Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545156
04 IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2026 • illum Kampanja jew kunċert? Il-kampanja JAELLE BORG Kull kampanja politika f 'Mal- ta ġġib magħha l-istess xena familjari: banners kullimkien, konferenzi tal-aħbarijiet kon- tinwi, mass meetings ippakkjati sal-aħħar dettall u battalja bla waqfien fuq il-midja soċjali. Iżda l-kampanja li rajna din id-darba kienet differenti f 'ħaf- na aspetti. Kienet kampanja li wriet kemm il-politika moderna nbidlet f 'taħlita ta' komunika- zzjoni, marketing emozzjonali u spettaklu organizzat b'mod professjonali. Illum il-politika m'għadhiex biss dwar policies jew ideoloġiji. Saret ħafna aktar dwar l-im- maġni, il-personalità u l-mod kif messaġġ jiġi mwassal. Il-partiti jafu li l-elettorat illum jgħix fuq ritmu mgħaġġel, b'attenzjoni lim- itata u b'influss qawwi tal-midja soċjali. Għalhekk kull attività, kull konferenza u kull diskors kellu jkun maħsub biex jagħmel impatt immedjat. Il-Partit Laburista għażel strateġija mibnija fuq il-kelma "stabbiltà". Il-messaġġ tiegħu kien wieħed ċar: il-pajjiż miexi 'l quddiem ekonomikament u kull tibdil jista' jġib inċertezza. Il-kampanja kienet mimlija riferimenti għal tkabbir ekonomi- ku, investiment barrani, proġet- ti infrastrutturali u statistika pożittiva. Il-konferenzi tal-aħbarijiet kienu organizzati bi preċiżjo- ni kbira. Kandidati mqassmin b'attenzjoni, messaġġi qosra u kontrollati. Kull dehra kienet tidher ippjanata sal-aħħar dettall. Xi drabi wieħed seta' jaħseb li qed jara preżentazzjoni ta' kumpanija internazzjonali aktar milli attività politika. Imma proprju dan hu l-punt tal-politika moderna — l-immaġni saret kważi importanti daqs il-kontenut. Il-PL iffoka ħafna fuq il- kunċett tal-kontinwità. Kull triq, kull proġett ġdid u kull investiment ġie ppreżentat bħala prova li l-politika tiegħu qed taħdem. Il-messaġġ kien wieħed ta' "tmissux dak li qed jaħdem". U filwaqt li l-Oppożizzjoni ppruvat tattakka fuq governanza, il-La- bour baqa' jipprova jdawwar id-diskors lura lejn l-ekonomija u l-istabbiltà. Min-naħa l-oħra, il-Partit Naz- zjonalista prova joħloq kampanja mibnija fuq il-bidla u t-tiġdid. Il-messaġġ tiegħu kien wieħed aktar iffukat fuq governanza, trasparenza u l-ħtieġa li l-pajjiż jieħu direzzjoni differenti. Iżda wieħed mill-aktar aspetti notevoli tal-kampanja tiegħu kien il-fokus enormi fuq Alex Borg u l-idea tal-"wiċċ ġdid". Fil-fatt, fuq ħafna banners, posters u materjal promozzjonali, il-wiċċ ta' Alex Borg kien promi- nenti ħafna. Kien ċar li l-PN ried jippreżentah bħala simbolu ta' enerġija ġdida u ta' ġenerazzjoni differenti fil-politika. Donnu l-kampanja kienet qed tipprova tgħid li l-partit mhux biss qed ibiddel il-messaġġ, imma anke l-identità tiegħu. Din kienet strateġija ċara: il-PN ried jassoċja ruħu ma' figura li tidher ġdida, enerġetika u moder- na. Il-konferenzi tal-aħbarijiet tal-PN kellhom ton differenti minn dawk tal-Gvern. Kienu aktar iffukati fuq kritika diretta, każijiet kontroversjali u temi ta' governanza. Interessanti wkoll kif iż-żewġ partiti bdew jagħtu importanza kbira lill-produzzjoni tal-attivi- tajiet tagħhom. Illum il-politika m'għadhiex biss diskors minn fuq palk. Sar kollox esperjenza viżiva. Dwal, screens kbar, mużika, camera shots perfetti u atmosfera kkalkulata biex toħloq emozz- joni. Il-politika moderna tiem li n-nies mhux biss jisimgħu — iridu wkoll "jesperjenzaw" l-attività. U forsi l-aqwa eżempju ta' dan kienu l-aħħar mass meetings taż- żewġ partiti. Dak li darba kienu sempliċement rallies politiċi nbidlu f 'mass festivals. Minbarra l-bnadar u d-diskorsi politiċi, kien hemm produzzjoni enormi, effetti tad-dawl u saħansitra żewġ DJs popolari fuq il-palk biex jagħlqu l-attività. F'ċerti mumenti wieħed seta' faċilment jinsa jekk kienx f 'mass meeting politiku jew festival tas-sajf. L-atmosfera kienet aktar qisha ta' kunċert milli rally tradizzjonali. U naturalment, il-partiti jafu għaliex qed jagħmlu dan. Fl-era tal-midja soċjali, trid toħloq mumenti li jidhru tajbin fuq Facebook, Instagram u TikTok. Illum applaws fil-pjazza hu importanti, imma clip li jmur viral online jaf jiswa aktar. Il-midja soċjali fil-fatt bidlet kompletament il-mod kif isiru l-kampanji. Illum kull diskors irid ikun maqsum fi clips qosra. Kull konferenza trid tipproduċi headline immedjata. Kull kandi- dat irid ikun "shareable". Għal- hekk rajna ħafna aktar slogans qosra, frażijiet effettivi u mes- saġġi emozzjonali milli argumen- ti twal u tekniċi. Aspett ieħor interessanti tal-kampanja kien il-mod kif il-partiti ppruvaw juru qrubija man-nies permezz ta' attivita- jiet iżgħar u aktar "informali". Rajna żjarat fil-każini, attivitajiet mal-familji, coffee mornings u laqgħat ma' diversi setturi tas-soċjetà. Naturalment, dawn l-attivitajiet dejjem ikollhom ele- ment ta' mument spontannju … jew għall-inqas spontanju ppjanat Bejn banners enormi, konferenzi tal-aħbarijiet bla waqfien, DJs fuq il-palk u kampanja mibnija fuq viral clips u wċuħ ġodda, il-politika Maltija kompliet tinbidel f 'taħlita ta' marketing, spettaklu u battalja għall- attenzjoni online

