MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545156

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Bħal sajjetta fil-bnazzi u bħal metjorita li tinżel b'ħeffa fid-dinja, l-istilla ta' Rudolph Valentino xegħlet l-Amerka għal divesi snin u bl-istess ħeffa niżlet fl-art biss fil-mument drammatiku tal-mewt ħesrem tiegħu ta' malajr fl-età tenera ta' 31 sena. Il-marda li għal għarrieda ħak- mitu u l-mewt li ġrat f 'salt qajmet mewġa ta' paniku u isteriżmu li qatt qabel jew wara ma ġraw fis-sura tal-intensità tagħhom. Hu kien il-figura perfetta ta' fantasija ta' kull mara ta' kwalunkwe età u mhux ta' b'xejn li kienu jsibuh bħala "the Great Lover" jew "the First Latin Lover". Aktar magħruf bl-isem biss ta' Valentino, Rodolfo Pietro Filiber- to Raffaele Guglielmi di Valentina twieled fis-6 ta' Mejju 1895 f 'Cas- tellaneta, l-Italja u miet fit-23 ta' Awwissu 1926 fi New York City. Wara li ggradwa mill-Akkademja Rjali tal-Agrikoltura ta' Ġenova, telaq lejn Pariġi (ommu kienet Franċiża) u dlonk tħajjar għaż- żfin ballroom f 'dik l-epoka bħala student ferħan ta' moħħ ir-riħ ta' 17-il sena. Meta spiċċawlu flusu, u kien għadu f 'età żgħira, kiteb lill-familja ta' klassi medja tiegħu għall-biljett lura lejn pajjiżu. Nat- uralment, ta' 18-il sena l-ispirtu ta' avventura beda jaħkem sewwa ġo fih tant li salpa lejn l-Amerka issa bi flus biżżejjed f 'butu. Qabel telaq qal lil ħuh Alberto, "l-Italja hija żgħira ħafna għalija". Fi New York għadda l-istess ħajja ta' xalar u libertà bħal dik ta' Pariġi u din id-darba meta l-but tiegħu żvojta, għax staħa kiteb lill-familja u bagħat ritratt tiegħu liebes eleganti bi ħwejjeġ mikrija biex jagħti l-impressjoni li għaddej qisu xi re, waqt li billejl kien jorqod barra f 'Central Park. Kien għadda wkoll xi it jiem il-ħabs aktarx minħabba serq ta' valur żgħir. Is-sbuħija ta' wiċċu, iż-żgħożija, il-kortesija li kien juri, il-faxxiżmu li kien jipproġetta u l-abbiltà għaż- żfin kienu l-fatturi li salvawh minn ħajja miżera. Malajr sab xogħol bħala s-sieħeb taż-żfin ma' waħda popolari ġo lukandi u restoranti ta' klassi fi New York. Darba ġieh iċ-ċans jakkumpanja lil żeffiena professjonali li kienet qed tfittex sieħeb. Hawn beda l-passaġġ tiegħu għad-dinja tad-diverti- ment. Meta kien San Francisco ltaqa ma' ħabib ta' qabel li kien qed jaħdem f 'film mar-rinomata Mary Pickford f 'San Francisco stess u pperswadieh jipprova Hollywood. Il-bidu kien diffi- kultuż, ġimgħat sħaħ bla xogħol, oħrajn bi it l-aktar fil-parti ta' xi kriminal u wara bdew ġejjin irwoli itwal. Il-flus li daħħal ma marrux għax-xalar imma għal dak li l-aktar iħobbu t-Talja- ni — karozzi tal-ġiri. Valentino ma kienx xi xufier tajjeb u kien involut f 'diversi aċċidenti żgħar. Fuq ħaddejh tal-lemin f 'xi films li ħadem kien jidher farrett mhux daqshekk prominenti. Fid-dipartiment tal-kump- anija Metro Pictures, June Ma- this, il-kap li kellha, influwenza kbira, rat li dan iż-żagħżugħ attur komuni jippossessa personalità rari li tiġbdek u ppressat lil dawk li jagħżlu l-at- turi biex ituh parti sostanzjali f 'e Four Horsemen Of e Apocalypse. Ir-riżultat kien li din it-tattika tant irnexxiet li dan il-film kellu suċċess kbir mal-pubbliku u mfaħħar mill- kritiċi. 14 films IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2026 • illum Carmel Bonnici Rudolph Valentino: L-idolu perfett tan-nisa ta' żmien iċ-ċinema mutu L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Il-funeral spettakulari ta' Rudolph Valentino fl-1926

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 May 2026