MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

Jien ma naħsibx li wieħed għandu jgħid jekk hux favur jew kontra mingħajr ma jiem sew il-konsegwenzi kostituzzjonali, politiċi u istituzzjonali ta' sistema bħal din. Fil-fatt mhux kull pajjiż li pprova sistemi ta' fixed-term parliaments sabhom suċċess. Anzi, rajna sistemi parlamentari bħar-Renju Unit li wara li intro- duċewhom spiċċaw reġgħu marru lura minnhom għax ħolqu aktar kumplikazzjonijiet milli stabbiltà. Jiena nemmen li jekk għandna niddiskutu riformi kostituzz- jonali, dawn għandhom isiru b'maturità, b'kunsens kemm jista' jkun wiesa', u b'viżjoni fit-tul għall-pajjiż u mhux skont x'jaqbel politikament fil-mument. Għalfejn il-votant fit-30 ta' Mejju għandu jagħżel lill-Partit Laburista? Għax fl-aħħar mill-aħħar, elez- zjoni mhijiex kompetizzjoni ta' slogans jew min iwiegħed l-aktar. Hija kwistjoni ta' kompetenza, kredibbiltà u track record. Il-poplu Malti jaf li l-Partit La- burista mhux partit perfett. Imma jaf ukoll li meta pajjiżna kellu quddiemu sfidi kbar, kien il-Par- tit Laburista li mexxa b'serjetà u b'kuraġġ. Meta kellna pandemija globali, ipproteġejna l-impjiegi u l-famil- ji. Meta l-Ewropa rat inflazzjoni u kriżi tal-enerġija, żammejna l-kontijiet stabbli. Meta ħaf- na pajjiżi raw il-qgħad jiżdied, Malta baqgħet bl-aktar ekonomija b'saħħitha u b'rata ta' qgħad fost l-inqas fl-Ewropa. Dawn huma fatti. U għalhekk il-kuntrast f 'din l-elezzjoni huwa ċar ħafna. Naħa għandek moviment li, bin-nuqqasijiet kollha tiegħu, għandu esperjenza ta' tmexxija u ċertifikat ta' track record. U fuq in-naħa l-oħra għandek Oppożizzjoni li għal snin sħaħ qaltilna li Malta falliet, li l-ekonomija mhix sostenibbli u li l-futur mudlam, imma mbagħad toħroġ manifest mibni fuq l-istess suċċess ekonomiku li kienet qed tattakka. Il-verità hi li l-PN illum irid il-benefiċċji tal-politika tal- biża', u fl-istess ħin il-benefiċċji ekonomiċi tas-suċċess. Il-Partit Laburista mill-banda l-oħra dejjem kien konsistenti. Aħna nemmnu f 'Malta, nemmnu fin-nies tagħha u għandna l-espe- rjenza, il-kompetenza u l-kredib- biltà biex inkomplu mmexxuha 'l quddiem. Għalhekk din mhijiex elezzjoni dwar min għandu l-isbaħ kliem imma dwar min tafdah bit-tmexx- ija ta' pajjiżek. U jien konvint li l-poplu Malti jaf id-differenza bejn min iwiegħed u min iwettaq. Il-President tal-PN jgħid li l-partit qed joffri Nifs Ġdid b'viżjoni friska għall-pajjiż Il-President tal-Partit Nazzjonalista u kandidat fuq ir-4 u l-10 distrett jgħid li l-PN qed jidħol għall-elezzjoni b'tim b'saħħtu, proposti serji u viżjoni ġdida għal Malta u Għawdex, waqt li jgħid li l-Gvern Laburista "għeja u tilef l-ideat" 28 IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 • illum Taħseb li n-nuqqas ta' star candidates u wċuħ ġodda ta' stoffa jistgħu jkunu ta' detriment għall-kampanja tagħkom? Le, ma naqbel xejn. Anzi. Il-PN għandu taħlita b'saħħitha ta' esper- jenza u wċuħ ġodda. Din mhix kampanja mibnija fuq star can- didates, imma fuq star team immexxi minn kap mimli enerġija – bi proposti friski, sodi, studjati u viżjoni ċara ta' fejn irridu nieħdu lill-pajjiż. In-nies illum iridu serjetà, kompetenza u proposti li jtejbulhom ħajjithom. Iridu xi ħaġa friska u l-PN dan qed joffrih. Il-kandidati tagħna ġejjin minn oqsma differenti u jirriflettu r-realtajiet tal-familji, tan-negozji, tal-ħaddiema u tal-komunitajiet. Kemm inti sodisfatt bil-parteċipazzjoni tal-partitarji u voluntiera f 'din il-kampanja elettorali? Sodisfatt ħafna. Evidenti li l-enerġija li ġab il-Kap fil-Partit qed narawha riflessa fin-nies li qed jikkon- korru. Il-voluntiera huma l-qalb tal-Partit Nazz- jonalista. U fl-aħħar xhur u ġimgħat id-Dar Ċentrali (DĊ) imtliet b'voluntiera li l-im- penn u s-sens ta' missjoni tagħhom huwa inkredibbli. Imma din il-kampanja mhux qed issir biss mid-DĊ, imma fit-toroq, fil-lokalitajiet, fid- djar u fil-komunitajiet. Inħossu momentum pożittiv. Il-PN jibqa' l-underdog u ħadd mhu jieħu xejn for grant- ed. Imma iva mexjin 'il quddiem. Għal min jgħid li ż-żewġ partiti l-kbar qed jagħmlu kampanja popolista żżejjed, kif tiġġustifika l-ħafna wegħdiet ta' flus fil-but? Il-popoliżmu hu meta twiegħed bla pjan. Il-proposti li qed nippreżentaw aħna huma proposti costed, studjati u fattibbli. Fuq kol- lox huma proposti li jwieġbu għan-nuqqasi- jiet li jeżistu. Huma proposti li huma mfassla fuq dak li jixtiequ n-nies u li għandu bżonn il-pajjiż. Il-punt tagħna hu ċar: l-ekonomija trid terġa' taħdem għan-nies mhux bil-kontra. In-numri nħalluhom numri. In-nies inħallu- hom nies. Għal snin twal il-poplu ħallas aktar taxxi, aktar prezzijiet, aktar kera u aktar piżijiet. Jekk l-ekonomija tikber imma l-familji ma jħossuhiex fil-but, allura hemm xi ħaġa ħażina fil-mudell. Il-PN qed jipproponi ekonomija li trendi: toħloq ġid ġdid u tqassmu b'mod ġust. Kieku kellek tagħżel proposta waħda li l-PN ħabbar s'issa, liema hi l-aktar impor- tanti? Il-proposta tagħna li nnaqqsu l-kontijiet tad-dawl b'medja ta' 30% grazzi għal investi- ment bla preċedent fl-enerġija rinnovabbli, bi pjan serju biex innaqqsu l-emissjonijiet u d-dipendenza tagħna fuq il-gass u l-bżonn tas-sussidji marbuta miegħu. Hemm xi proposta tal-PL li laqtitek? Għaliex? Sa issa l-aktar li laqatni hu kif f 'kam- panja għal elezzjoni li ġejja qabel iż-żmien, f 'elezzjoni intiża biex taħsad lill-PN u xejn aktar, il-Labour spiċċa jirreaġixxi għall-PN – jikkopja l-proposti tiegħu. Ħafna minn dak li qed jgħidu ġej wara li l-PN ressaq il-proposti tiegħu. Din turi li l-PN qed imexxi l-aġenda. Il-problema mhix biss x'qed iwiegħed il-Labour illum, imma għaliex ma għamlux dawn l-affarijiet fi 13-il sena. In-nies għandhom jistaqsu: jekk setgħu jagħmluhom, għaliex stennew sal-kampanja? X'taħseb fuq il-kritika fuq il-kandidatura ta' Omar Rababah, speċifikament għal min qal li m'hemmx post għal nies ta' reliġjoni- jiet oħra fil-Parlament tagħna? Huwa f 'idejn il-Prim Ministru u l-Partit Laburista li jagħżlu l-kandidati tagħhom bħalma hu responsabbiltà tat-tmexxija tal- PN li tagħżel il-kandidati tiegħu. Imma l-PN jikkundanna kull forma ta' kumment razzist, attakk personali, mibegħ- da jew diskriminazzjoni abbażi ta' reliġjon, ġeneru jew oriġini. Il-politika trid tibda mir-rispett lejn il-per- suna. Malta għandha tkun soċjetà inklużiva fejn kulħadd jingħata rispett, dinjità u opportu- nità. Kull min jagħżel li jagħti kontribut lill- pajjiż għandu jiġi trattat b'dinjità, irrispettiva- ment mill-oriġini jew it-twemmin tiegħu. Politika aħjar tibda bir-rispett u bir-raġuni. U naħseb il-Kap tal-PN hu xempju ta' dan kull meta jitkellem u f 'kulma jagħmel. Taqbel ma' sejħiet biex il-Gvern ikollu terminu fiss, b'data ta' elezzjoni stabbilita minn qabel? Hemm lok għal diskussjoni biex kemm jista' jkun tinqata' l-inċertezza li tinqala' kull erba' snin. Pajjiż modern għandu jkollu aktar ċertezza u inqas kalkoli partiġjani. Li hu żgur hu li elezzjoni m'għandhiex tintuża bħala għodda tattika f 'idejn Prim Ministru. Naturalment, dan irid jiġi diskuss b'mod kostituzzjonali u serju. Għaliex il-votant fit-30 ta' Mejju għandu jagħżel il-Partit Nazzjonalista? Għax il-pajjiż għandu bżonn Nifs Ġdid. Meta l-PN għażel il-kliem Nifs Ġdid m'għażilx slogan. Għażel statement li aħna d-deputati, il-kandidati, in-nies tagħna, u l-Kap konna ilna nisimgħu. Hu evidenti ħafna – anke minn din il-kampanja – li l-Labour għeja, tilef l-ideat u spiċċa jiddefendi sistema li tefgħet piżijiet kbar fuq in-nies. Il-PN għandu tim, viżjoni u proposti konkreti biex in-nies jgħixu aħjar. Inqas taxxi, kontijiet orħos, ekonomija ġdida, saħħa aħjar, aktar appoġġ lin-negozji u aktar rispett lejn in-nies. Fit-30 ta' Mejju l-għażla hi ċara: aktar milli stess, agħtu gvern ġdid Nazzjonalista li jagħti Nifs Ġdid lil Malta u Għawdex. Il-President tal-Partit Nazzjonalista u kandidat fuq ir-4 u l-10 distrett Mark Anthony Sammut

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 MAY 2026