Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545156
05 illum • IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2026 Il-kampanja elettorali fl-2026 sew minn qabel. L-użu tal-midja soċjali kien b'saħħtu ħafna miż-żewġ naħat. Facebook u TikTok saru kważi aktar importanti minn meet- ing tradizzjonali. Kull mument tal-kampanja kellu jkun filmat, editjat u mtella' fi it minuti. Illum il-politika timxi fuq likes, shares u comments. U għalhekk rajna wkoll ħafna aktar enfasi fuq emozzjoni milli fuq dettall tekniku. Għax fil-verità, clip emozzjonali ta' 15-il sekonda ħafna drabi tagħmel aktar impatt minn diskors twil ta' siegħa. Anke l-lingwaġġ tal-politika nbidel. Il-partiti bdew jużaw frażijiet qosra, slogans catchy u kliem maħsub biex jibqa' f 'moħħ in-nies. U filwaqt li ż-żewġ partiti ppruvaw juru kunfidenza, kien evidenti wkoll li kull wieħed minnhom kien attent ħafna għall-perċezzjoni pubblika. Reazzjoni waħda negattiva on- line, video li ma jintlaqax tajjeb jew kumment kontroversjali jist- għu jduru mal-pajjiż kollu f 'temp ta' sigħat. Għalhekk il-kampanji saru ħafna aktar difensivi u kkon- trollati. Fl-aħħar mill-aħħar, il-kam- panja wriet kemm il-politika Maltija daħlet kompletament fl-era tal-immaġni u tal-ispettak- lu. Illum il-partiti mhux biss qed jikkompetu fuq ideat, iżda wkoll fuq min jagħmel l-aħjar produzz- joni, min joħloq l-aħjar atmos- fera u min jirnexxilu jiddomina l-attenzjoni online. Element ieħor li spikka ħafna f 'din il-kampanja kien l-użu dejj- em jikber tal-AI u tal-kontenut maħluq apposta għall-midja soċ- jali. Din kienet waħda mill-ewwel kampanji fejn rajna b'mod ċar kemm l-AI bdiet tidħol fid-din- ja politika — minn billboards editjati b'mod kreattiv sa videos satiriċi li kienu jinxterdu malajr online. Fuq il-midja soċjali raj- na għadd ta' ritratti u videos maħluqa jew editjati bl-AI li kienu juru kemm lil Robert Abela kif ukoll lil Alex Borg f 'sitwazz- jonijiet umoristiċi jew esaġerati. Xi wħud kienu ċajt innoċenti, oħrajn kienu satira aktar aggres- siva, iżda kollha kellhom l-istess għan: jiġbdu attenzjoni u jsiru vi- rali. U ħafna drabi rnexxielhom. Anke ċerti billboards u viżwali tal-kampanja bdew juru dan l-istil, kważi perfett wisq biex ikun naturali. Il-politika bdiet tidħol ukoll fl-era tal-filtri, edits u immaġni maħluqa biex tidher aktar impressjonanti online. U mhux talli hekk; talli l-AI ntuża wkoll anke saħansitra mill-pubbliku biex ixxerr- du ritratti ta' mass meetings, partitarji tal-PN bdew ixxerrdu ritratt b'mass meeting fil-Mosta mifqugħ nies iżda mbagħad xħin tibda tiflih sew, tara li l-knisja tal-Mosta spiċċat iċċaqalqet fil-ġenb, u tal-Labour min-naħa l-oħra jxerrdu ritratti biex ipoġġu stampa li tal-PN ma kellhomx nies. Dan kollu juri kemm il-politika Maltija qed tinbidel malajr. Illum il-kampanja ma ssirx biss fuq il- palk jew fit-toroq, iżda wkoll fuq l-algorithms, il-memes u l-konte- nut li għandu s-saħħa tremenda li jmur viral. Madankollu, minkejja l-is- pettaklu kollu, tibqa' mistoqsija importanti ħafna: il-kampanji qed jirnexxilhom verament jindirizzaw il-problemi tan-nies? Għax barra d-dwal, il-mużika u l-banners, hemm realtà ta' kuljum li ħafna ċittadini qed jgħixu. Il-prezzijiet qed jogħlew, it-traffiku għadu problema kbira, il-kwalità tal-ħajja għadha taħt pressjoni u ħafna nies għadhom ifittxu aktar serħan il-moħħ dwar il-futur. U forsi proprju hawn jinsab il-veru test tal-politika moderna. Mhux kemm timla pjazza jew kemm ikollok likes online, iżda kemm jirnexxilek tikkonvinċi lin-nies li tista' tagħmel differenza konkreta fil-ħajja tagħhom. Il-kampanja li għaddejna minnha wriet ċar kemm il-politi- ka Maltija nbidlet. Il-konferenzi tal-aħbarijiet saru produzzjoni kontinwa, il-mass meetings saru festivals politiċi u l-kandidati saru brands. Kollox sar aktar viżiv, aktar emozzjonali u aktar iffukat fuq l-immaġni. Iżda minkejja dan kollu, il-votant Malti għadu jfittex xi ħaġa sempliċi ħafna: kredibbiltà. Għax wara l-mużika, id-dwal, il-banners u d-DJs kollha, tibqa' realtà waħda li l-ebda slogan ta' kampanja elettorali ma jista' jaħbi — in-nies fl-aħħar mill-aħħar iridu politika li tagħmel sens għal ħajjithom u mhux biss spettaklu sabiħ għal fuq il-palk. Billboards, banners, laqg]at fl-irħula, mass meetings, DJs, mużika ... il-partiti għamlu minn kollox biex jattiraw il-partitarji tagħhom u voti ġodda

