MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545387

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

Tmien kandidati tal-PL eletti mill- elezzjonijiet każwali, issa jmiss il-PN 02 IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2026 • illum SEJĦIET MIFTUĦA GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI AVVIŻ IMPORTANTI Estensjoni tad-Data tal-Għeluq għall-Proposti ta' Proġetti taħt il-Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 L-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tinnotifika lill-applikanti interessati li d-data tal-għeluq għaż-żewġ sejħiet elenkati hawn taħt qed tiġi estiża mit-22 ta' Ġunju 2026 sas-7 ta' Settembru 2026, f'nofsinhar. Prijorità 2 – It-Trawwim ta' Inklużjoni Attiva għal Kulħadd: • Sejħa 17 – Għan Speċifiku: 4.8 – Inklużjoni attiva u impjegabbilità miftuħa għal Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi/Organizzazzjonijiet Volontarji u Msieħba Soċjali • Sejħa 18 – Għan Speċifiku: 4.11 – Aċċess ugwali għal servizzi soċjali u ta' kura tas-saħħa ta' kwalità miftuħa għal Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi/Organizzazzjonijiet Volontarji u Msieħba Soċjali Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata fuq fondi.eu@gov.mt. JAELLE BORG Tmien kandidati ġew eletti waqt l-elezzjonijiet każwali tal-Partit Laburista li saru l-ġimgħa, bil- proċess iwassal għar-ritorn ta' kandidati li diġà servew fil-Par- lament kif ukoll għall-elezzjoni ta' wċuħ ġodda fil-politika nazzjonali. Fost dawk eletti kien hemm deputati stabbiliti, eks uffiċjali parlamentari, sindki preċedenti u kandidati li kienu kkontestaw elezzjonijiet oħra f 'dawn l-aħħar snin. Waħda mill-aktar elezzjoniji- et segwiti kienet dik ta' Naomi Cachia, li kienet it-tieni kandida- ta eletta matul il-ġurnata. Cachia serviet bħala Government Whip matul l-aħħar leġiżlatura u kienet daħlet fil-Parlament fl-2022 per- mezz tal-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru. Viżibilment emozz- jonata wara r-riżultat, hija qalet li kienet kuntenta ħafna bl-eżitu u rrimarkat li kienet ħadmet bis-sħiħ biex tikseb dan ir-riżul- tat. Cachia ġiet eletta mis-seba' distrett. Reġgħet kisbet post fil-Par- lament ukoll Ramona Attard, li serviet bħala deputata matul l-aħħar leġiżlatura wara li kienet ġiet co-opted fil-Kamra tad-Dep- utati. Attard hija avukat u serviet ukoll bħala President tal-Partit Laburista. Rebecca Buttigieg ġiet eletta mid-disa' distrett. Wara r-riżultat, hija rringrazzjat lil dawk li tawha l-appoġġ tagħhom u qalet li kienet onorata li ġiet eletta. Butt- igieg sostniet ukoll li l-elezzjoni tagħha u dik ta' Naomi Cachia kienu prova li l-mekkaniżmu tal-ġeneru qed jagħti riżultati konkreti. Fost l-uċuħ ġodda eletti kien hemm ukoll Clint Azzopardi Flores, li kiseb siġġu mit-tieni distrett. Azzopardi Flores kien ik- kontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2024, iżda ma kienx ġie elett. Wara r-riżultat tal-bi- eraħ huwa rringrazzja lil dawk li appoġġjawh, filwaqt li rrimarka li minkejja li daħal tard fil-kampan- ja elettorali, baqa' f 'kuntatt man- nies tul dawn l-aħħar sentejn. Mis-suċċessi notevoli kien hemm ukoll dak ta' Mariah Meli, eks sindku tal-Għargħur, li ġiet eletta mid-disa' distrett. Meli rringrazzjat lil dawk li fdawha bil-vot tagħhom u qalet li se tkompli żżomm kuntatt qrib mal-kostitwenti tagħha. Franco Mercieca kiseb siġġu mit-tnax-il distrett. Għalkemm ma kienx preżenti fis-sala tal- għadd waqt il-proċess elettorali, huwa rringrazzja lill-votanti permezz ta' messaġġ qasir fuq Facebook fejn qal li kien onorat bir-responsabbiltà li jirrappreżen- tahom fil-Parlament. Alex Muscat, ġie elett mill- ħdax-il distrett u se jirritorna fil-Parlament. Wara r-riżultat huwa rringrazzja lill-votanti tal-fiduċja li wrew fih. L-aħħar kandidat elett kien Andy Ellul, li kiseb siġġu mit-tielet distrett. Ellul serva bħala Segretarju Parlamentari u Government Whip matul l-aħħar leġiżlatura. Wara l-elezzjoni tiegħu qal li jinsab komdu li jser- vi bħala backbencher fil-Parla- ment il-ġdid. Kif jaħdmu l-elezzjonijiet każwali? L-elezzjonijiet każwali huma parti mis-sistema elettorali Malt- ija u jsiru meta kandidat jiġi elett minn aktar minn distrett wieħed jew meta jinħoloq post vakanti fil-Parlament. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-kandi- dat elett ikollu jirrappreżenta dis- trett wieħed biss, filwaqt li l-post vakanti li jħalli warajh jimtela permezz ta' elezzjoni każwali. Il-proċess ma jinvolvix votazz- joni ġdida mill-elettorat. Minflok, jerġgħu jiġu eżaminati l-voti tal-kandidat li jkun ħalla l-post vakanti u jiġu mqassma skont il-preferenzi tal-votanti. Il-kan- didat li jikseb l-ogħla ammont ta' voti minn dan il-proċess jiġi elett. Is-sistema hija maħsuba biex tirrispetta kemm jista' jkun l-għażla oriġinali tal-votanti, fil- waqt li tiżgura li l-postijiet vakan- ti fil-Parlament jimtlew mingħajr il-ħtieġa ta' elezzjoni ġenerali jew by-election. Bil-konklużjoni tal-elezzjoni każwali tal-Partit Laburista, issa l-kompożizzjoni parlamentari qed tieħu forma aktar definita hekk kif il-proċess elettorali jkompli lejn il-fażijiet li jmiss li huwa dak tal-elezzjoni każwal tal-Partit Nazzjonalista li ħa jsiru fuq it-3, il-5, is-7, l-10, u t-12-il distrett fejn b'kollox ħa jsiru seba' elezzjonijiet. Mix-xellug għall-lemin: Andy Ellul, Naomi Cachia, Ramona Attard, Clint Azzopardi Flores, Rebecca Buttigieg, Mariah Meli, Franco Mercieca u Alex Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 June 2026