Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545724
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Record of Nighttime – Wirja ta' Pietru Farrugia Record of Nighttime tiġbor għażla ta' tpinġijiet bil-graffit, bil-linka u bis-silverpoint fuq karti ppreparati u mhux ippreparati, meħuda minn ġabra ta' xogħol li għadu għad- dej aktar milli ppreżentati bħala ġabra magħluqa. Dawn ix-xogħli- jiet jinħolqu bil-mod, permezz ta' kuntatt ripetut. Linja tinbena fuq oħra, marki żgħar jinġabru f 'figuri, oġġetti u sinjali. Il-wiċċ isir dens biżżejjed biex iżomm xbieha fiż- żmien, għalkemm mhux dejjem biex jiżvelaha kompletament. Il-graffit, il-linka u s-silverpoint ilkoll jeħtieġu mod differenti kif jibqgħu fuq l-immaġni. Wieħed jista' jiskura u jiġi rivedut, ieħor jittebba' u jiffissa, filwaqt li t-tielet iħalli traċċa metallika fina li tinbidel mad-dawl u mal-mogħdija taż- żmien. Xi karti jinħadmu direttament, filwaqt li oħrajn jiġu ppreparati bil-kolla tal-ġilda tal-fenek, saff ta' preparazzjoni (ground) u rmied tal-għadam (bone ash), sabiex il-wiċċ innifsu jsir parti mir-reżistenza u r-raffinatezza tat-tpinġija. Ir-relazzjoni ta' Pietru Farrugia mal- ħolm hija waħda antika u personali. Uħud mill-ewwel memorji tiegħu huma ta' ħolm li kien jaqsam ma' ommu. Aktar tard, il-ħolm sar parti mit-taħriġ terapew- tiku tiegħu u mill-ħidma interjuri tiegħu. F'dawn it-tpinġijiet, dik l-istorja tibqa' privata iżda preżenti, u tagħti lix-xogħol atmosfera aktar milli suġġett. Xi tpinġijiet joħorġu mill-ħolm. Oħrajn joħorġu minn dak li jibqa' wara li l-ħolma tkun għaddiet. Kranju, kewkba, ġisem, bieb jew medda ta' pajsaġġ jistgħu jidhru b'mod ċar, iżda qatt ma jkunu komplet- ament stabbiliti. It-tpinġijiet huma inqas imħassba biex jirrakkontaw il-ħolma milli biex jirreġistraw dak li jibqa' min- nha: marka, burdata, immaġni parzjali, ir-residwu ta' xi ħaġa li għaddiet fuq il-karta. Dawn ix-xogħlijiet jitolbu ħarsa attenta. Is-saħħa tagħhom ħafna drabi tinsab f 'dak li kważi jibqa' moħbi: f 'qasam ta' marki densi, traċċa tal-fidda, jew figura li tidher bil-mod mill-wiċċ tal-karta. Huma reġis- tri ta' kuntatt bejn l-id u l-karta, bejn il-lejl u l-qawmien, bejn il-materja u l-memorja. Il-wirja hija kkurata minn Melanie Erixon. L-artist Pietru Farrugia jaħdem bil-graffit, bil-linka, bis-silverpoint u fuq karti ppreparati. It-tpinġijiet tiegħu jesploraw il- ħolm, ir-residwu, ir-ripetizzjoni, il-wiċċ u l-evidenza kwieta ta' affarijiet li għaddew. Il-ħidma tiegħu bħala psikoterapista u teologu tas-simboli tinforma l-interess tiegħu fl-immaġni, fil-memorja u f 'dak li jibqa' wara l-esperjenza. Mix-xellug għal-lemin, minn fuq nett: Pietru Farrugia, Inbid, Relikwa, Għall-Kaċċa, Bebbuxu I, u Ħmar

