-Madliena, iżda minħabba bidla fid-direzzjoni tar-riħ, il-pjan kellu jinbidel fl-aħħar minuta u t-timijiet tqa- ssmu lejn postijiet oħra, fosthom l-inħawi tar-Rabat u żoni rurali oħra magħrufa għall-attività tal-kaċċa. BirdLife Malta torganizza Spring Watch kull sena matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa. L-operazzjoni tinvolvi timijiet ta' bejn żewġ u erba' volunti- era mqassmin madwar Malta u Għawdex f 'punti strateġiċi li jagħtu fuq hotspots magħr- ufa tal-kaċċa. L-għan huwa li josservaw l-attività tal-kaċċaturi u jirrappurtaw kwalunkwe ille- galità lill-awtoritajiet. L-istaġun tal-kaċċa fir-reb- biegħa fetaħ fit-13 ta' April u dam tliet ġimgħat, sat-3 ta' Mejju. Matul dan il-perjodu, il-kaċċa għall-gamiem u s-sum- mien hija permessa taħt regola- menti speċifiċi, filwaqt li speċi oħra migratorji jibqgħu protetti bil-liġi. Hekk kif beda jidher l-ewwel dawl tax-xemx, diversi kaċċa- turi setgħu jidhru mifruxa fuq għelieqi u għoljiet differenti fil-kampanja. Permezz ta' trom- bi, it-tim ta' BirdLife Malta beda josserva l-attività minn distanza. Waqt ir-ronda, it-tim osserva allegata illegalità relatata ma' dik li tissejjaħ bird calling. Bird calling hija prattika ille- gali li tinvolvi l-użu ta' apparat elettroniku jew tekniku li jimita l-ħsejjes tal-għasafar biex jiġb- duhom lejn iż-żona tal-kaċċa, sabiex ikunu aktar faċli biex jintlaqtu. Malli ġiet identifikata l-attivi- tà, ikkuntattjaw immedjatament lill-awtoritajiet biex jirrappurtaw il-każ u taw id-dettalji tal-post fejn kien qed jinstema' l-apparat. Madankollu, l-awtoritajiet ma laħqux wasslu fuq il-post hekk kif il-persuna allegata- ment involuta kienet diġà telqet wara li ndunat li kienet qed tiġi osservata. Matul din il-ġurnata din il-ġazzetta osservat ukoll diversi mumenti ta' tensjoni. Permezz ta' trombi setgħu jiġu osservati xi individwi jagħmlu ġesti offensivi fid-direzzjoni tal-ħaddiema ta' BirdLife Malta waqt li dawn kienu qed joss- ervaw iż-żoni tal-kaċċa. Nicholas Barbara spjega kif dawn is-sitwazzjonijiet mhumiex iżolati u li kull sena xi voluntiera jiltaqgħu ma' ostilità jew intim- idazzjoni waqt l-operazzjonijiet ta' Spring Watch. Huwa qal li minkejja dawn l-esperjenzi, jibqgħu għad- dejjin bix-xogħol tagħhom biex jiddokumentaw dak li jkun qed iseħħ matul l-istaġun tal-kaċċa u biex jirrappurtaw kwalunkwe illegalità lill-awtoritajiet. BirdLife Malta ilha snin twissi dwar l-impatt tal-kaċċa illegali fuq dawn l-ispeċi migratorji, partikolarment waqt ir-reb- biegħa meta l-għasafar ikunu qed jirritornaw lejn l-Ewropa. Fi stqarrija maħruġa fi tmiem l-istaġun tal-kaċċa, BirdLife Malta qalet li matul din is-sena ġew irkuprati mill-inqas 14-il għasfur bi ġrieħi kkawżati minn tiri ta' senter, fosthom diversi speċi protetti bħal seqer tal-pas- sa, pagu, kokka u bufula żgħira. L-organizzazzjoni qalet ukoll li l-illegalitajiet żdiedu b'mod partikolari matul l-aħħar ġimgħa u nofs tal-istaġun, filwaqt li sostniet li l-preżenza tal-infurzar għadha insuffiċjenti biex twaqqaf il-qtil illegali ta' għasafar protetti. BirdLife Malta semmiet ukoll każ ta' seqer li kien ġie rriabilitat wara li kien intlaqat illegalment is-sena li għaddiet u li aktar tard instab mejjet wara li t-tracker tiegħu waqaf f 'Miżieb waqt l-istaġun tal-kaċċa. Hekk kif bdiet tavvanza l-ġur- nata u l-kampanja bdiet timtela aktar moviment, it-timijiet ta' Spring Watch komplew jissor- veljaw iż-żoni tagħhom, lesti biex jirrappurtaw kwalunkwe illegalità oħra li setgħet isseħħ. 36 Ġurnata ma' BirdLife Malta waqt Spring Watch Mill-5:30 ta' filgħodu sa waranofsinahr, dan il-ġurnal ingħaqad mal-Kap tal- Konservazzjoni ta' BirdLife Malta Nicholas Barbara waqt ronda ta' Spring Watch madwar hotspots tal-kaċċa f'Malta aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 • illum BirdLife Malta qalet li matul din is-sena ġew irkuprati mill-inqas 14-il għasfur bi ġrieħi kkawżati minn tiri ta' senter Ritratt, gamiema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 MAY 2026