Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988
illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 09 illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 ċittadin Malti ta' 18-il sena 'l fuq kull tliet snin sat-tmiem tal-età tax-xogħol. • Fil-qasam tal-wirt u l-propjetà, il-PN qed jipproponi li titneħħa l-bolla fuq propjetà mgħoddija b'wirt, jitneħħew it-taxxa u l-bolla fuq negozji tal-familja mgħoddija b'wirt, u jitneħħew it-taxxa u l-bolla fuq donazzjonijiet ta' propjetà minn ġenituri għal uliedhom jew neputijiet. • Għall-first-time buyers, il-PN qed jipproponi li l-iskema tad-depositu tiżdied minn lim- itu ta' €225,000 għal €450,000, b'għajnuna sa €45,000 għal depositu fuq il-propjetà. Il-PN qed iwiegħed ukoll li jirrifon- di nofs l-imgħax tas-self fuq id-dar għall-ewwel għaxar snin tal-mortgage. • Il-PN qed iwiegħed ukoll li jibda x-xogħol fuq mass transport line ġdida fl-ewwel 100 jum ta' gvern Nazzjonalista. • Fil-qasam tal-ekonom- ija kreattiva, il-PN qed jippro- poni investiment ta' €350 miljun fil-"Port Distrett Kulturali" fil-Marsa. Dan jinkludi sala nazzjonali ta' madwar 1,700 per- suna, dar permanenti għall-Ork- estra Filarmonika Nazzjonali, teatru ta' 600 persuna u black box theatre għal produzzjonijiet sperimentali. • Fil-qasam teknoloġiku, il-PN qed jipproponi investi- ment ta' €12-il miljun fl-AI, data u space economy, qafas regolatorju ġdid biex jattira investiment teknoloġiku, u li Malta taħdem biex issir memb- ru assoċjat tal-European Space Agency. • Għall-mikrointrapriżi u negozji żgħar, il-PN qed jip- proponi li t-taxxa fuq il-mikro- intrapriżi tinżel minn 35% għal 15%, u t-taxxa fuq negozji żgħar tinżel għal 25%. Il-limitu tal-eżenzjoni mill-VAT jiżdied minn €35,000 għal €70,000. • Il-PN qed iwiegħed ukoll taħriġ u reskilling tal-ħaddiema ffinanzjat mill- gvern, aktar spazji industri- jali għal negozji żgħar, u fond nazzjonali għar-riforma tas-suq tax-xogħol biex jiġu indirizzati nuqqas ta' ħaddiema skilled, produttività baxxa u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. • Għall-NGOs u organ- izzazzjonijiet volontarji, il-PN qed jipproponi rifużjoni sħiħa tal-VAT fuq oġġetti u servizzi relatati mal-missjoni tagħhom, skema biex NGOs jixtru prop- jetà tal-gvern li jkunu qed jikru, tax credit ta' 30% fuq donaz- zjonijiet sa €50,000, u aktar għajnuna finanzjarja lis-social partners u unions. • Għall-anzjani u pensjonanti, il-PN qed jippro- poni tnaqqis fil-miżati tad-djar tal-anzjani tal-gvern, grant ta' €2,000 għan-nanniet li jieħdu ħsieb in-neputijiet, għotjiet ann- wali għal anzjani li jgħixu d-dar, żieda minima ta' €650 fis-sena fil-pensjonijiet, tax rebate ogħla għal private pensions, tax credit akbar għal private care homes u grant annwali ta' €2,000 għal nisa li telqu mix-xogħol biex irabbu familja. • Fil-qasam tas-sigurtà, il-PN qed iwiegħed li jerġa' jiftaħ u jirrinova l-għases tal-pulizija magħluqa, jinvesti f 'teknoloġija kontra t-traffikar tad-droga, u jsaħħaħ il-korpi dixxiplinati permezz ta' ri- forma fil-pensjonijiet, COLA fuq pensjonijiet, u bord indip- endenti biex jinvestiga inġustiz- zji. • Il-PN qed jipproponi modernizzazzjoni tal-Armed Forces of Malta, investiment fis-search and rescue, sigurtà ċibernetika u difiża nazzjonali, kif ukoll sistema li tagħti aċċess dirett lid-Dipartiment tal-Pro- tezzjoni Ċivili għal site plans waqt emerġenzi. • Fil-qasam tal-ġustiz- zja u l-kriminalità, il-PN qed jipproponi aktar community service u riabilitazzjoni għal of- fenders, speċjalment żgħażagħ, kif ukoll tisħiħ tal-qafas tal-kannabis permezz ta' kam- panji ta' kuxjenza u protezzjoni għal min ma jpejjipx. • Il-PN qed jippro- poni sistema "one-stop shop" għall-permessi tax-xogħol u res- idenza, awtorità ġdida għal-liv- elli tal-popolazzjoni, u pjanijiet biex il-permessi, l-infrastruttura u l-kapaċità nazzjonali jiġu ppjanati flimkien. • Il-PN qed iwiegħed joint task force bejn il-pulizija u l-AFM biex tiġġieled im- migrazzjoni illegali, traffikar tad-droga u kriminalità organ- izzata. Qed jipproponi wkoll korsijiet obbligatorji tal-Malti għal third-country nationals f 'impjiegi mal-pubbliku, aktar investiment fil-pulizija u l-AFM f 'Għawdex, u riforma tal-Im- migration Appeals Board taħt tmexxija ta' maġistrat. B'ġimagħtejn oħra ta' kam- panja elettorali, kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista diġà tefgħu fuq il-mejda mijiet ta' wegħdiet u proposti li jmissu kważi kull aspett tal-ħajja taċ-ċittadini — mis-saħħa u l-housing sat-taxxa, l-enerġija, it-trasport, il-pens- jonijiet u l-immigrazzjoni. Filwaqt li l-PL qed jipprova jiffoka fuq kontinwità, inves- timent infrastrutturali u aktar għajnuna soċjali, il-PN qed jip- preżenta ruħu bħala alternattiva b'riformi ekonomiċi, tnaqqis fit-taxxa u bidliet strutturali fis-servizzi pubbliċi u s-suq tax-xogħol. Naturalment, ħafna minn dawn il-proposti għad iridu jiġu analizzati fid-dettall, partikolar- ment fejn jidħlu l-ispejjeż, il-fattibilità u kemm jistgħu jitwettqu fil-prattika. Madankol- lu, hekk kif il-kampanja tkompli riesqa lejn it-30 ta' Mejju, jidher ċar li ż-żewġ partiti qed jippru- vaw jindirizzaw l-istess tħassib tal-poplu — iżda b'viżjonijiet differenti ħafna ta' kif għan- du jidher il-futur ta' Malta u Għawdex. Il-PN wiegħed li jżid il-leave tal-maternità għal 26 ġimgħa Ritratt viżwali tal-expo centre fil-Marsa proposta mill-Partit Nazzjonalista

