MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545387

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Direttur Maniġerjali: SAVIOUR BALZAN • Editur: PAUL COCKS Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta' Malta kellu rwol importanti fl-iżvilupp tal-politika esterna tal-pajjiż sa minn meta Malta kisbet l-Indipendenza fl-1964. Iżda għalkemm il-politika barranija għandha tkun ibbażata fuq linji gwida stab- biliti mill-gvern u approvati mill-kabinett, l-istil personali ta' diversi ministri fil-kariga spiss kellu influwenza sostanzjali fuq il-pri- joritajiet, il-lingwaġġ diplomatiku u anke fuq ir-relazzjonijiet ma' pajjiżi partikolari. L-ikbar eżempju ta' dan kien Guido de Marco, li serva bħala Ministru għall-Affari- jiet Barranin bejn l-1990 u l-1996 u għal darb'oħra bejn l-1998 u l-1999. De Marco ma kienx sempliċement amministratur tal-politika tal-gvern; kien statista b'viż- joni personali ċara dwar il-post ta' Malta fid-dinja. De Marco ppromova simultanjament żewġ ideat li forsi kienu jidhru kontradittor- ji: integrazzjoni Ewropea qawwija u identità Mediterranja attiva. Hu argumenta li Malta setgħet tkun kemm Ewropea kif ukoll pont bejn l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq. Tonio Borg serva fil-kariga bejn l-2008 u l-2012. L-isfond tiegħu fil-Partit Nazzjon- alista u l-konvinzjonijiet Ewropej qawwija tiegħu kienu riflessi fil-politika esterna ta' dak il-perjodu. Huwa ta prijorità kbira lir-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea u lill-impenn Malti fi strutturi multilaterali. L-istil tiegħu kien formali u legali, b'enfasi fuq il-prinċipji u l-proċeduri. Dan wassal biex Malta ħafna drabi tkun aktar allinjata mal-pożizzjonijiet Ewropej komuni. George Vella, li kien Ministru għall-Af- farijiet Barranin bejn l-2013 u l-2017, kien diplomatiku ta' natura aktar kawta u kunsenswali. It-taħriġ tiegħu bħala tabib u l-esperjenza politika twila tiegħu tawh repu- tazzjoni ta' persuna li tippreferi medjazzjoni u kompromess. Matul il-mandat tiegħu, Malta enfasizzat il-koperazzjoni Mediterranja u d-djalogu ma' pajjiżi Għarab. Il-preferenza personali tiegħu għad-diplomazija kwieta kienet tik- kuntrasta mal-istili aktar assertivi ta' ministri oħra. Kien ukoll bħal De Marco voċiferu favur il-kawża Palestinjana. Meta Evarist Bartolo serva fil-kariga bejn l-2020 u l-2022, ġab miegħu stil li kien differenti minn dak tradizzjonali diploma- tiku. Bartolo kien magħruf għall-kummenti diretti tiegħu u għall-enfasi fuq id-djalogu mal-pajjiżi ġirien fil-Mediterran, inklużi stati li xi drabi kienu kkunsidrati kontro- versjali minn sħab Ewropej bħall-Palestina. Hu spiss esprima l-fehma li Malta kellha żżomm ċerta awtonomija fil-politika esterna tagħha minflok timxi dejjem mal-kunsens Ewropew. U dan b'mod speċjali li Malta ma tkunx servili għall-Istati Uniti. Eżempju ta' dan kien l-approċċ tiegħu lejn il-Libja u l-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq. Filwaqt li l-politika uffiċjali tal-gvern kienet tiffoka fuq stabbiltà reġjonali u kontroll tal-migrazzjoni, Bartolo ta' spiss poġġa enfasi akbar fuq il-ħtieġa ta' involviment diplomatiku kontinwu u relazzjonijiet per- sonali ma' atturi reġjonali. Dan wassal lil xi analisti biex jargumentaw li l-prijoritajiet tiegħu kienu riflessjoni tal-konvinzjonijiet personali tiegħu aktar milli ta' strateġija definita fit-tul. Minn tmiem l-2022, Ian Borg adot- ta stil aktar pragmatiku u istituzzjonali. Madankollu, il-personalità tiegħu bħala ministru ffukat fuq riżultati konkreti u fuq il-bini ta' relazzjonijiet ma' alleati Ewropej u internazzjonali influwenzat b'mod ċar il- mod kif Malta ppreżentat ruħha barra minn xtutha. Taħt Borg, Malta tat importanza kbira lill-presidenza tagħha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u lill-viżibilità internazzjonali. Jidher ċar li f 'Malta l-politika barranija ħafna drabi kienet "minister-driven" aktar milli "institution-driven". Il-kontinwità tal- istat kienet teżisti, iżda l-enfasi, il-prijorita- jiet u anke t-ton diplomatiku kienu jinbidlu skont il-karattru tal-ministru. Taħt Ian Borg, kien hemm direzzjoni ċara lejn l-Istati Uniti. Tant hu hekk li kien kawt fil-kritika ta' Iżrael u iktar u iktar kien issor- prenda lil kulħadd meta kien issuġġerixxa l-Premju Nobel tal-Paċi għal Donald Trump. Kien hemm Ministri tal-Affarijiet Barra- nin oħra fosthom John Dalli, Michael Fren- do u Carmelo Abela. Dalli kien magħruf l-aktar għall-konnessjonijiet fil-qrib mal- Gvern Libjan ta' żmien Gaddafi. X'ton se jieħu issa Chris Fearne fil-kariga għad irridu naraw. L-isfidi tiegħu jinkludu t-tisħiħ tar-relazzjonijiet ta' Malta mal-Unjo- ni Ewropea, il-ġestjoni ta' kwistjonijiet mar- buta mal-Mediterran, u l-immigrazzjoni. Imma jkun interessanti jekk Fearne ħa juża l-istess kejl u lingwaġġ fil-konfront ta' kriżi- jiet internazzjonali kif ukoll fir-relazzjonijiet mal-Amerka. L-Istati Uniti ilha tagħmel pressjoni fuq Malta biex tiffirma Status of Forces Agreement (SOFA). Dan jagħti dritt lill-Amerka li tħarrak hi membri tal-forzi armati tagħha f 'każijiet legali u kriminali u mhux il-pajjiżi fejn iseħħu il-każijiet. Din il-gazzetta tkun interessata tara x'se jagħmel Fearne. Interessanti wkoll naraw kif se jitkellem dwar l-Amerka, Iżrael u dwar il-Palestinjani. Meta l-politika barranija ta' Malta ma jagħmilhiex il-gvern

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 June 2026