Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545481
13 arti u kultura IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti L-ekonomija wara l-Mediterrane Film Festival Minn Johann Grech Kummissarju tal-films L-irwol tal-Kummissjoni tal- Films huwa sempliċi: li nattiraw investiment fil-produzzjoni tal- films lejn Malta. F'ħafna aspetti, aħna l-ekwivilenti ta' Malta Enterprise għall-industrija tal-films. Il-mandat tagħna, kif stabbilit bil-liġi, huwa li nġibu negozju lejn Malta, noħolqu l-impjiegi, niġġeneraw attività ekonomika u niżguraw li Mallta tibqa' kompetittiva f 'waħda mill-aktar industriji mobbli fid-dinja. Madankollu, kull darba li l-Mediterrane Film Festival jiġi diskuss, il-kummenti partiġġ- jani kważi dejjem jiffokaw fuq ħaġa waħda: l-ispiża. Huwan faċli titfa din l-inizjat- tiva fuq linja waħda tal-balance sheet minflok tqies il-vera valur li tiġġenera. Il-problema hi li meta tħares lejha hekk, tkun qed tinjora l-kompletament tal- iskop veru tal-festival. Il-Mediterrane Film Festival mhuwiex sempliċiment avven- iment tal-films. Huwa għodda ta' marketing u promozzjoni ta' investiment. Mill-2018 'l hawn, l-industrija tal-films ġġenerat aktar minn €1.2 biljun f 'valur ekonomiku għal Malta u sostniet medja ta' 2,500 impjieg fis-sena, filwaqt li tat ukoll qligħ pożittiv lill-fi- nanzi pubbliċi. Dawn mhumiex ċifri ivvintati mill-Kummissjoni tal-Films. Dawn joħorġu minn eval- wazzjonijiet ekonomiċi indip- endenti mwettqa minn wħud mill-aktar istituzzjonijiet u ekonomisti rispettati f 'Mal- ta. Aħna ppubblikajna dawn l-istudji, ippreżentajnihom pubblikament u għamilnihom disponibbli għal kull min jixtieq jifhem l-impatt tas-settur. L-evidenza hija ċara. Il-benefiċċji tal-industrija tal-films imorru ferm lil hinn mis-sett innifsu. Kull produzz- joni internazzjonali li tiġi Malta toħloq domanda għal lukandi, ristoranti, trasport, kumpaniji tal-kostruzzjoni, loġistika, u għadd kbir ta' negozji oħra. Is-settur evolva minn wieħed staġjonali għal wieħed mill-kontributuri ewlenin fl-ekonomija Maltija, li jiġġen- era impjiegi, esportazzjoni, investiment dirett barrani u viżibbiltà internazzjonali għal Malta. Għalhekk, il-mistoqsija mhi- jiex jekk l-industrija toħloqx valur. Hi toħloq, u dan huwa jidher biċ-ċar. Il-mistoqsija vera hija kif pajjiż żgħir bħal Malta jikkom- peti għal dan l-investiment. Il-metodu tradizjonali hu li jintefqu somom kbar fuq kam- panji ta' reklamar internazzjon- ali, billboards f 'Los Angeles, paviljuni f 'markets ewlenin tal-films, u attivitajiet promozz- jonali fuq skala kbira f 'festivals f 'Cannes, f 'Berlin u avvenimen- ti oħra globali tal-industrija. Din hija t-triq li jieħdu ħafna kompetituri. Jonfqu għexieren ta' miljuni ta' euro fis-sena biex jiġbdu l-attenzjoni ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Malta m'għandhiex il-lussu li tikkompeti fuq dik l-iskala. Minflok, għażilna strateġija differenti. Il-Mediterrane Film Festival jippermettilna npoġġu lil Malta direttament quddiem in-nies li jieħdu d-deċiżjonijiet. Senior Executives ta' studios, produttu- ri, investituri, location scouts u professjonisti tal-industrija jiġu mistiedna jesperjenzaw per- sonalment dak li Malta għandha x'toffri. Jidħlu fl-irħula u l-villaġġi tagħna, jifhmu l-inċentivi tagħ- na, iżuru l-faċilitajiet, jiltaqgħu mal-crew Maltin u jaraw il-pro- fessjonalità li ppermettiet lil Malta tospita wħud mill-akbar produzzjonijiet fid-dinja. Minflok nitolbu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jaqraw dwar Malta, nistidnu- hom u nospitawhom biex jes- perjenzawha. Inġibuhom hawn, nintroduċuhom mal-lokalita- jiet, mal-infrastruttura, mal- crew u mal-kultura tagħna, u nħalluhom jaraw b'għajnejhom stess għaliex Malta hija waħda mill-aktar destinazzjonijiet kompetittivi għall-filming fid-dinja. U niżguraw li nwasslu l-messaġġ b'mod effettiv: Malta hija dar għall-films. Importanti li dawn iż-żjarat jittrasformaw ruħhom f 'pro- duzzjonijiet, investiment u impjiegi. Dak huwa r-ritorn li jgħodd. U dan huwa wkoll il- punt li spiss jitħalla barra minn min jara l-industrija tal-films biss minn perspettiva politika. Snin ilu rrikonoxxejna li l-ak- tar mod effettiv kif inbiegħu lil Malta ma kienx permezz ta' fuljetti, slogans jew kampan- ji ta' reklamar waqt festivals Ewropej. Kien billi nħallu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jesper- jenzaw il-pajjiż huma stess. Fuq dan il-prinċipju nbena l-Mediterrane Film Festival: li nġibu n-nies li jieħdu d-deċiż- jonijiet f 'Malta, nuru dak li għandna x'noffru, u nbiddlu dik l-esperjenza f 'investiment għall-ekonomija Maltija. Dan il-metodu jista' jidher mhux konvenzjonali, iżda ġie studjat bir-reqqa u evalwat b'mod indipendenti, kif għand- ha tkun kull nefqa. L-istrateġija, l-inċentivi u l-impatt ekono- miku tas-settur ġew eżaminati minn ekonomisti, awdituri u istituzzjonijiet pubbliċi, inkluż l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatis- tika. Dawn konsistentement jaslu għall-istess konklużjoni fundamentali: l-industrija tal- films tiġġenera valur ekono- miku sinifikanti għal Malta, u l-istrateġija li ġġib b'mod attiv dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet lejn pajjiżna tat riżultati tanġib- bli għall-ekonomija. Għalhekk, lil hinn mill-istor- bju, iċ-ċifri jitkellmu waħed- hom. Ebda kampanja ta' reklamar ma tista' tissostitwixxi l-impatt ta' produttur li jimxi f 'Fort Rikażli, jara t-tankijiet tal-il- ma tagħna, jiltaqa' mal-crew lokali u jifhem kif produzzjoni kumplessa tista' titwettaq b'mod effiċjenti u kompetittiv. Il-festival jiġġenera wkoll espożizzjoni fil-midja inter- nazzjonali li tmur ferm lil hinn mill-avveniment innifsu. Permezz ta' exposure globali, networking tal-industrija u involviment dirett ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, Malta ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala destinazzjoni serja għall-produzzjoni tal-films u investiment kreattiv. F'dawn l-aħħar snin, Malta saret waħda mid-destinazz- jonijiet l-aktar suċċess fil-pro- duzzjoni tal-films fl-Ewropa. Produzzjonijiet li darba setgħu jinjoraw il-gżejjer tagħna issa jikkunsidraw lil Malta bħala għażla ewlenija. It-tkabbir jit- kellem għalih innifsu. Il-festival m'għandux jiġi eval- wat bħala avveniment iżolat. Għandu jiġi evalwat bħala parti mill-istrateġija usa' ta' Malta biex tattira investiment. Il- Mediterrane Film Festival għan- du jiġi evalwat fuq l-investiment li jgħin biex jattira, l-impjiegi li jgħin joħloq u l-attività ekono- mika li jgħin jiġġenera. Dan hu għaliex il-Medi- terrane Film Festival huwa investiment li kompla jagħti rendimenti qawwija f 'wieħed mill-aktar setturi ekonomiċi ta' Malta li qed jikbru malajr u b'suċċess. Il-promozzjoni tal-investi- ment ma titkejjilx bl-infiq, iżda bir-riżultati. Ir-rebbieħ tal-Premju Oscar Russell Crowe aċċetta l-premju Malta Film Legend waqt il-Golden Bee Awards tal-2025, u b'hekk irritorna fil-gżira fejn iffilmja Gladiator għoxrin sena qabel

