Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545387
JAELLE BORG F'dinja ideali, il-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru ma jkunx meħtieġ. Dan kien wieħed mill-it punti li fuqhom qablu kważi unanimament is-sitt nisa li tkellmet magħhom din il-gazzetta dwar il-futur tal- mekkaniżmu u l-irwol tiegħu fil-politika Maltija. Imma xorta waħda qablu li sakemm ma jinbidlux l-affariji- et dan il-mekkaniżmu għandu jibqa' fis-seħħ. Minkejja li ġejjin minn sfondi differenti – minn eks politiċi u eks Membri Parlamentari Ewropej sa akkademiċi, attivisti u ġurnalisti – il-maġġoranza tagħhom qalu li għalkemm il-mekkaniżmu mhuwiex soluzzjoni ideali jew perma- nenti, għadu meħtieġ biex jindirizza n-nuqqas storiku ta' rappreżentanza tan-nisa fil-Par- lament. Il-kummenti tagħhom jaslu fi żmien meta l-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru reġa' sab ruħu fiċ-ċentru tad-diskussjoni politika hekk kif wara l-elez- zjonijiet każwali tal-Partit Nazzjonalista, mistennija nhar it-Tlieta li ġej, ikun jista' jiġi stabbilit jekk għandux jerġa' jidħol fis-seħħ. Qabel ma daħal fis-seħħ il-mekkaniżmu, Malta kienet għal snin twal fost il-pajjiżi Ew- ropej bl-inqas rappreżentanza femminili fil-Parlament. Ir-ri- forma kostituzzjonali li daħlet fis-seħħ fl-2021 kellha l-għan li tindirizza din ir-realtà billi toħloq sistema li żżid siġġijiet għall-ġeneru sottorappreżentat wara li jitlestew l-elezzjoni ġen- erali u l-elezzjonijiet każwali kollha. IKOMPLI F'PAĠNA 3 www.illum.com.mt NRU 1016 €1.50 IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 4 PAĠNI 6 - 7 It-Tazza tad- Dinja 2026: Rivoluzzjoni fl- istorja tal-futbol JAELLE BORG Ħames xhur wara li l-Uffiċċju tal-Ombudsman iddikjara s-sis- tema użata biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Learning Support Educators (LSEs) bħala waħda illegali u diskriminatorja, il-Min- isteru tal-Edukazzjoni ħabbar li se jadotta r-rakkomandazzjonijiet maħruġa fir-rapport. Madankollu, kelliem tal-Ministru għall-Edukazzjoni Byron Camilleri sostna li d-deċiżjoni ma setgħetx tittieħed immedjatament minħabba l-kumplessità tal-kwistjoni u l-ħtieġa ta' konsultazzjonijiet estensivi. LSEs: Djalogu intensiv fil- ministeru qabel kien aċċettat ir- rapport tal- Ombudsman 'IL-MEKKANIŻMU TAL- ĠENERU GĦANDU JIBQA'' Malta muhiex l-uniku pajjiż li introduċa miżuri biex iżid ir-rappreżentanza tan-nisa fil-politika Il-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru jinsab mill-ġdid fiċ-ċentru tad-dibattitu politiku. Dan il- ġurnal tkellem ma' eks politiċi, akkademiċi u attivisti dwar jekk il-miżura hix qed tindirizza inġustizzja storika jew jekk għadx hemm dubji dwar l-effett tagħha fuq il-mertu u l-ugwaljanza.
