MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Nitkellmu ma' Joe Giglio Joe Giglio, avukat u kandidat għall-elezzjoni fuq id-9 u l-10 distrett, tkellem ma' din il-gazzetta Bħala kandidat, x'ideat ġodda se ġġib fis-sistema politika Maltija? Għandi 33 sena esperjenza naħdem fil-qasam tal-ġusti- zzja, partikolarment fil-kamp penali. Nemmen għalhekk li nista' nikkontribwixxi biex in- tejjeb is-sistema ġudizzjarja u nsaħħaħ l-infurzar tal-liġi. X'inhuma l-aktar tliet sfidi urġenti li se jaf- faċċja l-pajjiż fil-ħames snin li ġejjin? Jeħtieġ li nbiddlu l-mudell ekonomi- ku li huwa daqstant dipendenti fuq l-impor- tazzjoni tal-ħaddiema u noħolqu niċeċ ġodda li jkattru l-ġid iżda li ma jwasslux biex tikkrolla l-infrastruttura tagħna. L-aktar sfidi urġenti li l-pajjiż qed jaffaċċja, kemm jekk hija s-sit- wazzjoni tat-traffiku, l-isplużjoni fil-popolazz- joni, sptarijiet iffullati, jew l-infrastruttura li qed tikkrolla, huma kollha konsegwenza diretta ta' mudell ekonomiku li l-PL introduċa mingħajr ebda pjan. L-għoli tal-ħajja hija problema oħra li trid tiġi indirizzata. Huwa wkoll indispensabbli li l-Kunsilli Lokali jingħataw lura s-setgħat li kellhom biex imexxu l-lokalitajiet tagħhom u li jingħataw finanzjament adegwat biex jagħmlu dan. Is-sens ġenerali ta' telqa huwa riżultat tal-fatt li l-Kunsilli Lokali ġew imċaħħda mis-setgħa tagħhom li jmexxu l-lokalità tagħhom u għaldaqstant saru ineffettivi. X'ġiegħlek tikkontes- ta l-elezzjoni? Meta rajt f 'liema sitwa- zzjoni spiċċa dan il-pajjiż ħassejt li kelli d-dmir nagħti sehmi għall-bidla. Il-politika hi vokazzjoni ta' servizz lejn pajjiżek. Semmi kwistjoni li int partikolarment appass- jonat dwarha u għaliex? It-titjib fil-kwalità tal-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna. Il-ħolqien ta' niċeċ ekonomiċi ġodda li jipper- mettu lil Malta tiddiversi- fika l-ekonomija tagħha, issaħħaħ ir-reżiljenza fit-tul, tattira investiment ta' valur ogħla u toħloq tkabbir ekonomiku aktar sostenibbli. Aħna ħaqqna aħjar minn iffullar żejjed, għoli tal-ħajja u viżjoni fuq żmien qasir. Barra mill-politika, kif tħobb tqatta' l-ħin liberu tiegħek? Inħobb sempliċement inqatta' ħin ma' marti u l-erbat itfal tiegħi, speċjalment meta nkunu qed niv- vjaġġaw flimkien bħala familja. 17 illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 MAY 2026