MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545156

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

09 illum • IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2026 Liġijiet li jistgħu jitfaqqsu fil-leġiżlatura li jmiss Minn referendum fuq l-ewtanasja sa multi on-the-spot għall-barranin u wegħdiet dwar riformi fl-ippjanar, il-15-il leġiżlatura mistennija tiftaħ il-bieb għal diversi liġijiet u riformi li diġà qed iqajmu diskussjoni politika u soċjali JAELLE BORG Filwaqt li l-kampanja elettorali kienet mimlija b'wegħdiet dwar bonuses, toroq u trasport, hemm ukoll sensiela ta' liġijiet u riformi li jistgħu jispiċċaw jiddefinixxu l-15-il leġiżlatura ferm aktar minn slogan ta' kampanja. Xi wħud minnhom ilhom jiġu diskussi snin sħaħ. Oħrajn dehru kważi "waqgħu mis-sema" fl-aħħar ġimgħat tal-kampanja. U oħrajn juru biċ-ċar kif il-partiti qed jippruvaw jilagħbu bejn press- jonijiet soċjali, elettorat speċifiku u l-famuż konsensus li kulħadd isemmi sakemm jasal il-vot. Waħda mill-aktar proposti li mistennija tqajjem dibattitu hija dik dwar l-ewtanasja volontarja assistita. Il-Partit Laburista wiegħed li jekk jerġa' jiġi elett fil-Gvern, se jkun qed isejjaħ referendum dwar l-ewtanasja volontarja assistita. Il-kwistjoni ilha tiġi diskussa pubblikament għal dawn l-aħħar snin, partikolarment fuq każijiet marbuta ma' mard terminali u d-dritt tal-persuna li tiddeċiedi dwar l-aħħar stadji ta' ħajjitha. Naturalment, il-proposta mistennija taqsam l-opinjoni pubblika. Minn naħa hemm min iqisha bħala kwistjoni ta' dinjità u libertà personali. Min-naħa l-oħra hemm min iqajjem tħassib etiku, reliġjuż u mediku. U iva, bħalma jiġri kważi dejjem f 'Malta, kulħadd jidher favur "diskussjoni nazzjonali serja" … sakemm id-diskussjoni tibda tassew. Fuq livell differenti komplet- ament, il-Gvern diġà qed jimxi 'l quddiem b'liġi li se ddaħħal multi immedjati għal barranin li jinqabdu jiksru ċerti regolamenti jew liġijiet amministrattivi. Mill-1 ta' Ġunju, persuni mhux residenti f 'Malta jistgħu jingħataw multi on-the-spot, miżura li l-Gvern qal hija maħsuba biex tindirizza abbużi u nuqqas ta' infurzar. Il-miżura diġà qed tqajjem mistoqsijiet dwar kemm il-pajjiż qed jimxi lejn aktar kontroll u infurzar amministrattiv, speċjal- ment f 'kuntest ta' popolazzjoni barranija dejjem tikber. Għax filwaqt li kulħadd jaq- bel li l-liġijiet għandhom jiġu rispettati, mhux kulħadd jidher konvint li biljett immedjat huwa dejjem l-aħjar soluzzjoni għal kull problema li tiltaqa' magħha Malta. Fl-istess ħin, il-kwistjoni tal-ip- pjanar u l-iżvilupp mistennija ti- bqa' dominanti wkoll fil-leġiżlat- ura li jmiss. Robert Abela diġà qal li mhux se jimbotta riformi fl-ippjanar jekk dawn ma jkunux igawdu konsensus. Kumment li għal xi wħud instema' bħala tentattiv ta' kawtela politika, filwaqt li oħrajn rawh bħala sinjal ċar ta' kemm il-qasam tal-ippjanar baqa' wieħed mill-aktar sensittivi politikament. Speċjalment f 'pajjiż fejn kulħadd jaqbel li hemm wisq kostruzzjoni … sakemm il-binja tkun ta' xi ħadd li taf. Il-15-il leġiżlatura tista' wkoll tara bidliet marbuta ma' Għaw- dex u l-istatus kostituzzjonali tiegħu. Il-Partit Nazzjonalista wiegħed li jagħraf lil Għawdex bħala reġjun distint fil-Kostituzzjoni Maltija, proposta li skont il-PN tista' tagħti lill-gżira aktar aċċess għal fondi Ewropej u aktar aw- tonomija fit-teħid tad-deċiżjoniji- et relatati mal-iżvilupp tagħha. Alex Borg sostna diversi drabi matul il-kampanja li Għawdex m'għandux jibqa' "aerthought" li jissemma biss qabel elezzjoni. Il-proposta mistennija tiaħ diskussjoni usa' dwar id-diċen- tralizzazzjoni, l-identità reġjon- ali u r-relazzjoni bejn Malta u Għawdex — diskussjoni li ħafna jqisu li ilha pendenti snin. Intant, il-kaċċa u n-nasba wkoll jistgħu jispiċċaw lura fuq l-aġen- da leġiżlattiva. Il-Ministru Silvio Schembri qal waqt attività politika li Gvern La- burista lest "jieħu l-pass li jmiss" fuq il-multi u l-projbizzjonijiet permanenti tal-liċenzji tal-kaċċa. Il-kumment qajjem reazzjoni immedjata minn NGOs ambjen- tali, li akkużaw lill-partiti politiċi li qed jippruvaw jogħġbu lil-lobby tal-kaċċa waqt il-kampanja. U allura, bejn ewtanasja, ippja- nar, infurzar, Għawdex u kaċċa, jidher ċar li l-15-il leġiżlatura mhux se tkun nieqsa mill-kon- troversji. Għax jekk hemm ħaġa waħda li Malta tagħmel tajjeb hija li tieħu kwistjoni sensittiva … u tibdilha f 'dibattitu nazzjonali li kulħadd ikollu opinjoni fuqu sas-2 ta' filgħodu fuq Facebook. Ir-riforma tal-liġi tal-ippjanar hija l-ikbar sfida li gvern ġdid irid jiffaċċja, iżda l-Gvern Laburista diġa' ppropona liġi li se ddaħħal multi immedjati għal barranin li jinqabdu jiksru ċerti regolamenti jew liġijiet amministrattivi, waqt li l-kaċċa u n-nasba wkoll jistgħu jispiċċaw lura fuq l-aġenda leġiżlattiva

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 May 2026