Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545387
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-Malta International Arts Festival: Mill-art għall-arti Il-Malta International Arts Fes- tival jirritorna sal-21 ta' Ġunju 2026 bi programm b'dixxiplini varji, li jesplora dak li jgħaqqad lin-natura mal-kreattività u l-espressjoni artistika. L-ediz- zjoni ta' din is-sena tintroduċi t-tema mill-art għall-arti, b'diversi produzzjonijiet u in- stallazzjonijiet ċentrati madwar l-użu trasformattiv tal-ħamrija u r-ramel. Il-festival, mifrux fuq għax- art ijiem, fih diversi ġeneri ta' arti, fosthom arti viżiva, mużika kontemporanja u klassika, kif ukoll spettakli ta' żfin, f 'postijiet bħat-Teatru Manoel, taħt l-art tal-Belt Valletta u l-Malta Society of Arts. Din is-sena l-festival jinklu- di tliet skulturi tar-ramel fuq skala kbira li se jsiru fil-Belt Valletta, Bormla u Birżebbuġa; żewġ kunċerti tal-pjanu dedikati lill-pjanisti u l-kompożizzjonijiet tagħhom, fosthom Mro Joseph Vella u Alexander Vella Gregory; kif ukoll kunċert straordinarju mill-orkestra nazzjonali ta' Malta. 'M.A.D. – Music & Dance' – se jieħdu sehem għas-seba' darba f 'dan il-festival nhar is-17 u t-18 ta' Ġunju. Dan l-ispettaklu taż- żfin jinkludi residenza taż-żfin, li se tgħaqqad artisti Maltin u internazzjonali sabiex joħolqu koreografiji differenti għax-xog- ħlijiet kontemporanji dinamiċi ta' George Crumb, John Adams, u Krzysztof Penderecki. Għal erbat ijiem konsekutti- vi, bejn is-16 u t-18 ta' Ġunju, il-flawtista Maltija Laura Cioffi u l-artist performattiv Grieg Myrgon se jtellgħu diversi rap- preżentazzjonijiet uniċi u intimi fiċ-ċisterna ta' taħt il-Belt Vallet- ta, li għandha 500 sena. B'kollaborazzjoni ma' Dance Beyond Borders u Refugee Week Malta, il-festival se jġib flimkien parteċipanti minn komunitajiet refuġjati u lokali sabiex jaħdmu fuq proġett ta' arti fil-komunità mmexxi mill-artista Taljana Mi- chela Ciappini. Permezz ta' dan il-proġett se tinħoloq skultura tar-ramel fuq skala kbira li turi lil Pegasus, iż-żiemel bil-ġwienaħ mill-mitoloġija Griega, ħiereġ mill-mewġ tal-baħar. Fid-19 ta' Ġunju, se ssir 'Myrgon & Labyrinth', produzz- joni maqsuma f 'żewġ proġetti uniċi. Fl-ewwel parti l-artist Grieg Myrgon se jtella' xogħol perfomattiv ritwali li juża tafal mhux maħdum bħala estensjoni ta' ġismu. Fit-tieni parti jittel- la' spettaklu li jgħaqqad iż-żfin kontemporanju mal-isfond ta' skultura tar-ramel, permezz tal-kollaborazzjoni bejn l-artist Spanjol Oscar Rodríguez Vila u ŻfinMalta. Il-Malta Philharmonic Or- chestra se tippreżenta programm eċitanti għall-orkestra tal-kordi fl-20 ta' Ġunju fit-Teatru Manoel. Il-kunċert se jkollu d-direzzjo- ni ta' Michael Laus, li se jkun qed idoqq ukoll il-pjanu għal Concerto for Piano and String Orchestra (1979) ta' Alfred Schnittke. Fl-aħħar jum tal-festival, il- 21 ta' Ġunju, Gisèle Grima se tesegwixxi Knejjes I ta' Alexander Vella Gregory fil-Malta Society of Arts. Dan ix-xogħol mużikali se jinkludi l-ewwel sitt taqsimi- et ta' ċiklu ta' 24 silta, ispirati mill-knejjes differenti tal-Belt Valletta. Il-festival fetaħ fit-12 ta' Ġunju u jibqa' għaddej sal-21 ta' Ġunju. Żur festivals.mt/miaf għall-biljet- ti u aktar informazzjoni. Il-Malta International Arts Fes- tival hu organizzat minn Festivals Malta, bis-sapport tal-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali. Sponsorjat minn Schweppes. Photo: Stephen Buhagiar Michela Ciappini Photo: Stephen Buhagiar Photo: Benas Bar

