Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988
JAELLE BORG Il-Partit Laburista nieda uffiċjalment il-manifest elettorali tiegħu waqt konferenza politika li saret il-Ġimgħa filgħaxija, fejn ippreżenta viżjoni mifruxa fuq diversi oqsma bil-għan li, skont il-partit, tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin fis-snin li ġejjin. Bit-tema "Int Malta. Il-ħol- ma tiegħek. Il-proġett tagħna.", il-manifest jiġbor fih mijiet ta' proposti marbuta mal-ekonomija, ix-xogħol, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-ambjent, it-trasport u l-governanza, filwaqt li l-Partit Laburista qed jippreżen- tah bħala pjan fit-tul li jħares lejn Malta sal-2050. Fil-messaġġ introduttorju tal-manifest, il-PL sostna li l-aħħar 13-il sena wasslu għal tkabbir ekonomiku b'saħħtu, aktar imp- jiegi u aktar investiment fil-familji u n-negozji. Il-partit qal li dawn ir-riżultati taw il-pedament biex pajjiżna "jagħmel il-qabża li jmiss" fil-kwalità tal-ħajja. Fost il-miri ewlenin imħabbra hemm impenn biex il-benesseri tal-familji jitjieb b'aktar minn 25%, li Malta titla' fost l-ewwel għaxar pajjiżi fid-dinja fil-kejl tal-iżvi- lupp uman tan-Nazzjonijiet Uniti sal-2050, u li d-dħul disponibbli tal-familji Maltin u Għawdxin jilħaq 135% tal-medja Ewropea. Il-PL qed iwiegħed ukoll li jżomm rata baxxa ta' qgħad qrib it-3%, filwaqt li sostna li fil-ħames snin li ġejjin l-ekonomija Maltija għandha tkompli tikber b'rata medja ta' 4% fis-sena. Parti ċentrali tal-manifest hija l-introduzzjoni ta' dak li l-PL qed isejjaħlu "Indiċi tal-Benesseri", li għandu jkejjel mhux biss it-tkab- bir ekonomiku iżda wkoll aspetti oħra relatati mal-kwalità tal-ħajja bħas-saħħa, il-ħin liberu, l-amb- jent, l-akkomodazzjoni, il-parteċi- pazzjoni ċivika, u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. Il-partit sostna li dan l-indiċi huwa maħsub biex ikejjel "kemm il-ġid jinħass fil-ħajja ta' kuljum" u qal li l-miżuri proposti għand- hom iwasslu għal titjib sostanzjali fil-kwalità tal-ħajja tal-poplu. Fil-qasam ekonomiku, il-PL qed jagħti prijorità lill-iżvilupp ta' set- turi ġodda ta' valur miżjud għoli, fosthom l-intelliġenza artifiċjali, il-blockchain, il-qasam spazjali, il-fintech, il-manifattura avvanzata u s-semiconductors. Il-manifest jisħaq fuq il-ħtieġa li Malta tattira investiment "ta' kwalità" li joħloq impjiegi professjonali u b'inqas pressjoni fuq l-infrastruttura. Il-PL qed iwiegħed investiment annwali ta' €100 miljun fid-diġital- izzazzjoni u fl-użu ta' teknoloġiji emerġenti bħall-AI, is-sigurtà ċibernetika, il-quantum comput- ing u r-robotika, filwaqt li qal li Malta għandha ssir "l-aktar pajjiż AI-friendly fl-Ewropa". Il-manifest jinkludi wkoll diver- si miżuri favur in-negozji żgħar u medji. Fosthom hemm proposta biex kumpaniji b'turnover sa €1 miljun ikunu ntaxxati b'rata ta' 25% flok 35% fuq profitti reinves- titi, kif ukoll skema ġdida SME- Boost għal persuni self-employed. Il-partit qed iwiegħed ukoll ak- tar simplifikazzjoni fil-burokrazija permezz ta' servizzi diġitali, busi- ness portal ġdid u one-stop-shop għan-negozji, filwaqt li sostna li se jkompli jaħdem biex in-ne- gozji jkollhom aċċess aktar faċli għall-finanzjament u għall-inves- timent. Fuq livell soċjali, il-manifest jagħmel referenza għal aktar investiment fil-pensjonijiet, l-akkomodazzjoni affordabbli, l-edukazzjoni u s-servizzi tas- saħħa, flimkien ma' miżuri relatati mas-saħħa mentali, il-benesseri u l-attività fiżika. Il-PL qed iwiegħed ukoll aktar spazji miuħa u żoni ħodor, in- vestiment fl-enerġija rinnovabbli u trasport aktar sostenibbli bħala parti mill-miri ambjentali tiegħu għas-snin li ġejjin. Fil-konklużjoni tal-introduzzjo- ni tal-manifest, il-Partit Laburista sostna li għandu "l-kompetenza u l-kredibbiltà biex iwettaq" dak li qed jipproponi, filwaqt li argu- menta li l-proposti tiegħu huma "ideat ġodda, prattiċi u realistiċi" maħsuba biex jagħmlu l-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin "eħfef, isbaħ u aħjar". Il-PL iniedi l-manifest elettorali b'wegħda ta' "qabża ta' kwalità" għall-familji u l-ekonomija It-tieni port f'Għawdex fost il-wegħdiet il-ġodda tal-PN JAELLE BORG Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg ilbieraħ ħabbar li Gvern Nazzjonalista ġdid se jiżviluppa t-tieni port f 'Għawdex sabiex jinħoloq punt alternattiv ta' dħul għall-gżira u titnaqqas il-pressjoni dejjem tikber fuq il-Port tal-Imġarr. Waqt attività politika f 'Ta' San- nat, Borg qal li ż-żieda fil-konnet- tività bejn Malta u Għawdex trid issir b'mod ippjanat u sostenibbli, filwaqt li sostna li l-infrastruttura preżenti ma tiflaħx għal aktar va- puri mingħajr investiment serju. Huwa qal li Gvern Nazzjon- alista se jinvesti wkoll f 'vapu- ri merkantili li joperaw bejn Għawdex, il-Port il-Kbir u l-Port Ħieles sabiex jittejjeb it-trasport kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija. Borg sostna li kwalunkwe proġett relatat ma' port ġdid jew żieda fis-servizzi marittimi għan- du jsir biss wara konsultazzjoni mar-residenti, NGOs u stake- holders, kif ukoll wara studju det- taljat dwar l-impatt ambjentali. Huwa kkritika wkoll il-propos- ta tal-Partit Laburista biex jiżdiedu l-vapuri bejn Malta u Għawdex, u sejħilha "irre- sponsabbli", filwaqt li qal li l-faċil- itajiet attwali ma jistgħux ilaħħqu ma' aktar traffiku. Il-Kap tal-PN qal li Għawdex ma jistax jibqa' jitqies bħala "aerthought" mill-Gvern ċen- trali, u sostna li l-gżira għandha tingħata prijorità vera fil-politika nazzjonali. 05 illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026

