MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

X'qed jipproponu l-PL u l-PN sa issa 07 illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 iwiegħed carers' leave għall-ġen- ituri, carers' grants akbar, Budget Plans personalizzati għal adulti b'diżabilità, u allowance ta' €1,000 fis-sena għal persuni b'diżabilità bejn 18 u 23 sena. Ġenituri ta' tfal b'diżabilità jibqgħu jiġu ntaxxati bir-rata tal-ġenituri sa meta wliedhom jagħlqu 23 sena jew indefinitti- vament f 'każijiet severi. • Il-PL qed iwiegħed riforma fil-pensjonijiet biex jiġu indirizzati d-differenzi bejn persuni mwielda qabel u wara l-1962. Jiżdied ukoll il-bonus għal min ma jikkwalifikax għall-pensjoni, aktar għotjiet għal min għandu 'l fuq minn 75 sena, aktar għajnuna għal anzjani b'live-in carers, smart wearable devices għal anzjani li jgħixu waħedhom, aktar investi- ment fiċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva u estensjoni tas-servizz Silver T. • Għall-familji, il-PL qed iwiegħed żieda fiċ-Chil- dren's Allowance, aktar In-Work Benefit, mekkaniżmu transitorju għall-housing benefit, u rifużjo- ni akbar fuq attivitajiet ekstra- kurrikulari. • Il-PL qed jipproponi Arts Pass ta' €200 fis-sena għal żgħażagħ bejn 18 u 21 sena, aktar fondi għall-Culture Pass u Heritage Malta passport b'xejn għal kulħadd. Jiġu msaħħa wkoll is-servizzi tas-saħħa mentali fl-MCAST, Junior College u l-Università, flimkien ma' work- shops dwar stress, irqad u time management u terapija individ- wali għal studenti. • Il-PL qed iwiegħed check-ups tas-saħħa mentali b'xejn, wellbeing index nazz- jonali, BMI screening fl-iskejjel u diskussjoni dwar dritt għal xogħol flessibbli. • Fil-qasam tas-saħħa, il-PL qed iwiegħed li jiffinan- zja kompletament il-mediċini kollha tal-kanċer, jixtri t-tieni PET-CT scanner, jespandi Mater Dei, jibni sptar intermedju ta' 300 sodda f 'St Vincent de Paul u joħloq Mother and Child Hospital ġdid. Jiġu estiżi wkoll is-servizzi ta' IVF, fertility testing u genetic compatibility testing. • Il-PL qed iwiegħed aktar screenings għall-kanċer b'etajiet aktar baxxi, inkluż breast, bowel, lung, pancreatic u prostate cancer screening, flimk- ien ma' HPV vaccines estiżi u self-screening tests għaċ-ċerviċi. Sir Paul Boffa Hospital jinbidel f 'National Screening Centre. Jiżdied ukoll l-investiment fid-dijabete, orphan drugs u servizzi ta' mental health treat- ment fid-dar 24 siegħa kuljum. • Fil-qasam tas-saħħa tan-nisa, il-PL qed jipproponi klinika speċjalizzata għas- saħħa tan-nisa, mediċini b'xejn għall-endometriosis u hormone replacement therapy, u kam- panja kontra stereotipi relatati mal-familji. • Il-PL qed iwiegħed riforma fit-taxxa fuq il-wirt biex familji ma jkunux sfurza- ti jbigħu propjetà biex iħallsu taxxa. Propjetà li tintiret u tintuża bħala residenza ma titħallasx taxxa tas-suċċessjoni fuqha. Meta propjetà tintuża għall-kera, it-taxxa tiġi differita mingħajr imgħax jew penali. Jiżdied ukoll il-limitu tal-eżenz- joni fuq donazzjonijiet lill-ulied għal €1 miljun, filwaqt li familji li jibnu units separati għal ul- iedhom jieħdu rifużjoni ta' 50% VAT. • Għawdex jingħata aktar investiment permezz ta' vapuri ġodda tal-Gozo Channel, fast ferry subsidies akbar, Air Taxi, Tallinja On Demand, modern- izzazzjoni tal-iskejjel, intercon- nector ġdid, żewġ ċentri ġodda tad-distribuzzjoni tal-elettriku u 100 triq residenzjali ġdida. Il-fondi tal-ekokontribuzzjoni miġbura f 'Għawdex jibqgħu jiġu investiti fil-gżira stess. • Il-PL qed iwiegħed spiżerija robotika għall-kimoter- apija fl-Isptar Ġenerali t'Għaw- dex, ċentru għall-arti u kreattiv- ità, u grants ta' €1,000 għal kull ħaddiem f 'negozji Għawdxin li jinvestu fit-taħriġ. • Negozji żgħar b'turno- ver taħt €1 miljun jiġu ntaxxati b'rata ta' 25%, self-employed jirċievu grant ekwivalenti għal 5% tal-kontribuzzjonijiet NI tagħhom, u ristoranti jingħataw grants sa €300,000 taħt fond ta' €30 miljun. Jiżdiedu wkoll tax credits għal investiment turisti- ku u aktar investiment fil-Grand Harbour u s-settur tal-cruise liners. • Il-PL qed iwiegħed super bonus ta' €1,000 fis-sena għall-ħaddiema, self-employed, studenti u pensjonanti li jaħd- mu. Jiġi estiż ukoll l-appoġġ għal kura barra minn Malta biex ikopri l-ispejjeż ta' persuna li takkumpanja lill-pazjent. • Fil-qasam diġitali u ekonomiku, il-PL qed jippro- poni investiment ta' €60 miljun fl-e-sports u l-iGaming, ċentru nazzjonali tal-e-sports, liċenzji ġodda għall-gaming studios, tax credits fuq AI, awtomazzjoni u Kandidata tal-Partit Laburista Fuq il-5 u 11 il-distrett 9900 0809 / 9939 5628 Attard • Mosta • Birżebbuġa • Ħal Kirkop • Ħal Safi • Imqabba • Qrendi • Żurrieq Il-PL wiegħed żieda ta' ġimgħatejn fil-leave tal-paternità Il-PL wiegħed żieda fil-pensjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 MAY 2026