Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545156
08 IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2026 • illum Fejn il-PL u l-PN spiċċaw jaqblu: Il-proposti simili wara kampanja ta' attakki Minkejja kampanja mibnija fuq kuntrasti qawwija, il-manifesti tal-PL u l-PN juru diversi punti fejn iż-żewġ partiti ironikament qorbu lejn xulxin — mill-flus fil-but sal-leave tal-ġenituri, mit-trasport sal-housing JAELLE BORG Wara ġimgħat ta' attakki, ak- kużi ta' inkompetenza u diskorsi dwar "bidla" kontra "stabbiltà", il-manifesti tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista juru realtà kemxejn inqas dramma- tika: fuq diversi oqsma, iż-żewġ partiti qed iwiegħdu affarijiet simili ħafna. Jekk wieħed ineħħi l-islogans, il-mużika tal-mass meetings u l-billboards, il-kompetizzjoni elettorali kienet f 'ħafna każijiet tellieqa dwar min jagħti aktar, aktar malajr u b'isem aħjar. L-aktar qasam ċar huwa dak tal-flus fil-but, diġà ġie nnutat li l-kampanja kienet iddominata minn tema waħda: aktar dispos- able income, hekk kif iż-żewġ partiti ppruvaw jindirizzaw l-għoli tal-ħajja u l-pressjoni fuq il-familji. Il-PL wiegħed bonus annwali ta' €1,000 għall-ħaddiema li ja- qilgħu mill-inqas il-paga minima, filwaqt li l-PN ippropona diversi tax reductions u inċentivi għal SMEs, startups u ħaddiema. Ix-xebh jidher ukoll fil-hous- ing. Il-PL qed jipproponi self bla imgħax għall-first-time buyers sa 25% tal-valur tal-proprjetà, flimkien ma' eżenzjonijiet fuq stamp duty għal proprjetà mogħtija mill-ġenituri lit-tfal. Il-PN ukoll għamel il-housing u l-għajnuna lill-first-time buyers parti ċentrali mill-kampanja tiegħu. Fil-qasam tal-familja u l-leave tal-ġenituri, iż-żewġ partiti wkoll resqu viċin ħafna. Il-PL qed jip- proponi maternity leave imħallas ta' 26 ġimgħa, sitt xhur parental leave li l-ġenituri jistgħu jaqsmu bejniethom, u xahar paternity leave. Il-PN qed jipproponi wkoll 26 ġimgħa maternity leave, sitt ġimgħat paternity leave u sena parental leave mħallas maqsum bejn iż-żewġ ġenituri. Anke fuq work-life balance, il-partiti spiċċaw jitkellmu fuq l-istess territorju. Il-PN ilu jitkellem dwar flexible working u konsultazzjoni fuq mudelli ġodda ta' xogħol, filwaqt li l-PL ressaq proposti relatati ma' compressed week u aktar flessibbiltà. Il-PN saħansitra akkuża lill-PL li kkopja numru ta' proposti tiegħu, fosth- om il-child trust fund, il-four-day week/compressed week, vapuri ġodda għal Għawdex u l-inter- connector. It-trasport kien qasam ieħor fejn iż-żewġ partiti ammettew, indirettament jew direttament, li s-sistema preżenti ma tistax tibqa' sejra kif inhi. Il-PN qed jippro- poni mass transit underground bħala sinsla ġdida għat-trasport pubbliku, filwaqt li l-PL ressaq pjan ta' mobilità fit-tul b'light rail, ferries u park and ride. It-tnejn qed iwiegħdu li jnaqqsu d-dipen- denza fuq il-karozza privata. Fuq l-ekonomija, iż-żewġ man- ifesti jitkellmu dwar diversifikazz- joni, diġitalizzazzjoni u setturi ta' valur ogħla. Il-PL qed jipproponi tnaqqis fil-burokrazija permezz tal-AI u "once-only principle", waqt li l-PN qed jitkellem dwar mudell ekonomiku mibni fuq digital technology, AI, green technology u specialised manu- facturing. Anke fil-governanza u s-serviz- zi, hemm xebh fil-lingwaġġ. Il-PL qed jipproponi business wallet nazzjonali u dritt bażiku għall-kumpaniji li jiħu bank account, filwaqt li l-PN qed jipproponi KYC ċentralizzat biex inaqqas il-burokrazija għall-in- dividwi u n-negozji. Fi kliem ieħor, iż-żewġ partiti qed jgħidu li jridu jnaqqsu l-karti; issa naraw jekk il-karti jafux li għandhom jitnaqqsu. Dan kollu juri li minkejja d-diskors politiku li jipprova jpinġi żewġ viżjonijiet kompleta- ment opposti, ħafna mill-propos- ti ewlenin qed iduru mal-istess pressjonijiet: għoli tal-ħajja, traffiku, housing, familja, xogħol u kwalità tal-ħajja. Id-differenza vera għalhekk tista' ma tkunx biss fil-proposta nnifisha, iżda fil-livell ta' kred- ibilità, costing u fiduċja dwar min jista' jwettaqha. Għax wara kollox, f 'Malta, proposta tista' tkun sabiħa ħafna fuq karta tleqq ta' manifest — imma l-veru test jibda meta jispiċċaw il-konfetti, jingħaddu l-voti u xi ħadd irid fil-fatt iwettaqha. It-traffiku u sistema ta' trasport tal-massa, il-familja u l-propjeta' kienu fost l-iktar oqsma li ż-żewġ partiti iffukaw fuqhom

