Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060
27 illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 "Il-Partit Laburista għandu rekord ta' tmexxija u ta' twettiq" Il-PN akkużakom li qed tikkup- jaw proposti li diġà kienu għamlu huma. Fost dawn semmew il- €5,000 li l-PL qed jipproponi għal kull wild u trattament u mediċina b'xejn għal mard tal-kanċer. Xi tgħid għal dan? Vera qed tikkup- jawhom? Le, u ngħidha b'nofs tbissima. Kieku konna qed nikkupjaw lill- PN, konna nippubblikaw il-man- ifest tard, b'ħafna żbalji, b'ħafna affarijiet li ma jaqblux ma' xulxin, u mingħajr ma nispjegaw kif se jitħallsu. Il-verità hi li l-Partit Laburista ma qamx f 'din il-kampanja u skopra l-familji, it-tfal, il-ġenituri jew il-pazjenti. Dawn huma temi li ilna nibnu u naħdmu fuqhom għal snin. Jekk kienx free child- care, żieda fil-pensjonijiet, appoġġ lill-ġenituri, investiment fil- mediċini, fl-onkoloġija u fis-saħħa, dawn mhumiex sempliċi wegħdiet għalina. Huma parti minn rekord ta' gvern. U hemmhekk id-differenza hija ċara: meta l-Partit Laburis- ta jwiegħed, il-Partit Laburista jwettaq. Ġejtu akkużati wkoll li qed tużaw riżorsi tal-Gvern bħala parti mill-kampanja elettorali. Dan veru? Il-Gvern għandu responsabbiltà li jibqa' jiggverna sal-aħħar ġurnata tal-leġiżlatura. Pajjiż ma jistax jieqaf għax tkun bdiet kampanja elettorali. Il-proġetti, l-investimenti u x-xogħol tal-Gvern ilhom għad- dejjin snin. Ħafna minnhom bdew ħafna qabel ma tħabbret l-elezzjo- ni. Ovvjament meta gvern għandu rekord qawwi ta' twettiq, in-nies jaraw ir-riżultati ta' dak ix-xogħol ukoll waqt kampanja. Naħseb li l-poplu jiem id-dif- ferenza bejn propaganda u pajjiż li baqa' miexi 'l quddiem anke fi żmien diffiċli ħafna internaz- zjonalment. Kultant l-akkuża tal-PN tikxef aktar il-frustrazzjoni tagħhom lejn it-track record tant pożittiv ta' gvern li dejjem wettaq matul leġiżlatura sħiħa aktar minn kull ħaġa oħra. Għal min qed jgħid li ż-żewġ partiti l-kbar qed tagħmlu din il-kampanja elettorali popolista żżejjed, kif tiġġustifika l-ħafna wegħdiet ta' flus fil-but, frankar mit-taxxi, spejjeż, ħlasijiet u grants oħra li ħabbartu s'issa? Hemm differenza kbira bejn popoliżmu u ekonomija b'saħħitha li terġa' tinvesti fin-nies tagħha. Popoliżmu huwa meta twiegħed kollox lil kulħadd, mingħajr ma turi kif se tħallas. Popoliżmu huwa meta tgħid li l-pajjiż falla, imma mbagħad toħroġ manifest mib- ni fuq biljuni ta' nefqa, tax cuts, proġetti u benefiċċji li ma tistax tispjega kif se twettaqhom. Aħna qed nagħmlu xi ħaġa dif- ferenti. Taħt Gvern Laburista Malta rnexxiet ekonomikament, imma issa dak is-suċċess irid jinħass aktar fil-ħajja tan-nies. Għalhekk il-proposti tagħna mhumiex biss flus fil-but. Huma dwar ħajja aħjar. U dan kollu huwa parti minn pjan ċar ta' ħidma governattiva matul dawn l-aħħar tlettax-il sena li issa qed tippermet- tilna naħsdu l-frott tagħha. Ovvjament irridu nibqgħu prudenti u responsabbli fiskalment, bi pjan li se jara li l-ekonomija ta' pajjiżna tibqa' sostenibbli u reżil- jenti għal kulma jista' jinqala'. Id-differenza hi li l-Partit La- burista għandu rekord ta' tmexxija ekonomika u ta' stabbiltà. Aħna mhux qed nagħmlu wegħdiet fl-ar- ja. Ħafna mill-miżuri li qed nippro- ponu huma mibnija fuq ekonomija li diġà ħloqna flimkien. Kieku kellek tagħżel waħda biss mill-proposti li l-PL ħabbar s'issa, liema taħseb hija l-iktar waħda importanti u għal qalbek? Diffiċli ħafna nagħżel waħda, għax nemmen li l-qawwa tal-man- ifest tagħna ma tinstabx f 'miżura waħda, imma fid-direzzjoni li jagħti. Għalija l-ewwel jum tal-kam- panja ta sens ta' direzzjoni qaw- wija. Issa li Malta bniet ekonomija b'saħħitha, irridu nibdlu dak is- suċċess f 'ħajja aktar umana. Il-Kick Start għaż-żgħażagħ li għadhom jibdew il-ħajja tagħhom se jfisser li dan se jagħmluh b'aktar tama u kuraġġ biex joħolmu u b'hekk jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. My First Home li se tas- sigura li nsaħħu u nsostnu l-aċċess għall-proprjetà lil kulħadd. Il-leave għall-ġenituri u l-birth bonus se jissarrfu f 'aktar ħin u sostenn għall-familji tagħna. L-għajnuna għat-terapiji għal tfal b'diżabilità jew newrodiverġenti hija miżura li turi biċ-ċar il-kredenzjali tas-sos- tenn soċjali li dejjem emmen fih il-Partit Laburista. Imma jekk inħares lejn il-viżjoni usa', żewġ proposti li huma għal qalbi immensament huma dawk dwar Manoel Island u l-White Rocks. Għax hemmhekk mhux qed nitkellmu biss fuq proġetti. Qed nitkellmu fuq idea ta' pajjiż. Fuq art pubblika li terġa' ssir tal-poplu. Fuq spazji li jmorru lura għand il-famil- ji. Fuq Malta li mhux biss tikber ekonomikament, imma ssir isbaħ, aktar miuħa u aktar sostenibbli. Għalija din hija l-qalba tal-mani- fest tagħna Int Malta, Malta li taspi- ra, imma wkoll Malta li tgħix aħjar. Hemm xi proposta milli għamel il-PN li laqtitek? Għaliex? Iva, kien hemm proposta li laqtitni, dik ta' quiet room fuq il-Gozo Channel. Proposta tajba u li għandha titwettaq jitla' minn jitla' fl-elezzjoni li jmiss. X'taħseb fuq il-kritika li saret fuq il-kandidatura ta' Omar Rababah, speċifikament għal min qal li m'hemmx post għal nies ta' reliġjonijiet oħra fil-parlament tagħna? Weġġgħetni. U ngħidha bla tlaqliq li dik mhijiex il-Malta li nemmen fiha jien. Aħna ma nkejlux bniedem bil-kunjom tiegħu. Ma nkejlu- hx bil-fidi tiegħu. Ma nkejluhx minn fejn ġejjin il-ġenituri tiegħu. Inkejluh bil-qalb tiegħu, bil-ħidma tiegħu, bil-valuri tiegħu u bl-im- ħabba tiegħu lejn Malta. Omar huwa Malti. U bħal kull kandidat ieħor għandu jiġi ġġudikat fuq dak li kapaċi jagħti lil pajjiżu. Meta żagħżugħ iħoss li jrid jiġġustifika kemm hu Malti, għand- na lkoll nieqfu it u nistaqsu lilna nfusna x'tip ta' pajjiż irridu nkunu. Jien nemmen f 'Malta miuħa, kunfidenti fiha nnifisha, li ma tibżax minn min hu differenti. Nemmen f 'Malta li taf li l-identità tagħha ma tiddgħajjifx bir-rispett lejn ħaddieħor. Anzi, tissaħħaħ. U għalhekk, meta wasal dak il-mument, aħna bħala moviment għażilna l-prinċipji tagħna. Ma għażilniex il-biża' u lanqas il-kon- venjenza politika. Għażilna Malta li tirrispetta, tilqa' u tagħti ċans lil kull min irid jaħdem għal dan il-pajjiż. Għax jekk moviment jabband- una l-valuri tiegħu mal-ewwel diffikultà, ma jibqagħlux ruħ. Taqbel ma' sejħiet li saru biex il-Gvern jibda jkollu term fiss, b'data ta' elezzjoni stabbilita minn qabel? Naħseb dawn huma diskussjoni- jiet li jistħoqqilhom ħafna aktar serjetà u ħsieb profond milli sem- pliċement jintużaw bħala talking point politiku. Il-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras, f'intervista ddefenda l-proposti elettorali tal-partit, jiċħad akkużi ta' popoliżmu u kkupjar tal-Partit Nazzjonalista, u jinsisti li l-elezzjoni tat-30 ta' Mejju għandha tkun deċiżjoni bejn "min iwiegħed u min iwettaq" Il-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras Aħna mhux qed nagħmlu wegħdiet fl- arja. Ħafna mill-miżuri li qed nipproponu huma mibnija fuq ekonomija li diġà ħloqna flimkien IKOMPLI FIL- PAĠNA LI JMISS

