MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 • illum Clifton Grima /grimaclifton @clifton.grima +356 9947 7961 clifton@cliftongrima.com Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali f'isem il-Partit Laburista fuq id-9 u l-10 Distrett FLIMKIEN Bħala kandidat, x'ideat ġodda se ġġib fis-sistema politika Maltija? Għalkemm kandidat ġdid, għandi ħafna esperjenza li nem- men li se tkun utli ħafna fil-ħajja politika tiegħi. Naf x'inhuma r-realtajiet tal-ħaddiema u l-familji tagħna għax għexthom magħhom u naf x'hemm bżonn biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Nemmen fil-politika tad-djalogu u l-kompromess imma bbażata fil-valuri. Fil-kar- riera tiegħi fit-trejdjunjoniżmu tgħallimt l-arti tal-kompromess. Tista' ma taqbilx ma' ħaddiehor, imma biex tasal għall-akbar tragwardi, u tħalli l-ġid, trid tkun lest tisma', tifhem il-pożizzjoni- jiet ta' ħaddieħor, u tikkonvinċi. Nemmen li l-politika tat-tisbit, u tal-attakki m'għadx hawn pos- tha, u nistgħu naslu ferm iżjed 'il quddiem bid-djalogu. Fuq kollox se nġib enerġija pożittiva. X'inhuma l-aktar tliet sfidi urġenti li se jaffaċċja l-pajjiż fil-ħames snin li ġejjin? Malta bħala pajjiż huwa parti minn dinja ferm akbar li dejjem qed tinbidel u tiżviluppa, u b'hekk aħna qed niġu affettwati kontinwament minn dak kollu li qed jiġri madwarna. Il-gwerra hija biss fattur wieħed, iżda hemm fatturi oħra bħat-te- knoloġija li qed ibiddlu l-ħajja ta' kuljum li aħna mdorrijin biha. It-teknoloġija qed tbiddel id-dinja tax-xogħol b'mod radikali, u bħala pajjiż irridu ninvestu bil-qawwa fil-ħiliet tal-ħaddiema ħalli ma jintilifx xogħol u nissalvagwardjaw l-għejxien ta' kulħadd. Ħadd m'għandu jaqa' lura u hemm opportunità għal kulħadd. L-insularità tal-gżejjer Maltin qed naraw dejjem iżjed l-ef- fetti tagħha l-aktar f'kuntest internazzjonali mimli instab- biltà. Irridu naħdmu mill-qrib mal-imsieħba tagħna fl-Unjoni Ewropea, u fil-fora internazz- jonali, biex nindirizzaw l-impatt tal-limitazzjonijiet loġistiċi l-ak- tar fuq l-industrija tagħna, għax fl-aħħar mill-aħħar, l-impatt jitħallas dejjem mill-familji. Fuq kollox inħoss li rridu bil- fors insaħħu l-infurzar madwar il-pajjiż biex inkebbsu sens ċivi- ku akbar u ta' rispett lejn xulxin jekk irridu niksbu livell t'għejx- ien aqwa u ħajja aktar serena fi ħdan il-komunitajiet tagħna. X'ġiegħlek tikkontesta l-elezzjoni? Il-ħaddiema. Dejjem kont hemm għall-ħaddiema: nirra- ppreżentahom, nismagħhom u nifhem il-weġgħat tagħhom. Dan kabbar fija sens qawwi ta' empatija. Dan ħeġġiġni nagħmel il-pass li jmiss. Minn karriera u esperjenza nagħmel il-pressjoni, issa rrid ngħaddi għall-kapitlu li jmiss fejn inwet- taq għall-ħaddiema, għall-pens- jonanti u għall-ġenituri. Semmi kwistjoni li int partikolarment appassjonat dwarha u għid għaliex? Bla dubju l-ġustizzja soċjali. Ġenwinament nemmen li pajjiż, li ekonomija, li sistema trid taħdem għal kulħadd mingħajr ma tħalli lil ħadd barra. Minkejja s-suċċess ekonomiku, madwar- na nara nies li għadhom iħossu- hom imwarrba, jew li għadhom iħossuhom inviżibbli, u nqisha r-responsabbiltà tiegħi li nagħ- tihom vuċi. Il-mobbiltà soċjali hija oħt il-ġustizzja soċjali, u nemmen li dik hija t-triq 'il quddiem biex ngħixu aħjar u flimkien bħala nazzjon. Barra mill-politika, kif tħobb tqatta' l-ħin liberu tiegħek? Inħobb naqra, nara l-Formula 1 u l-futbol, u nħobb ħafna s-sajf u l-baħar, imma fuq kollox, kull ċans li jkolli nżur lil binti li tgħix l-Ingilterra. Kull ċans li jkolli nip- prova nqattgħu magħha għax inħoss ħafna dan in-nuqqas. Il-midja socjali tejbet il-komuni- kazzjoni bejnietna iżda nimmis- sja diskussjonijiet twal tagħna fuq diversi suġġetti. Nitkellmu ma' Josef Bugeja Josef Bugeja, kandidat fuq l-1 u t-8 distrett f 'isem il-Partit Laburista, tkellem ma' din il-gazzetta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 MAY 2026