Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060
opinjoni illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 29 W asal iż-żmien mistenni minn kulħadd, iż-żmien tal-elezzjoni ġenerali. Bħalma l-Karnival ikun kollu lwien u kanzunet- ti, żmien l-elezzjoni wkoll hu mimli b'kull xorta ta' proposti kkuluriti, flimkien mal-istess kummenti: "vot għat-tielet partit hu vot moħli", "dak vot misruq", "it-tnejn bil-problemi, imma irridu nbiddlu l-gvern", u ħafna oħrajn bl-istess diska. Filwaqt li l-kostituzzjoni miktuba biex kwalunkwe partit ġdid isib- ha diffiċli jtella' siġġu u jikber (sistema li tmur kontra l-kunċett tad-demokrazija), ma jfissirx li dan hu impossibbli. Mela għalfe- jn ilna mill-1966 — b'eċċezzjoni waħda fl-2017 — ma jkollna iktar minn żewġ partiti fil-Parla- ment? Ma nistax nitkellem għal dawn l-aħħar 60 sena kollha, però konvint li f 'dawn il-ħames elezzjonijiet ġenerali li vvotajt fihom, dan it-tip ta' diskors kellu impatt kbir. Nixtieq naqsam l-esperjenza tiegħi, għalfejn dan id-diskors hu żbaljat, u nħeġġeġ lil min hu għaddej minn esper- jenza simili biex jara triq ġdida. Jien jisimni James Ciarlo', imrobbi f 'Tas-Sliema, u naħdem ta' xjenzat fil-qasam tal-klima. Bħall-maġġor parti tal-Maltin, jien kbirt f 'familja ta' kulur wieħed. Il-partit tagħna hu l-aħjar għażla u l-ieħor jagħmel kollox ħażin. Eventwalment tgħallimt dwar it-tielet partit, u li dawn jinteressahom mill-amb- jent — bħali. Però l-partit tagħ- na deher fuq xi programm, u qalli li dan mhux iż-żmien biex nivvutaw għat-tielet partit, allu- ra dak vot moħli. B'hekk, ħalle- jthom jaħsbu għalija, u meta ġejna għal elezzjoni ġenerali, ma vvotajtx lit-tielet partit. Elez- zjoni wara l-oħra bqajt nisma' l-istess storja, sakemm event- walment ma bqajtx nemmen il-propaganda tal-partiti l-kbar u fl-2022 il-vot tiegħi ma marx għand il-partiti l-kbar. Ħadd ma tela', però l-vot ma kienx moħli. L-ewwel ħaġa li rridu nimu hi li jekk il-vot ma jwassalx għall-partit tiegħek fil-gvern, jew għal siġġu, tal-inqas iwassal messaġġ! Meta tħares lejn l-istatistika, fl-2022, l-elezzjoni laħqet iktar rekords mid-distakk ta' 39,464 vot bejn il-PL u l-PN: 3.15% tal-voti validi (9,308) ivvotaw lit-tielet partit jew kandidat indipendenti, l-ewwel darba mill-1966 li qabżu t-2%; 2.89% ta' voti mħassra (8,802), rekord assolut li żdied iktar mid-doppju mill-elezzjoni ta' qabel; 85.63% tal-elettorat biss ivvotaw, ikkumparat ma' ċifri li qabżu t-92% sa mill-1971, u l-aħħar darba li kienu inqas kien fl-1955. Dan mhux b'kumbi- nazzjoni, imma juri ċarament li ħafna Maltin (iktar minn 18,000 votant, 5% tal-voti rreġistrati, jew wieħed minn kull għoxrin), huma delużi mill-partiti l-kbar u jixtiequ għażla oħra. Dawn ċifri li komplew jiżdiedu fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2024. U dan mingħajr ma ngħoddu lil dawk li, minkejja d-deluż- joni tagħhom, xorta vvotaw għall-partiti l-kbar għax ħasse- whom mingħajr għażla oħra (the lesser of two evils). Imma fir-realtà, x'differen- za hemm bejn iż-żewġ partiti l-kbar? Sal-2013 il-PN kien sar il-gvern tal-klikka, u bħalu fl-2026 il-PL wera li hu gvern tal-ħbieb, mhux tal-meritokrazi- ja. Matul dawn l-aħħar 13-il sena, il-PN fl-oppożizzjoni ma kienx xi wisq aħjar, għax jaqdi l-interess tal-kuntratturi, mhux il-poplu. Mela għalfejn għan- di nagħżel il-PN? Biex naslu fl-istess sitwazzjoni fl-elezzjoni li ġejja, jew ta' wara? Dan in-nifs il-ġdid? Għalija dak vot moħli, għax ma jinbidel xejn. Għalhekk, iktar milli għall-messaġġ, minflok inħassar il-vot jew ma nivvotax, jien se nivvota għat-tielet partit. Għax xbajt mill-partiti tal-pjaċiri fil-parlament. U minn dal-punt jgħidulek li f 'Malta impossib- bli jitla' t-tielet partit, li qatt ma jista' jinbidel il-pajjiż. Dan żball enormi. Xejn mhu għal dejjem. Ir-renju tal-Kavallieri, il-Franċiżi, u l-Ingliżi kollha spiċċaw. Bl-istess mod il-ħak- ma tal-partiti l-kbar mhix għal dejjem! U min jixtieq jivvota għat-tie- let partit, imma qiegħed jistenna li jkunu iktar b'saħħithom ngħi- dilhom, minn xi mkien irridu nibdew, u bil-vot tiegħek hemm iktar ċans li jaslu. U toqogħdux tibżgħu mill-koalizzjoni. Fuq din, dejjem jissemmew perjodi ta' instabbiltà tal-gvernijiet Taljani. Ma jsemmux il-perjodi ta' instabbiltà tal-gvernijiet tal-PN u l-PL, li minn mindu reġgħu telgħu fil-gvern fl-2013, il-PL qatt ma lesta l-ħames snin li kellu jagħmel, jew kellu diżg- wid intern u waqa' l-gvern. Ma jissemmewx il-koalizzjonijiet stabbli li kellhom pajjiżi oħra, bħall-Ġermanja, jew l-Irlanda, u ħafna pajjiżi oħra. U iron- ikament, il-PN innifsu ma ddejjaqx jagħmel koalizzjoni mal-Partit Demokratiku fl-2017 taħt l-isem Forza Nazzjonali — preċiżament biex jikseb żewġ siġġijiet extra minn kandidati b'saħħithom. Mela l-koalizzjoni tajba meta jaqblilhom, imma ħażina meta jipproponiha ħaddieħor? Anke b'siġġu wieħed fil-parlament, dan jista' jwassal għal bilanċ tal-poter, u mill-in- qas vuċi għall-poplu. Il-vot għat-tielet partit hu es- pressjoni ta' demokrazija. Mela hemm bżonn naqtgħu dawn il-kummenti. Vot għat-tie- let partit mhux vot moħli, u lanqas mhu vot misruq. Dan hu eżempju ta' arroganza mill-PN u l-PL, li jħosshom li huma biss jistgħu jmexxu l-pajjiż — raġunament ta' dittaturi u popolisti, mhux ta' demokratiċi. Uru rispett lejn il-votanti, u lejn il-proċess demokratiku, għax il-vot tiegħi mhux proprjetà tagħkom! Għalhekk f 'din l-elezzjoni, jien se nivvota għall-Momen- tum, u nkompli bl-ADPD. Tħal- lix min isikktek, inħeġġiġkom tivvutaw għall-bidla ta' vera, bidla mill-istaġnar li ħalqu l-ħakkiema moderni ta' Malta. Jekk il-partit tiegħek m'għadux jirrappreżenta l-valuri li beda bihom, mela għalfejn tibqa' tivvutalu? Ftakru li l-lealtà għandha l-ewwel tkun għall- pajjiż, mhux għall-partit. Ħafna politikanti nsewha. Ma ninse- whiex aħna wkoll. Tħallix min isikktek: Il-vot għat-tielet partit mhux moħli Xjenzat fil-qasam tal-klima JAMES CIARLO' Il-Momentum b'diversi proposti dwar l-ambjent

