MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

JAELLE BORG L-għoli tal-ħajja, it-trasport tal-massa u l-kriżi tal- kostruzzjoni kienu fost l-aktar temi li qanqlu dibattitu bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg waqt l-ewwel konfront televiżiv tagħhom fil-kampanja elettorali. Id-dibattitu mxandar fuq Xtra u mmoderat minn Saviour Balzan ra żewġ politċi jieħdu perspettivi differenti dwar il-futur tal-pajjiż, bl-argumen- ti jiffokaw fuq l-ekonomija, il-kwalità tal-ħajja, il-popolazz- joni u r-riformi soċjali. Meta mistoqsi dwar il-press- joni ekonomika li qed iħossu l-familji, Alex Borg qal li l-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta programm mibni fuq "problemi reali" li qed jaffaċċjaw in-nies ta' kuljum. Huwa rrefera għall-Ewro- barometru u qal li madwar 40% tal-Maltin iqisu l-għoli tal-ħajja bħala waħda mill-akbar sfidi tagħhom. "Meta familja tgħidlek li b'€50 m'għadhiex tixtri dak li kienet tixtri qabel, trid taġixxi," qal Borg waqt li spjega l-proposti ekonomiċi tal-PN. Il-Kap tal-PN semma żieda ta' 25% fl-istipendji, għajnuna għall-first-time buyers permezz ta' pagament ta' nofs l-imgħax fuq is-self fuq id-dar u tax cuts li skontu jistgħu jfissru sa €1,200 aktar fis-sena għall-ħaddiema. Borg tkellem ukoll dwar aktar investiment fis-saħħa, inkluż il-bini ta' erba' sptarijiet ġodda madwar Malta u Għawdex, fil- waqt li sostna li Monte Karmeli għandu gradwalment jiġi phased out. Min-naħa tiegħu, Robert Abe- la ddefenda r-rekord ekonomiku tal-Gvern Laburista u qal li Mal- ta rnexxielha żżomm ekonomija stabbli minkejja kriżijiet inter- nazzjonali fosthom il-pandemija tal-COVID-19. Il-Prim Ministru semma ċ-ċi- fri ekonomiċi tal-Kummissjoni Ewropea u qal li Malta għandha rata ta' defiċit ta' 2.2% u dejn pubbliku ta' 46%, filwaqt li sost- na li l-Gvern Laburista "investa fin-nies" minflok f 'politika ta' awsterità. Abela semma wkoll il-leave tal-ġenituri, iż-żidiet fl-istipend- ji, l-appoġġ lis-self-employed u l-għajnuna għall-first-time buyers bħala eżempji ta' miżuri soċjali introdotti mill-gvern tiegħu. Waħda mill-aktar temi li qan- qlu argument kienet il-popolazz- joni u l-ħaddiema barranin. Alex Borg qal li l-Gvern m'għandux pjan ċar dwar il-popolazzjoni u sostna li l-PN qed jipproponi studju dwar is- suq tal-ħaddiema (labour market study) u aktar ippjanar dwar il-ħaddiema barranin. Abela wieġeb billi qal li l-La- bour Migration Policy kienet risposta għat-tħassib tan-nies u sostna li r-rata ta' żieda fil-ħaddiema barranin naqset fl-aħħar sena. Il-kostruzzjoni kienet ukoll tema dominanti waqt il-kon- front. Abela qal li l-BCA wettqet eluf ta' spezzjonijiet matul l-aħħar sena u semma regolamenti ġodda flimkien mal-helpline 138. Huwa tkellem ukoll dwar proposta ġdida biex residenti li jsofru ħsarat relatati ma' xog- ħol ta' kostruzzjoni jingħataw kumpens. "Xorta mhux aċċettabbli li familji jispiċċaw joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta' professjonalità," qal Abela. Dwar it-traffiku, Borg sostna li l-PN għandu pjan konkret għat-trasport tal-massa u qal li fi żmien ħames snin tista' titlesta l-ewwel linja tat-trasport tal-massa f 'Malta. Huwa kkritika lill-Gvern talli skontu ilu snin jitkellem fuq studji mingħajr ma jwettaq proġetti konkreti. Il-konfront mess ukoll temi sensittivi bħall-IVF u l-ewtanas- ja. Robert Abela ddefenda l-idea ta' referendum dwar l-ewtanasja u semma r-riforma tal-living will, filwaqt li attakka lil Borg dwar il-vot tiegħu fuq l-IVF fl-2022. Borg wieġeb b'mod personali u qal li hu stess jista' jkollu bżonn IVF fil-futur. "Kif nista' mmur kontra xi ħaġa li jaf xi darba jkolli bżon- nha?" staqsa Borg hekk kif insista li huwa favur l-IVF u jrid li koppji Maltin ikollhom aċċess għas-servizzi kollha lokalment. Lejn l-aħħar tad-dibattitu, Alex Borg ġie mistoqsi dwar it- tim tiegħu u jekk għandux nies kapaċi jmexxu oqsma kruċjali bħall-ekonomija u l-finanzi. Borg wieġeb billi semma ac- countants, kirurgi, avukati u eks esponenti Laburisti li ngħaqdu mal-Partit Nazzjonalista. Huwa qal li l-poplu għan- du għażla bejn "tim li dejjem jitħanżer" fejn hawnekk irrefera għal dak li kienet qalet Rosianne Cutajar jew "tim imġedded u b'saħħtu". Id-dibattitu ngħalaq b'messaġġ aktar personali minn Robert Ab- ela li qal li l-gvern tiegħu għan- du "idejh fuq il-polz tal-poplu" u jibqa' jisma' "l-weġgħat tan-nies". Il-mexxejja f 'konfront dirett dwar l-ekonomija, it-traffiku u l-kwalità tal-ħajja fl-ewwel dibattitu televiżiv L-ewwel dibattitu televiżiv tal- kampanja elettorali bejn Robert Abela u Alex Borg ra skambji intensi dwar l-għoli tal-ħajja, il-popolazzjoni, il-kostruzzjoni, it- trasport tal-massa u l-futur ekonomiku tal-pajjiż aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 • illum Tabib u kandidat f'isem il-Partit Laburista fuq is-6 u s-7 distre . SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL- ANZJANITA' ATTIVA /mpagiusgalea 36 IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 • illum Robert Abela u Alex Borg fuq XTRA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 MAY 2026