MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545724

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Direttur Maniġerjali: SAVIOUR BALZAN • Editur: PAUL COCKS Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M eta l-FIFA ħabbret li t-Tazza tad-Dinja tal-2026 kienet se titkabbar minn 32 għal 48 tim, ħafna emmnu li finalment pajjiżi żgħar setgħu jibdew joħolmu b'opportunità realistika. Kienet riforma maħsuba biex tagħti aktar spazju lil nazzjonijiet emerġenti u tn- aqqas il-monopolju tal-potenzi tradizzjonali tal-futbol. Illum nafu r-riżultat. Malta baqgħet barra. U mhux biss baqgħet barra, iżda reġgħet spiċċat tħares lejn pajjiżi oħra, xi wħud iżgħar minna jew b'riżorsi simili, jiċċelebraw kwalifi- kazzjoni storika. Il-mistoqsija għalhekk m'għadhiex jekk Malta hijiex żgħira wisq. Il-mistoqsija hija għaliex pajjiżi oħra sabu t-triq, filwaqt li aħna għadna ankrati fl-istess post. Ovvjament, timijiet jgħaddu għat-Taz- za tad-Dinja skont kif imorru fir-reġjun tagħhom. U l-Ewropa hija meqjusa bħala l-iktar reġjun b'saħħtu fil-futbol. Allura l-kompetizzjoni għall-postijiet disponibbli hija kiefra ħafna, u Malta trid taffaċċja pajjiżi ħafna ikbar minnha u meqjusa bħala ġganti tal-futbol. F'reġjuni oħrajn, il-kompetizzjoni hija inqas kiefra u din għamlitha possibbli għal pajjiżi żgħar bħal Curaçao u Cape Verde biex jgħaddu għat-Tazza tad-Dinja. Iżda l-verità hi li d-daqs tal-popolazzjoni waħdu qatt ma kien skuża valida. L-Iżlanda, il-Gżejjer Faroe u l-Lussemburgu ilhom snin juru li organizzazzjoni tajba tista' tegħleb il-limitazzjonijiet numeriċi. X'qed jagħmlu li Malta għadha ma rnexx- ilhiex tagħmel? L-ewwel nett, għandhom viżjoni fit-tul. Hemm pjan li jdum snin u mhux sal-konfer- enza tal-aħbarijiet li jmiss. It-tieni nett, jinvestu bis-serjetà fit-tfal u fl-akkademji. Mhux biss jibnu grawnds ġod- da, iżda jibnu plejers. Il-kowċing jibda minn età żgħira, b'identità ċara ta' kif iridu jilagħbu u jiżviluppaw. It-tielet nett, jużaw id-dijaspora tagħhom b'mod intelliġenti. Ħafna minn dawn il-pajjiżi rnexxielhom jikkonvinċu plejers imwielda barra biex jirrappreżentaw lill-pajjiż tal-famil- ja tagħhom. Malta għamlet xi passi f 'din id-direzzjoni, iżda għadha lura meta mqabbla ma' oħrajn. Imbagħad hemm il-livell domestiku. Il-kampjonat Malti għamel progress f 'ċerti oqsma, iżda għadu ma jipproduċix biżżejjed plejers Maltin lesti għall-ogħla livell internaz- zjonali. Ħafna drabi nitkellmu dwar ir-riżul- tati tal-klabbs u ninsew li l-għan ewlieni għandu jkun li noħolqu aktar talent lokali. Lanqas ma nistgħu nibqgħu nikkuntentaw ruħna b'telfiet "onorabbli". Kull darba li nitilfu b'gowl wieħed kontra tim akbar, nisimgħu kemm tajna wirja tajba. Iżda fil-futbol inter- nazzjonali — bħal f 'kull kompetizzjoni oħra — il-punti jiktbu l-istorja, mhux il-kumpli- menti. Il-fatt li t-Tazza tad-Dinja kibret għal 48 tim kien l-akbar ċans li qatt kellhom il-pajjiżi ż-żgħar. Xi wħud ħatfu dan iċ-ċans. Malta kellha sfida ikbar u ma rnexxilhiex. Dan għandu jwassal għal riflessjoni profonda, mhux għal aktar skużi. Jekk xi darba rridu naraw il-bandiera Maltija f 'kompetizzjoni kbira, irridu nibdew nibdlu l-mentalità. Inqas ċelebrazzjonijiet għal progress żgħir u aktar domanda għal riżultati konkreti. Inqas pjanijiet fil-qosor u aktar investiment fit-tul. Inqas skużi dwar id-daqs tagħna u aktar rieda li nitgħallmu minn min kien fl-istess sitwazzjoni tagħna u rnexxa. Għax il-problema mhijiex li Malta hija żgħira. Il-problema hi li, filwaqt li oħrajn evolvew, aħna għadna nippruvaw nispjegaw għaliex ma rnexxejniex. Meta se nieqfu nsibu l-iskużi?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 July 2026