MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545387

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

"Tradizzjoni ma tfissirx li ma nistgħux intejbu l-prattiki tagħna jew nagħmluhom aktar siguri " K ont għadni bilkemm qomt u żgur ma stejqirtx mill-għeja u t-tensjoni ta' kampan- ja elettorali meta nqtajt minn ġewwa bl-isplużjoni tal-kamra tan-nar li tinsab madwar żewġ kilometri 'l bogħod (distanza di- retta) minn fejn noqgħod. Il-qa- wwa tal-isplużjoni saħansitra ġiet irreġistrata fuq is-siti tal-moni- toraġġ tat-terremoti b'qawwa ta' 1.9 fuq l-iskala Richter. Mhux ta' b'xejn li l-aperturi triegħdu u biċċiet mill-frejm tal-aluminju tqaċċtu. Li ma kinitx traġedja ikbar hija fortuna u, f 'dan il-każ, jidher li l-aktar li ntlaqtu traġikament ħażin kienu diversi annimali, fosthom baqar, fniek u għasafar li sfaw maqtula, jew direttament mill-im- patt tal-isplużjoni, jew inkella mill-effetti tagħha. Kull darba li sseħħ splużjoni f 'kamra tan-nar, nisimgħu l-istess diskors. Tapar- si kulħadd mistagħġeb li n-nies jirrabjaw u jqajmu mistoqsijiet serji dwar is-sigurtà. Imma x'qed jisten- new eżatt? Li wara splużjoni oħra kulħadd jibqa' sieket u jkompli qisu ma ġara xejn? Persuni li kienu għaddejjin mill-inħawi fil-ħin li seħħet l-is- plużjoni, inkluż minn toroq prinċi- pali li jintużaw ħafna min-nies fi triqithom għax-xogħol, jirrakkon- taw ix-xita ta' ġebel, u kif kellhom ifittxu kenn ta' malajr. Fil-Bird Park Malta, li jinsab fis-Salina, numru ta' għasafar sfaw mejta, fosthom a- mingu roża li baqa' dieħel ġo tieqa bil-qatgħa li ħa bl-isplużjoni, kokka u pappagall anzjan li kien wasal biex jagħlaq 58 sena din il-ġimgħa. Hemm sinjali evidenti ta' trawma fost l-għasafar li baqgħu ħajjin, kif nafu li l-ħsejjes qawwija jħallu impatt negattiv ħafna fuqhom, u dan jista' jwassal għal aktar imwiet fil-ġimgħat li ġejjin. Mill-2010 'l hawn kien hemm għaxar splużjonijiet li ħallew num- ru ta' vittmi. Tista' tgħid li normal- ment dejjem ikun hemm imwiet kull darba li sseħħ xi splużjoni ta' kamra tan-nar. U grupp ta' tmint irġiel Għawdxin jista' jgħoddha b'waħda meta kien mistenni li jżur dik il-fabbrika it tal-ħin wara li seħħet l-isplużjoni – saħansitra tnejn minnhom kienu qabdu vapur kmieni u kienu biss ħames minuti 'l bogħod mill-kamra tan-nar. Hemm ukoll l-impatt fuq il-bied- ja, fejn inqerdet kwantità kbira ta' art agrikola u kien hemm bidwi li sofra ġrieħi meta kamra li daħal jistkenn fiha waqt l-isplużjoni ġġarrfet fuqu. Huwa fatt li kull min jinsab viċin kamra tan-nar qiegħed f 'riskju. U ma jiġux jgħidulna għaliex huwa l-bini li resaq viċin il- kmamar tan-nar u mhux viċiversa! Huwa ċar li l-liġijiet u r-regola- menti eżistenti dwar il-kmamar tan-nar jew huma inadegwati, jew mhumiex qed jiġu infurzati kif suppost. Huwa ċar li qed jitħallew, b'mod legali jew mhux, jiġu mman- ifatturati ammonti esaġerati, lil hinn minn kull limitu li jagħmel sens, ta' logħob tan-nar. Huwa ċar li qed jintuża tip ta' materjal splus- siv mingħajr kontrolli serji. Minn fuq biex jinsultaw l-intelliġenza tan-nies jgħidulna li jridu iżjed kmamar tan-nar. Iridu joħolqu aktar inkwiet għal aktar bdiewa u residenti. Mhux aċċettabbli li r-residenti tagħna jgħixu f 'periklu kontinwu u f 'biża' li xi darba sseħħ traġedja kbira. Mhux aċċettabbli wkoll li r-residenti tagħna jiġu esposti għal sustanzi li jagħmlu ħsara lil saħħithom. Huwa xogħol min imexxina li jara li hemm il-qafas neċessarju ta' liġijiet biex kwalunkwe attività li ssir tkun waħda sigura kemm għal min huwa involut fiha kif ukoll għal dawk li jistgħu jsofru l-impatti tagħha. Li nissalvagwardjaw dak kollu li hu Malti, iva; li nirriskjaw ħajjet in-nies biex nagħmlu dan akkost ta' kollox, le. Għandna naraw kif iż-żewġ għanijiet ikunu salvag- wardjati. Dan jista' jsir biss jekk jiddaħħal aktar professjonaliżmu fis-settur, b'għarfien akbar tar-riskji u billi jidħlu fis-seħħ miżuri li jagħmlu dak kollu possibbli biex ħajjet il-ħaddiema, il-voluntiera u l-komunitajiet tal-madwar jiġu mħarsa bl-aħjar mod possibbli. Għalkemm l-argument ta' x'inhu Malti jew x'mhux jintuża bħala paraventu biex jiġġustifika kollox daż-żmien. Bħallikieku qegħdin f 'bozza, jew bħallikieku l-għarfien ta' x'inhu aċċettabbli jew le ma jinbidilx maż-żminijiet. U ejja ma noqogħdux ninħbew wara xi inkjesta li l-maġistrat jista' jew ma jistax ikun irid jippubblika – naħseb m'għandna bżonn l-ebda inkjesta biex tgħidilna li r-regola- menti eżistenti, jew kif (mhux) qed jiġu infurzati, mhumiex qed iħallu r-riżultati mixtieqa. Issa huwa żmien ta' azzjoni qabel ma sseħħ xi traġedja ikbar minn qatt qabel! M'għandux għalfejn ikollna nagħżlu bejn it-tradizzjonijiet u li nissalvagwardjaw ħajjet in- nies, imma rridu naraw kif, fejn possibbli, dawn għandhom jimxu id f 'id. Anke jekk dwar x'inhu u x'mhux tradizzjoni hemm ħafna xi tgħid dwarha. Mhux aċċettabbli li xi ħadd isemmi t-"tradizzjoni", bħallikieku kull ħaġa li ssir f 'isem it-tradizzjoni hija awtomatikament lil hinn minn kull kritika. Tradizz- joni ma tfissirx li ma nistgħux in- tejbu l-prattiki tagħna jew nagħm- luhom aktar siguri. Ma tfissirx li għandna nkomplu nżidu u nżidu n-nar ta' kull sena – dik mhux tradizzjoni tiġi imma fissazzjoni. Li hu żgur hu li s-sikurezza għandha tiġi qabel kollox. Iċ-ċavet- ta tista' tkun il-moderazzjoni. Il-bdiewa u l-biedja jridu jiġu protetti akkost ta' kollox. Minkejja l-ħafna paroli dwar 'għax tal-ku- lur sbieħ', fil-fatt l-aktar prattika perikoluża hija t-taħlit ta' riċetti 'tal-kulur' ma' materjal splussiv. Għalhekk hemm bżonn regola- menti ċari li verament jikkontrol- law b'mod effettiv din il-prattika. L-esaġerazzjonijiet iridu jispiċċaw. Jekk dan iseħħ, jekk tieqaf l-in- sistenza li kollox jibqa' għaddej kif inhu qisu xejn mhu xejn, jista' jkun li naslu biex din il-prattika tkompli ssebbaħ is-smewwiet tagħna, bla piki perikolużi u bil-moderazzjoni u limiti stretti. Il-vera mistoqsija mhijiex kif niddefendu l-istatus quo, iżda kemm splużjonijiet oħra rridu naraw qabel naċċettaw li hemm bżonn bidliet serji u konk- reti. Jekk nibqgħu niskużaw kollox, inkunu qed nistennew it-traġedja li jmiss. Ma nistgħux nibqgħu nittantaw il-fortuna – fingers crossed li ma jmut ħadd! Is-sikurezza għandha tiġi qabel kollox 10 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2026 • illum opinjoni Chairperson ta' ADPD-The Green Party u kunsillera fuq San Pawl il-Baħar SANDRA GAUCI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 June 2026