www.illum.com.mt
NRU 1014
€1.50
IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2026
IKOMPLI F'PAĠNA 3
PAĠNI 6 - 7
Lydia u Sarah:
L-irwol dejjem jikber
tas-sieħba tal-
politiċi fil-kampanja
elettorali
Meta għalqet l-elezzjoni il-bieraħ fl-
10pm, sakemm morna għall-istampa,
ċifri mhux uffiċċjali li kienet qed jiġu
korroborati miż-żewġ partiti ewlenin,
poġġew it-turnout fl-elezzjoni bejn
87.5% sa 88%. Fl-aħħar elezzjoni
fl-2022 iċ-ċifra uffiċċjali tat-turnout
kienet ta' 85.6%.
Turnout iktar għoli jista' jfisser ħafna,
u jista' jkun li ż-żewġ partiti ewlenin ir-
nexxielhom jikkonvinċu n-nies joħorġu
jivvutaw.
Issa wieħed irid jara x'ifisser dan vera-
ment għall partiti. Wieħed ma jridx jinsa
li dan huwa perċentaġġ ta' voti mitfugħa.
Minn dan in-numru jkun hemm numru
ta' voti invalidi. Fl-elezzjoni ta' 2022,
madwar 8,000 persuna ħasru l-vot.
Kien fit-30 t'April li l-Prim Ministru
Robert Abela ħabbar li kien ser ixolji
l-parlament u jsejjaħ elezzjoni sena qabel
itemm il-mandat tiegħu.
Dan għamlu, qal, fid-dawl ta' bżonn ta'
par idejn sodi fid-dawl tal-kriżi geopoli-
tika.
F'kampanja qasira, rajna xita ta
proposti u kampanja kajmana imma
intensiva bejn iż-żewg partiti b'enfasi fuq
il-personalita' ta Robert Abela u Alex
Borg.
Malta tivvota b'turnout
ikbar mill-2022
Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia (xellug) u l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg (lemin) ivvutaw kmieni filgħodu