Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545387
13 arti u kultura IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-ħila tan-nies, is-suċċess tagħna Minn Johann Grech Kummissarju tal-films Meta n-nies jitkellmu dwar l-industrija tal-films f 'Mal- ta, ħafna drabi jiffokaw fuq il-produzzjonijiet biss. Jitkellmu dwar l-istudjos in- ternazzjonali, il-films ewlenin, is-sett impressjonanti u l-atten- zjoni globali li dawn il-produzz- jonijiet iġibu lejn xtutna. Minkejja li dawn huma kisbiet important, m'humiex l-aktar important fuq il-miżien tas-suċċess. Is-suċċess vera tal-induts- rija tal-films f 'Malta jitkejjel b'niesha. Jitkejjel fil-karrieri b'saħħithom, fl-opportunitajiet ġodda, u fil-futur sostenibbli. Jikejjel fl-impjiegi. Tmien snin ilu, l-industrija tal-films f 'Malta kienet dif- ferenti ħafna minn dik li nafu illum. Ix-xogħol kien ħafna drabi staġjonali. Il-produzzjonijiet kienu jiġu, joħolqu opportu- nitajiet għal perjodu ta' żmien u mbagħad jitilqu. Ħafna crew Malti, b'talent kbir, kien jaħdem xogħol ieħor. Dan għaliex l-insutrija kienet għadha ma setgħetx tipprovdi l-konsistenza meħtieġa biex tappoġja impjieg fit-tul. In-nies kienu jieħdu gost jaħdmu fil-films, iżda ħafna drabi ma kinux jarawha bħala karriera li se twassal il-ħobż fuq il-mejda għal tul ta' żmien. Il-professjonalità kienet preżen- ti f 'uħud, imma mhux mifruxa biżżejjed. Ftit kienu dawk li setgħu jibnu futur b'kunfidenza. Illum, ir-realtà hija differenti ħafna. Rapport ekonomiku inde- pendent meħjji miċ-Chief Officer għall-Ekonomija fi ħdan il-Bank Ċentrali ta' Malta Dr Aaron G. Grech sab li l-pro- duzzjonijiet tal-films sostnew medja ta' madwar 500 impjieg ekwivilenti għal full-time kull sena bejn l-2005 u l-2017. Mill-2018 'l hawn, din iċ-ċifra żdiedet b'ħames darbiet għal madwar 2,500 impjieg kull sena, u laħqet record ta' 6,500 impjieg matul l-2023. Dawn iċ-ċifri huma sinifikan- ti. Iżda forsi l-akbar sejba important hija dik li jgħid l-istess Rapport dwar l-istabbil- ità. Għall-ewwel darba, Malta żviluppat industrija tal-films li topera matul is-sena kollha, aktar milli f 'fażijiet iżolati. Dan biddel fundamentalment dak li hu possibbli għall-ħaddie- ma Maltin. L-istess studju jistma li mad- war 20,000 impjieg ġew sostnuti mill-produzzjonijiet tal-films bejn l-2018 u l-2025 fl-ekonomi- ja Maltija b'mod usà. L-akbar trasformazzjoni viżib- bli seħħet fl-ammont ta' crew fil-produzzjoni tal-films f 'Malta stess. Skont l-istess studju, il-bażi ewlenija tal-crews fl-indus- trija kibret min madwar 300 professjonist għal aktar minn 1,800 persuna, bil-maġġoranza tagħhom issa jaħdmu kontinwa- ment minflok jidħlu u joħorġu skont kemm titlob id-domanda staġjonali. Tmien jew disa' snin ilu, żagħżugħ li kien qed jikkunsidra karriera fil-films kien jiffaċċja inċertezza konsiderevoli. Illum, jara industrija kapaċi ssostni eluf ta' impjiegi u toffri opportunita- jiet ġenwini fit-tul. Pajjiż jirnexxi meta n-nies tiegħu jkunu jistgħu jaraw futur għalihom infushom. L-industrija moderna tal-pro- duzzjonijiet tal-films toffri op- portunitajiet f 'firxa straordinarja ta' ħjiliet differenti. L-electricians jmexxu sistemi tekniċi sofistikati. Il-Hairdress- ers u tal-make up jassiguraw li l-atturi jidhru skont l-epoka u l-istil tal-film. Il-mastrudaxxi jibnu settijiet fuq skalakbira. L-ispeċjalisti marrittimi jik- koordinaw produzzjonijiet fuq il-baħar. L-esperti fil-loġistika jmexxu tagħmir bejn kontinenti differenti. Inġiniera, operaturi tat-trasport, uffiċjali tas-saħħa u s-sigurtà, accountants, koordi- naturi tal-produzzjoni kollha għandhom rwol essenzjal. Rajna wkoll Gladiator II, u dawk is-settijiet inkreddibli nbnew minn talent Malti. Ħafna minn dawn il-profess- jonijiet tradizzjonalment ma jkunx assoċjati mal-industrija tal-films, iżda kull produzzjoni tiddependi fuqhom. Din id-diversità toħloq oppor- tunitajiet għal persuni bi sfond edukattiv differenti, b'ħiliet differenti u f 'fażijiet differenti tal-karrieri tagħhom. L-industrija tal-films hija waħda mill-it industriji fejn l-għarfien tekniku, l-esperjenza prattika, d-dixxiplina professjon- ali ħafna drabi huma important u xi kultant aktar important, mill-kwalifiki akkademiċi. Dan jagħmilha partikolarment b'saħħitha bħala magna li dejjem toħloq opportunitajiet ġodda. Is-suċċess tal-industrija tal- films toħloq opportunitajiet ferm lil hinn mis-sett tal-pro- duzzjoni. Il-lukandi jimpjegaw aktar ħaddiema biex jakkomodaw l-crew u l-atturi. L-operaturi tat-trasport jespandu s-servizzi tagħhom. Kumpaniji tal-kostru- zzjoni jieħdu proġetti ġodda. Ir-ristoranti, il-kumpaniji tal-ca- tering u l-kumpaniji tal-loġis- tika kollha jibbenefikaw minn domanda akbar. L-istudju sab li s-setturi tal-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel, u t-trasport, kienu fost dawk li esperjenzaw l-akbar im- patt ekonomiku mill-industrija tal-films. Dan ifisser li meta produzzjoni tagħżel lil Malta, il-benefiċċji jinfirxu mal-ekonomija kollha u l-impjiegi maħluqa ma jkunux limitati biss għall-industrija tal- films b'mod dirett. Il-bażi ta' dan is-suċċess hija l-kwalità dejjem tikber tal-crew tagħna. Il-produtturi jgħidulna b'mod konsistenti li l-crew b'esperjen- za hija l-akbar selling point ta' Malta. Din ir-reputazzjoni ma ħarġitx b'kumbinazzjoni. Ġiet permezz ta' snin ta' xogħol iebes, professjonalità u dedikazzjoni minn eluf ta' ħaddiema Maltin. Hija waħda mill-aktar assi prezzjużi tal-pajjiż u l-isfida issa hija li nkomplu nibnu fuq dan is-suċċess. Irridu nkomplu ninvestu fit-taħriġ u fl-iżvilupp tal-ħi- liet, u rridu nkomplu noħolqu opportunitajiet għal żgħażagħ li għadhom qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Biex inkomplu nirnexxu, ir- ridu nkomplu nattiraw produzz- jonijiet li joħolqu opportunitajiet għall-ħaddiema lokali u li jipper- mettu lill-professjonisti Maltin ikomplu jiżviluppaw l-għarfien u l-esperjenza tagħhom. Għax fl-aħħar mill-aħħar, il-futur tal-industrija tal-films f 'Malta mhux se jkun determinat biss mill-faċilitajiet li nibnu jew mill-produzzjonijiet li nattiraw. Iżda forsi l-aktar importanti minn kollox, kull produzzjoni ġdida toħloq opportunità. Opportunità għal żagħżugħ jew żagħżugħa biex jibdew karriera fil-films, għal ħaddiem biex jitgħallem ħila ġdida u għal familja biex tibni futur aktar sigur. Huwa għalhekk li l-akbar suċċess tal-industrija tal-films f 'Malta ma jitkejjilx biss fit-titli tal-aħbarijiet, fil-premieres jew fir-riżultati tal-box office. Dawn huma importanti, iżda mhumiex l-aktar importanti. L-akbar suċċess tagħha jitkejjel fin-nies u fil-futur li tipprovdi. U kejl għal suċċess bħal dak, m'hemmx. L-attur ta' fama internazzjonali Josh Duhamel, magħruf għal partijiet tiegħu fil-films 'Transformers' u 'Safe Haven', ġie f 'Malta biex jiffilmja l-produzzjoni 'Not Without Hope', b'direzzjoni ta' Joe Carnahan

