MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545387

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Fl-ewwel sentejn tal-popolarità rapida u eċċezzjonali tiegħu ħarġu disa' films. Wara kien hemm waqfa ta' sentejn meta hu u Rambova kellhom xi jgħidu mal-istudio. Issa Rambova kellha raġun tirrabja u ma taċċettax l-ar- tikli maħmuġin li kienu qed jaħlu t-talent ta' żewġha. Meta Valentino reġa' deher f 'Mon- sieur Beaucaire, dan il-film kien iddisinjat minnha. Dan ix-xog- ħol ma tantx kien maħbub, kien pjuttost kajman imma xorta b'xi mod wera lil Valentino f 'van- taġġ enormi bħala karattru li jaf jiċċajta u jippoża bħal xi żifna tal-ballet. Hu jeżerċita dan kollu bi pjaċir ironiku li qatt ma jfalli li jikkomunika mal-udjenzi. L-aħħar tliet films tiegħu nħadmu mill-kumpanija United Artists li ġiet iffurmata it qabel, wara l-aħħar ksur mal-Famous Players-Lasky (Paramount) u l-aħħar tnejn kienu ta' suċċess trijonfanti għal Valentino. Wara li hu u Rambova ssepa- raw ħadem f 'e Eagle dirett mill-bravu Clarence Brown. F'din il-produzzjoni li kellha skript tassew intelliġenti ta' Hans Kraley, li qabel kiteb għal diversi films brillanti, Valentino jaħdem ta' ajjutant Kossak li jsir ħalliel li jagħmel il-karità, jippoża ta' għalliem Franċiż u b'diffikultà jiskappa mill-avvanzi amorużi tal-Czarina. Hu ovvju li kien qed jogħxa f 'dawn il-mumenti, jaf li hu rreżistibbli għan-nisa u b'mod malinn jigglorifika ruħu fihom. Kien fadal film ieħor, e Son Of e Sheik tad-Direttur gwapp George Fitzmaurice. Sakemm beda jintwera dan il-film Rudolph Valentino kien mejjet. Wara dan il-leġġendarju, wara dawk tas-sess femminili li għoxew warajh u wara l-mibegħ- da intensa, kien hemm attur ta' kapaċità professjonali b'għarfien li kontinwament kien qed jiżvi- luppa b'firxa wiesgħa l-mestier tiegħu. Nhar il-15 t'Awwissu 1926 Valentino waqa' stordut mal- art qabel nofsinhar fl-apparta- ment tiegħu f 'Manhattan. Sitt ġimgħat qabel kien sofra minn attakk fl-istonku tiegħu u ħaseb li m'hemm xejn gravi. Ħaduh l-isptar u sabulu ulċera mtaqqba u neħħewlu l-appendiċi. Fit-23 ta' Awwissu miet b'kawża ta' peronite – infezzjoni kkawżata minn appendiċi mifqugħa. Matul it-tmint ijiem li dam l-isptar, il-kamra tiegħu kienet mimlija uri mibgħuta minn ammiraturi madwar il-pajjiż. Intbagħtu eluf ta' ittri u tel- egrammi u saru biżibilju ta' telefonati tant li l-kundizzjoni tiegħu saret ta' interess nazzjona- li. Fl-isptar stess twaqqaf uffiċċju ta' informazzjoni minħabba l-għadd kbir ta' nisa u tfajliet li riedu jkunu jafu dwar saħħtu. Għall-funeral tiegħu hu stmat li mal-200,000 persuna mlew it-triqat ta' Manhattan. Ġew irrappurtati anki xi suwiċidji. Kien hemm mal-100 pulizija fuq iż-żiemel biex iżommu l-ordni. Xi vetturi u vetrini ta' ħwienet ġew imkissra. Oħrajn, bħall-at- triċi Pola Negri li sostniet li kienet l-għarusa tiegħu, waqgħet mal-art bl-isteriżmu li qabadha ħdejn it-tebut tiegħu. Wieħed li refa' t-tebut tiegħu kien Charles Chaplin (wieħed mill-fundaturi oriġinali tal-kumpanija United Artists). Il-films tiegħu baqgħu popolari u reġgħu ħarġu diversi drabi wara mewtu. Il-ħajja ta' dan l-idolu fenom- inali ntweriet f 'diversi films u programmi tat-televiżjoni matul is-snin. Fl-1951 ħareġ il-film Valentino b'Anthony Dexter jinterpreta l-parti ta' dan l-aqwa "Latin Lover" li kien dirett minn Lewis Allen. F'dan ix-xogħol ħadem ukoll l-attur Malti Joseph Calleia fil-parti ta' Luigi Verducci wejter ħabib ta' Valentino; fl-1977 id-Diret- tur kontroversjali Ingliż Ken Russell poġġa liż-żeffien Russu Rudolph Nureyev bħala Valenti- no u fl-istess sena l-kummidjant Gene Wilder interpretah b'mod satiriku f 'The World's Greatest Lover, miktub u dirett minnu stess. Franco Nero kien Valenti- no fil-produzzjoni tal-1975 għat-televiżjoni The Legend Of Valentino. 14 films IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2026 • illum Carmel Bonnici Rudolph Valentino: L-idolu perfett tan-nisa ta' żmien iċ-ċinema mutu IT-TIELET PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Eagle (1925) Son of the Sheik (1926)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 June 2026