MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545481

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Direttur Maniġerjali: SAVIOUR BALZAN • Editur: PAUL COCKS Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin f 'Raħal Ġdid ilha għal snin sħaħ taħt skrutinju pubbliku minħabba alle- gazzjonijiet serji dwar il-mod kif qed tiġi amministrata u mmexxija. Minkejja diversi wegħdiet ta' riforma, rapporti u investigazzjonijiet riċenti komplew iqa- jmu tħassib dwar nuqqasijiet strutturali, problemi ta' governanza u kundizzjonijiet li qed iqajmu mistoqsijiet dwar il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-priġunieri. Din il-ġimgħa Adrian Agius, magħruf bħala Tal-Maksar, instab fil-pussess ta' laptop personali b'aċċess dirett għall-internet waqt li qed jiskonta sentenza fil-ħabs. Skont il-Ministeru tal-Intern, il-laptop ġie skopert u elevat mill-awtoritajiet tal-ħabs waqt spez- zjoni ta' rutina li saret fil-faċilità. Agius u ħuh Robert kienu ġew ikkun- dannati għal għomor il-ħabs fl-2025 wara li nstabu ħatja tal-involviment tagħhom fil-provista tal-bomba li ntużat fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Barra minn hekk, Adrian Agius instab ħati wkoll b'rabta mal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop fl-2015. Il-ministru issa ħatar inkjesta u għad irridu nsiru nafu jekk hux vera li Agius kien qed juża WhatsApp u jniżżel materjal li mbagħad kien iqassam lil priġunieri oħra. Din il-ġimgħa wkoll, il-Kamra tal-Avukati resqet protest ġudizzjarju kontra diversi aw- toritajiet tal-Istat wara allegazzjonijiet li ko- munikazzjonijiet kunfidenzjali bejn avukati u priġunieri setgħu ġew sorveljati jew irrekordjati fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Il-Kamra qalet li aktar kmieni dan ix-xahar irċeviet informazzjoni li tindika li fl-2021 kien inħareġ mandat li ppermetta l-użu ta' tagħmir ta' sorveljanza f 'żoni tal-ħabs fejn il-priġunieri jiltaqgħu ma' viżitaturi, inklużi l-avukati tagħhom. Minħabba f 'hekk, il-Kamra issa ordnat lill-membri tagħha biex għada ma jattendux seduti fil-qrati, tribunali jew bordijiet f 'Mal- ta u Għawdex. Sfortunatament, din mhijiex l-ewwel darba li l-ħabs ta' Kordin jinstab taħt kritika serja. Rapport tal-Ombudsman ippubblikat fl-2025, kien sab evidenza ta' malam- ministrazzjoni sistemika fil-faċilità matul il-perjodu investigat. Ir-rapport identifika nuqqas ta' ċarezza fir-rwoli u r-responsabbil- tajiet, assenza jew insuffiċjenza ta' proċeduri operattivi standard, nuqqas ta' għarfien dwar id-drittijiet tal-priġunieri u fallimenti fil- mod kif kienu jinżammu reġistri obbligator- ji skont il-liġi. L-Ombudsman ikkonkluda li kien hemm ksur sistematiku tar-regolamenti tal-ħabs u nuqqasijiet serji fil-governanza tal-istituzzjoni. Dan it-tħassib ma ġiex mix-xejn. Fis-snin ta' qabel, il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kienet fil-qalba ta' kontroversji marbuta ma' numru allarmanti ta' mwiet ta' priġu- nieri, inklużi każijiet ta' suwiċidju u mwiet li wasslu għal inkjesti maġisterjali. Fl-2021, wara l-14-il mewta ta' priġunier taħt amministrazzjoni waħda, il-kap tal-ħabs dak iż-żmien, il-Kurunell Alex Dalli, kien issospenda ruħu fost pressjoni pubblika qawwija u allegazzjonijiet dwar trattament ħażin, iżolament eċċessiv u nuqqas ta' super- viżjoni adegwata. Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, akkademiċi u entitajiet tad-drittijiet tal- bniedem ukoll ilhom jitolbu bidliet radikali fis-sistema korrettiva. Diversi NGOs sost- new li kienet żviluppat kultura aktar iffukata fuq il-piena milli fuq ir-riabilitazzjoni, filwaqt li indikaw li n-numru ta' mwiet u at- tentati ta' suwiċidju kienu sinjali ta' problemi aktar profondi fil-mod kif il-faċilità kienet qed titmexxa. Reċentement, rapporti Ewropej kom- plew jenfasizzaw sfidi persistenti. Il-Kunsill tal-Ewropa rrimarka li s-sistema tal-ħabs f 'Malta qed taffaċċja problema ta' ffullar serju, b'numru ta' priġunieri li jaqbeż il- kapaċità uffiċjali. Rapport ieħor tal-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura nnota kundiz- zjonijiet f 'ċerti sezzjonijiet tal-ħabs li ġew deskritti bħala degradanti, b'infrastruttura qadima, ventilazzjoni dgħajfa u nuqqas ta' spazju adegwat. Għalkemm l-awtoritajiet sostnew li saru riformi importanti wara l-inkjesti u r-rak- komandazzjonijiet li saru, din il-gazzetta għandha tħassib serju dwar jekk il-bidliet implimentati humiex biżżejjed. Fuq il-każijiet li tqajmu dil-ġimgħa, inħeġġu lill-Ministru għall-Intern il-ġdid Glenn Bedingfield jippubblika l-konkluż- jonijiet tal-investigazzjonijiet biex il-pub- bliku jserraħ rasu li s-sigurtà fil-ħabs mhix mittiefsa u li d-drittijiet tal-priġunieri qed jiġu mħarsa. X'qed jiġri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 June 2026