Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545481
'Soluzzjoni fit-tul, sostenibbli u ġusta għall-Kemmuna trid tinkludi projbizzjoni fuq il-vapuri turistiċi kbar' 03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2026 REĠGĦET INFETĦET IS-SISTEMA TAL-BOOKING GĦALL-BLUE LAGOON F'KEMMUNA Is-sistema ta' prenotazzjoni online għall-aċċess għall-Blue Lagoon f 'Kemmuna reġgħet infetħet din il-ġimgħa, bil-Mal- ta Tourism Authority (MTA) tikkonferma li l-viżitaturi issa jistgħu jerġgħu jirriżervaw posthom minn qabel biex iżuru wieħed mill-aktar siti natura- li popolari fil-gżejjer Maltin. Is-sistema, magħrufa bħala "Book, Protect, Enjoy", tkompli timponi limitu ta' 4,000 persuna għal kull time slot, bħala parti mill-isforzi biex tiġi indirizzata l-problema kronika tal-iffullar eċċessiv fil-Blue Lagoon. Iżda ħafna nies u NGOs għad- hom mhux kuntenti bis-sistema, u jinsistu li din mhiex issolvi l-problemi reali ta' Kemmuna. Fosthom hemm Andre Callus, tal-Moviment Graffitti, li f 'kum- menti lil din il-gazzetta li s-sis- tema tal-booking ma trażżanx l-attivita' kummerċjali esagerata fuq il-gżira. "Il-'limitu' ta' 12,000 viżitatur kuljum li ġie introdott is-sena li għaddiet – kif wissejna min- nufih – ma kienx effettiv, għax ma jindirizzax il-problema vera fil-Blue Lagoon: l-attività kum- merċjali bla kontroll," qal. "Din tinkludi densità għolja ta' negozji li joperaw fil-bajja, bħal aktar minn tużżana gabbani u ħwienet li joffru attivitajiet fuq l-ilma għat-turisti." Iktar minn hekk, qal Callus, is-sistema ma trażżanx il-prat- tika tal-vapuri li jiġbru gruppi kbar ta' turisti minn lokalitajiet oħra, li jispiċċaw ikkonċentrati fl-ambjent żgħir u delikat tal-Blue Lagoon. Is-sena li għaddiet, wara l-introduzzjoni ta' din is-sistema, il-Moviment Graffitti kien mar il-Blue Lagoon u ħareġ filmat, li juri kif l-operaturi ta' dgħajjes kummerċjali kbar huma l-kawża ewlenija tal-kaos f 'Kemmuna. "Il-filmat juri kif il-wasla bla heda ta' dawn id-dgħajjes qed tittrasforma din ir-riżerva natura- li ikonika minn post paċifiku u idilliku kmieni filgħodu, għal nassa tat-turiżmu ffullata, storb- juża u maħmuġa waranofsinhar," qal Callus. Il-Moviment Graffitti qed jitlob il-projbizzjoni tad-dgħajjes tat-turisti kbar li jżuru Kemmu- na. Callus qal li ta' kuljum, dawn id-dgħajjes tat-turisti kbar qed jiġbdu lejhom eluf ta' turisti minn Buġibba u Tas-Sliema u mbagħad jitilquhom il-Blue Lagoon. "L-impatt ambjentali huwa enormi, u wara l-wasla tagħhom, ħadd ma jkun jista' jgawdi ż-żona bħala r-roqgħa ġenna li suppost hi," qal. "Fi kwalunkwe ħin, aktar minn 10 dgħajjes kbar bħal dawn jistgħu jkunu rmiġġati fil-Blue Lagoon, b'kull waħda tiflaħ iżżomm diversi mijiet ta' persuni. Bosta operaturi jwettqu numru ta' vjaġġi kuljum." Sandra Gauci, chairperson tal-ADPD, taqbel ma' Callus. "Fuq il karta tidher li qed jagħmlu taparsi xi ħaġa imma hemm biżżejjed loopholes biex dawk l-4,000 ikunu aktar," Gauci qalet lil din il-gazzetta. Hi nsistiet li l-awtoritajiet għandhom jindirizzaw il-fatt tal-ferries li jitrakkaw hemm b'ammont konsiderevoli ta nies. "L-istess problemi bl-istess pseudo-soluzzjonijiet kull darba," qalet Gauci. Callus insista li għal ħafna familji lokali, iż-żjarat annwali lejn il-Blue Lagoon kienu attività tas-sajf. "Illum, ir-residenti ta' Malta u Għawdex lanqas biss jikkun- sidraw li jmorru hemm," qal. "Dabbrulna rasna minn art pubblika numru żgħir ta' negozji b'ħafna poter li qed jitħallew jisfruttaw il-gżira għad-detriment tat-tgawdija pubblika u l-amb- jent." Callus qal li kull soluzzjo- ni fit-tul, sostenibbli u ġusta għall-Kemmuna trid tinkludi projbizzjoni fuq il-vapuri turistiċi kbar li jġorru gruppi kbar ta' nies lejn din ir-riżerva naturali. "Dan hu meħtieġ biex tinżamm l-integrità naturali tagħha u biex jerġa' jinkiseb dan l-ispazju minn idejn l-interessi kummerċjali rgħiba," insista. Kif tibbukkja Il-bookings jistgħu jsiru permezz tal-pjattaforma on- line uffiċjali, fejn il-viżitaturi jagħżlu wieħed minn tliet ħinijiet disponibbli: filgħodu, wara nofsinhar jew filgħaxija. Kull min jixtieq jinżel fuq l-art fil-Blue Lagoon għandu jkollu booking validu, filwaqt li persuni li jibqgħu abbord dgħajjes jew bastimenti ma jkunux meħtieġa jagħmlu prenotazzjoni. L-introduzzjoni ta' din is-sis- tema kienet risposta diretta għall-pressjoni kbira li l-Blue La- goon sofriet f 'dawn l-aħħar snin. Fl-2024 kienu ġew irreġistrati sa 12,000 persuna f 'daqqa fil-bajja waqt il-qċaċet tas-sajf, numru li qajjem tħassib serju dwar is-sig- urtà, l-esperjenza tal-viżitaturi u l-protezzjoni tal-ambjent naturali ta' Kemmuna. Madankollu, minkejja dawn il-miżuri, il-kritika dwar l-ifful- lar għadha ma waqfitx. F'dawn l-aħħar ġimgħat diversi viżitat- uri qasmu ritratti u filmati fuq il-midja soċjali li juru folol kbar fil-Blue Lagoon, b'xi wħud isost- nu li l-post għadu jħossu "mimli żżejjed" anke wara l-introduzzjo- ni tal-limiti ġodda. Filmati ppubblikati minn turisti fuq Facebook juru mijiet ta' persuni fuq il-blat u fix-xatt tal-laguna, filwaqt li oħrajn ikkummentaw li kien diffiċli jsibu spazju fejn ipoġġu jew jgħumu komdu. Xi reviżjonijiet online saħansitra ddeskrivew il-post bħala "overcrowded", bi lmenti dwar il-konġestjoni, il-ħmieġ u l-ammont kbir ta' bastimenti kummerċjali fil-bajja. Rapporti fil-midja lokali osservaw li, minkejja l-kontrolli l-ġodda, il-preżenza ta' operaturi kummerċjali, laneċ tat-turisti u dgħajjes privati tkompli tikkon- tribwixxi għall-iffullar tal-bajja. Organizzazzjonijiet ambjentali, fosthom Moviment Graffitti, ar- gumentaw li l-problema mhijiex biss in-numru ta' nies fuq ix-xatt, iżda wkoll il-konċentrazzjoni ta' attività kummerċjali f 'żona natu- rali sensittiva. L-MTA, min-naħa tagħha, qed tinsisti li s-sistema qed tagħti riżultati. Skont ċifri ppubblika- ti mill-awtoritajiet, is-sistema tal-booking hija maħsuba biex tnaqqas il-konċentrazzjoni tal-viżitaturi u tqassamhom fuq medda ta' ħinijiet differenti. Barra minn hekk, il-limitu ta' 4,000 persuna għal kull sessjoni huwa ferm inqas mill-folol li kienu jiġu osservati qabel l-2025. Fost il-miżuri ewlenin intro- dotti biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-Blue Lagoon hemm: • Sistema obbligatorja ta' booking online qabel iż-żjara. • Tliet time slots differenti biex il-fluss tal-viżitaturi jinqasam matul il-ġurnata. • Kontrolli permezz ta' QR codes u wristbands biex jiġi vverifikat l-aċċess. • Twissijiet li persuni mingħajr booking validu jistgħu jiġu mmultati. • Żieda fl-infurzar kemm fuq l-art kif ukoll fuq il- baħar. • Titjib fis-servizzi ta' tindif, ġestjoni tal-iskart u ma- nutenzjoni tas-sit. • Espansjoni taż-żoni siguri għall-għawm sabiex titn- aqqas il-konġestjoni f 'ċerti partijiet tal-laguna. Fl-istess waqt, il-Gvern u l-awtoritajiet tat-trasport qed jimplimentaw regolamenti ġodda fuq l-operat ta' bastimenti kummerċjali li jġorru passiġġieri lejn Kemmuna, bil-għan li jiġi kkontrollat aħjar in-numru ta' nies li jaslu fil-Blue Lagoon matul il-ġurnata. Minkejja dan, bosta osserva- turi jqisu li s-suċċess tal-miżuri jiddependi fuq infurzar effettiv. Fis-sajf li għadda kienu tqajmu mistoqsijiet dwar kemm il-kon- trolli kienu qed jiġu applikati b'mod konsistenti, b'rapporti li xi viżitaturi daħlu mingħajr ma ġew skennjati jew ivverifikati. Il-uħ mill-ġdid tas-sis- tema tal-booking għalhekk jirrappreżenta pass importanti fil-ġestjoni ta' wieħed mill-ak- tar attrazzjonijiet popolari ta' Malta. Madankollu, il-bilanċ bejn l-aċċess turistiku u l-pro- tezzjoni tal-ambjent jibqa' sfida kbira. Filwaqt li l-awtoritajiet qed jargumentaw li l-miżuri l-ġodda qed inaqqsu l-pressjoni fuq il-la- guna, ħafna viżitaturi u attivisti ambjentali għadhom isostnu li hemm bżonn aktar kontrolli sabiex il-Blue Lagoon ma terġax tesperjenza l-livelli estremi ta' ffullar li saru sinonimi magħha f 'dawn l-aħħar snin. Għalissa, dawk li qed jippjanaw żjara f 'Kemmuna huma mħeġġa jirriżervaw il-post tagħhom minn qabel u jagħżlu ħinijiet inqas popolari biex igawdu dan il-ġojj- ell naturali b'esperjenza aktar komda u sostenibbli. L-introduzzjoni tas-sistema ta' booking kienet risposta diretta għall-pressjoni kbira li l-Blue Lagoon sofriet f 'dawn l-aħħar snin

