Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988
IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 • illum innovazzjoni, u €100 miljun in- vestiment relatat mal-Intelliġen- za Artifiċjali. • Il-PL qed iwiegħed ukoll e-residency għal im- prendituri barranin u nomadi diġitali, National Business Wal- let għan-negozji u cash rebates għall-artisti lokali u creative start-ups. • Fil-qasam tat-trasport u l-infrastruttura, il-PL qed jipproponi pakkett ta' €829 miljun taħt "Malta in Motion", b'junction upgrades f 'diversi lokalitajiet, aktar parking taħt open spaces, park-and-ride ex- pansion, shuttle services, rapid transport system u mobility wallet diġitali. Jiġi estiż ukoll il- fast ferry, jitneħħew licence fees għal muturi taħt 350cc u jiżdied il-grant tal-e-bikes għal €1,300. • Il-PL qed iwiegħed ak- tar investiment fil-Port il-Kbir, breakwater ġdid f 'Sant Iermu, xogħlijiet fuq il-breakwater ta' Delimara, shore-to-ship elec- tricity għall-Freeport u riġener- azzjoni tal-Grand Harbour taħt Vision Malta 2050. • Ambjentalment, il-PL qed iwiegħed parks nazzjonali ġodda f 'Manoel Island, White Rocks u Fort Campbell, pro- tezzjoni kontra żvilupp fuq art pubblika fir-rationalisation zones, aktar afforestation u rest- awr ta' widien. • Jiġu proposti wkoll waste-to-energy plants, reverse osmosis plant ġdida f 'Ħal Far, energy-sharing bejn households, kumpens għal sidien ta' solar panels affettwati minn żvilupp u żieda fl-enerġija rinnovabbli għal 25% sal-2030. • Fil-qasam tas-sigurtà online u d-drittijiet, il-PL qed iwiegħed liġijiet aktar b'saħħith- om kontra deepfakes u im- age-based abuse, online patrols tal-pulizija u miżuri biex vittmi ta' vjolenza domestika jixhdu permezz ta' video conference. • Għall-artisti u s-soċ- jetà ċivili, il-PL qed jipproponi business training għall-artisti, digital lab għall-creators, aktar appoġġ għal NGOs, utility bill support estiż, simplifikazzjoni tal-permessi għall-festi, inqas burokrazija għall-għaqdiet vo- lontarji, aktar għajnuna għall- kera u xiri ta' propjetà, appoġġ għal fondi Ewropej, volontarjat fis-settur pubbliku u taħriġ tal- health and safety għall-volunti- era. • Il-PN qed jipproponi network ġdid ta' sptarijiet mad- war Malta u Għawdex, inkluż sptar ġdid fit-Tramuntana, sptar ġdid f 'Għawdex, konverżjoni tal-Paola Hub fi sptar għan-Nof- sinhar u espansjoni ta' Mater Dei. Il-partit qed iwiegħed ukoll National Healthcare Park iffukat fuq prevenzjoni, riabilitazzjoni u stil ta' ħajja aktar b'saħħtu. • Fil-qasam tas-saħħa, il- PN qed iwiegħed li jelimina jew inaqqas drastikament il-ħinijiet ta' stennija għall-operazzjoni- jiet, itejjeb il-kundizzjonijiet u t-taħriġ tal-ħaddiema tas-saħħa, idaħħal sistema diġitali waħda għar-rekords mediċi, isaħħaħ iċ-ċentri tas-saħħa primarja u jipprovdi mediċini u trattament tal-kanċer b'xejn. • Il-PN qed jipproponi li jagħlaq l-Isptar Monte Karmeli u jċaqlaq is-servizzi tas-saħħa mentali aktar lejn il-komunità. Qed iwiegħed ukoll free health screening fiżiku u mentali, kif ukoll smartwatches mediċi biex jgħinu fis-sorveljanza tas-saħħa ta' persuni vulnerabbli jew b'kundizzjonijiet mediċi. • Għall-istudenti u l-ħaddiema tas-saħħa, il-PN qed jipproponi żieda ta' 25% fl-istipendji kollha, stipendju sa €1,000 fix-xahar għal studenti f 'suġġetti mediċi, tax holiday ta' ħames snin għal professjonisti tas-saħħa li jirritornaw Malta, u tneħħija tal-ispejjeż tas-single permits għal ħaddiema barranin fis-settur tas-saħħa. • Għawdex jingħata sptar ġdid ta' 400 sodda b'investi- ment ta' €350 miljun u helipad għall-emerġenzi. Il-PN qed jipproponi wkoll li Għawdex jingħata status ta' reġjun uffiċjali biex ikollu aċċess għal fondi Ewropej speċifiċi. • Fil-konnettività ta' Għawdex, il-PN qed iwiegħed vapur ġdid tal-passiġġieri, vapur ieħor għall-merkanzija, aktar frekwenza tal-fast ferry, servizzi aktar tard fil-weekends, espansjoni tal-Port tal-Imġarr, titjib fiċ-Ċirkewwa, breakwater f 'Marsalforn u trasport pubbliku kompletament elettriku f 'Għaw- dex. • Għall-kultura u ż-żgħażagħ Għawdxin, il-PN qed jipproponi fond ta' €9 mil- jun għall-kultura, €2 miljun għal youth centres moderni u għotja ta' €400 fix-xahar għal studenti Għawdxin li jistudjaw Malta biex jgħinu fl-ispejjeż tal-kera u l-għejxien. • Fil-qasam tal-enerġija, il-PN qed iwiegħed tnaqqis ta' 30% fil-kontijiet tad-dawl filwaqt li jżomm is-sussidji eżistenti. Il-partit qed jipproponi wkoll it-tneħħija tat-tieni tariff band, meter rental b'xejn, €60 miljun f 'investiment fil-pannelli solari u miżuri speċjali għal persuni li jgħixu waħedhom permezz ta' ekoriduzzjoni ogħla. • Il-PN qed iwiegħed reg- olatur aktar b'saħħtu fis-settur tal-enerġija, aktar trasparenza fil-kuntratti, kontroll aħjar ta' ARMS u kumpens awtomatiku f 'każ ta' żbalji fil-kontijiet. • Il-PN qed jipproponi Mediterranean Maritime Fuel Hub f 'Hurd's Bank biex Malta ssir hub għall-bunkering tal-fuel marittimu. Il-proġett, li skont il-partit jista' jiġġenera madwar €450 miljun, ikun finanzjat permezz ta' public-private part- nership u fondi Ewropej, u aktar 'il quddiem ikun jista' jinkludi fuels alternattivi bħal-LNG, idroġenu u ammonia. • Għat-tfal u l-familji, il- PN qed jipproponi Child Trust Fund ta' €5,000 għal kull wild, maternity leave ta' 26 ġimgħa, paternity leave ta' erba' ġimgħat, 15-il ġurnata leave għall-ġeni- turi meta t-tfal ikunu morda, u drittijiet aktar b'saħħithom għal flexible working arrangements. • Fil-qasam tat-taxxa per- sonali, il-PN qed jipproponi li l-ewwel €10,000 minn part-time jew sahra ma jkunux intaxxati, riforma fit-tax bands, u li l-CO- LA ma tibqax tiġi ntaxxata billi t-tax bands jiżdiedu kull sena bl-istess ammont tal-COLA. • Il-PN qed iwiegħed ukoll tax-free income għal familji li jospitaw studenti barranin, krediti tal-Assigurazz- joni Nazzjonali għal ġenituri li jieqfu jaħdmu biex jieħdu ħsieb id-dar u studenti barranin, u Skills Wallet ta' €1,000 għal kull Proposti tal-Partit Nazzjonalista 08 Il-PN wiegħed li jżid il-leave tal-maternità għal 26 ġimgħa

