MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545156

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-Proċess ta' Franz Kafka fit-Teatru Manoel Adattament teatrali ta' Il- Proċess, ir-rumanz tal-awtur Franz Kaa se jittella' fit-Teatru Manoel fis-6 u s-7 ta' Ġunju. Din hija meqjusa bħala waħda mill-aktar biċċiet tax-xogħol importanti fil-letteratura tas- seklu għoxrin. F'din il-produzzjoni, l-attur ċe- lebri Taljan Giovanni Costantino se joffri esperjenza teatrali inten- sa ffukata fuq Josef, raġel maqbud b'sistema assurda li diffiċli toħroġ minnha. Fi prestazzjoni unika, Costantino f 'din il-produzzjoni jagħti vuċi u ħajja, mhux biss lil Josef, iżda anke lill-vuċi ta' 17-il karattru ieħor: 18-il preżenza differenti fuq il-palk. Din il-pro- duzzjoni tinkludi narrazzjoni, te- atru fiżiku, elementi viżivi u ħoss hekk kif tesplora d-dinja ta' Kaa u t-temi bħall-illużjoni tal-libertà u l-aljenazzjoni. Għal Costantino, dan se jkun ritorn fuq il-palk Malti wara s-suċċess tas-sena li għaddiet bil-produzzjoni Novecento. Huwa għandu esperjenza kbira fi rwoli ewlenin fix-xena teatrali Talja- na. Ix-xogħlijiet tiegħu jinkludu Mastro Don Gesualdo ta' Giovan- ni Verga u Il giorno della civetta ta' Leonardo Sciascia, it-tnejn taħt id-direzzjoni ta' Daniela Ardini kif ukoll La vedova scaltra ta' Carlo Goldoni taħt id-direz- zjoni tar-rebbieħa tal-Oscar Lina Wertmüller. Il-kritiku Gianluca Procopio, f 'artiklu riċenti f 'La Repubblica, iddeskriva lil Costantino bħala "wieħed mill-aktar atturi rikon- oxxuti u apprezzati tal-ġenerazz- joni tiegħu fix-xena teatrali Talja- na" għall-ħila tiegħu li jinterpreta karattri kumplessi u profondi. Din il-prestazzjoni tiddependi fuq it-trasformazzjoni tal-vuċi u l-moviment bejn karattri, biex l-udjenza tittieħed fuq vjaġġ psikoloġiku u emozzjonali li jirrifletti l-ansjetajiet tas-soċjetà moderna. Din il-produzzjoni se tkun taħt id-direzzjoni ta' Andrea Battisti- ni, direttur teatrali u operistiku Taljan, b'karriera ta' aktar minn tletin sena fi produzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali. Huwa mexxa xogħlijiet f 'teatri u festivals importanti, fosthom produzzjonijiet ta' Shakespeare, Pirandello, Verdi u Mozart. Fit-tnedija tal-produzzjoni, Giovanni Costantino qal: "Din il-produzzjoni tistieden lill-ud- jenzi jirriflettu fuq numru ta' temi li għadhom mill-aktar rilevanti fil-ġurnata tal-lum. Hija tirrappeżenta impenn komuni favur għarfien soċjali u rikkezza kulturali akbar". Il-Proċess se jittella' fis-6 u s-7 ta' Ġunju 2026 fit-Teatru Manoel, u l-biljetti huma disponibbli għall-pubbliku. Il-produzzjoni se tkun bil-lingwa Taljana b'test fuq l-iskrin bl-Ingliż u bil-Malti. It-tnedija uffiċjali tal-produzz- joni saret fl-Istituto Italiano di Cultura. Il-produzzjoni hi appoġġjata mill-Ambaxxata tal-Italja f 'Malta, l-Istituto Italiano di Cultura, l-Università ta' Malta, Com.It.Es., the Accademia Italiana della Cucina, il-Fondazzjoni Italiani. it u l-Fondazzjoni e Islands of Malta & Sicily. L-attur ċelebri Taljan Giovanni Costantino se joffri esperjenza teatrali intensa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 May 2026