MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 • illum NOEL MUSCAT INPOĠĠU LIN-NIES L-EWWEL Meta tħares lura lejn il-man- dat tiegħek, x'tikkunsidra bħala l-aktar kisba sinifikanti fil-minis- ter tiegħek, u x'impatt kellha fuq ħajjet in-nies? Il-ħolqien tal-1400 li fl-ewwel sena minn meta ġie varat dan il-helpline, qeda 35,000 persuna b'kundizz- jonijiet t'urġenza u franka 15,000 ammissjoni fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei. Imma kisba oħra impor- tanti kienet il-ħolqien tas-CAYS unit fir-Rabat Għawdex u Birkirkara li joffru servizz ta' kwalità u dinjità lil eluf ta' tfal u żgħażagħ bi problemi ta' żvilupp u saħħa mentali. Meta tħares lura, hemm xi deċiż- joni li kont tieħu b'mod differenti? U kieku kellek l-opportunità terġa' tieħu dik id-deċiżjoni, x'kont tbiddel? Hemm diversi, imma nemmen li l-importanti huwa li tgħallimt minn kull waħda minnhom. X'inhuma l-aktar tliet sfidi urġenti li se jaffaċċja l-pajjiż fil- ħames snin li ġejjin? 1. Il-loġistika u l-ħtiġijiet li jistgħu jiġu impattati minn gwerra li taf it-tul. 2. Espansjoni tal-infrastrutura essenzjali li tindirizza l-ħtiġijiet ta' popolazzjoni li tista' tikber. 3. Il-pjanijiet li jkomplu jsaħħu trasport tal-massa, ħa jkunu kruċjali biex tiġi indirizzata l-isfidi tat-traffi- ku. X'wasslek biex tikkontesta l-elezzjoni? Kuntent li fil-leġiżlatura li qed tispiċċa, ħdimt bla waqfien biex inwettaq dak meħtieġ minni. Lest li nkompli naħdem għal pajjiżi. Semmi kwistjoni li int partikolar- ment appassjonat dwarha u għid għaliex? L-imħabba lejn l-annimali, speċjal- ment klieb u qtates, u nieħu pjaċir meta l-Gvern u s-soċjetà jtejbu l-kundizzjoni ta' dawn il-ħbieb tagħ- na. Barra mill-politika, kif tħobb tqatta' l-ħin liberu tiegħek? Fil-ħin liberu nħobb ħafna l-films u ċ-ċinema, kif ukoll naqra u nistudja kotba fuq l-istorja. Nitkellmu ma' Jo Etienne Abela Il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela, kandidat fuq it-13-il distrett f 'isem il- Partit Laburista, tkellem ma' din il-gazzetta 22 IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 MAY 2026