MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545724

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2026 is-seduta u hija mistennija tkompli fil-jiem ta' wara tal- ġuri. IR-RABA' JUM Keith Arnaud ikompli jixhed: L-ittra ta' Melvin Theuma, il-mobile ta' Yorgen Fenech u l-arrest ta' Keith Schembri Ir-raba' jum tal-ġuri kompla jkun iddominat mix-xhie- da tal-eks kap tal-Iskwadra tal-Omiċidji, Keith Arnaud, li kompla jagħti lill-ġurati rendikont kronoloġiku tal-in- vestigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Wara li fit-tielet jum kien iffoka fuq l-iżviluppi li wasslu għall-kooperazzjoni ta' Melvin Theuma, Arnaud kompla jispjega kif l-inves- tigazzjoni ħadet żvolta wara l-arrest ta' Theuma u kif il-Pulizija bdiet tanalizza r-recordings, id-dokumenti u d-data estratta mill-mobile ta' Yorgen Fenech. Wieħed mill-ewwel pun- ti li semma kien l-ittra li Melvin Theuma kien kiteb u li nstabet fl-uffiċċju ta' Yorgen Fenech. Skont Arnaud, meta l-investigaturi kkonfrontaw lil Theuma b'din l-ittra, huwa sp- jega li kien kitibha għax kien jibża' li seta' jiġi "eliminat" u ried jiżgura li, jekk jiġrilu xi ħaġa, il-verità ma tintilifx. L-ittra, li nqrat fil-Qorti, kienet tiddeskrivi lil Theuma bħala l-middleman fil-każ u kienet tgħid li kien qed jgħad- di provi sabiex jiġi identifikat min allegatament ikkummiss- jona u ffinanzja l-qtil. Ar- naud qal li, għalkemm fl-ittra jissemma wkoll Keith Schem- bri, Theuma insista li dawn ir-referenzi kienu marbuta mal-allegat impjieg fil-Gvern u mhux mal-ippjanar tal-as- sassinju. Arnaud kompla jgħid li Theuma spjega lill-investig- aturi li kien għażel li jiġbor parti mir-recordings fuq USB bħala forma ta' protezzjoni personali. Skont ix-xhud, Theuma qal li ried iżomm evidenza f 'każ li xi ħadd jipprova jagħmillu ħsara jew jeliminah. Arnaud żied li Theuma baqa' kon- sistenti fil-verżjoni tiegħu li persuna waħda kienet wara l-qtil – Yorgen Fenech. Il-Qorti semgħet ukoll li, skont il-kalkoli tal-investig- aturi, madwar €450,000 alle- gatament għaddew mingħand Fenech għand Theuma biex jitħallsu lill-aħwa Degiorgio wara l-arrest tagħhom. Ix-xhud irrakkonta kif, wara dawn l-iżviluppi, l-investi- gazzjoni bdiet tiffoka wkoll fuq Keith Schembri u t-tabib Adrian Vella. Arnaud qal li żewġ doku- menti li waslu għand il- Pulizija wasslu għad-deċiżjoni li jiġi arrestat Dr Adrian Vella. Skont il-verżjoni mogħtija lill-investigaturi, Vella qal li kien ġabar dokumenti mingħand Keith Schembri fuq talba ta' Yorgen Fenech u wassalhomlu f 'Portomaso, iżda sostna li qatt ma fetaħ jew qara l-kontenut tagħhom. Fl-istess waqt, il-Pulizija kompliet teżamina fid-dettall id-data estratta mill-mobile ta' Fenech biex tivverifika allega- ti kuntatti bejnu u Schembri. Arnaud qal li, minkejja diffikultajiet tekniċi fil-bidu, l-investigaturi rnexxielhom jirkupraw ammont sostanzjali ta' data mill-mobile ta' Yorgen Fenech. Spjega li wara li għaddew minn eluf ta' ritratti u fajls sabu immaġni li kienet tikko- rrispondi ma' konverżazzjoni li kienu qed ifittxu. Skont Arnaud, dan kien wieħed mill-elementi li wassal għad-deċiżjoni li jiġi arrestat Keith Schembri. Huwa rrakkonta wkoll kif hu u l-investigatur Kurt Zahra marru Mellieħa kmieni filgħodu biex iwettqu l-arrest. Arnaud qal li waqt l-in- terrogazzjoni tiegħu Keith Schembri ammetta li kien baqa' jikkomunika ma' Yorgen Fenech wara li sar jaf li dan kien qed jikkunsidra li jitlaq minn Malta. Skont ix-xhud, Schembri qal li l-għan tiegħu kien li jikkonvinċi lil Fenech biex ma jaħrabx, għax kieku telaq mill-pajjiż kienet tkun sitwa- zzjoni serja għall-investigazz- joni. Il-Pulizija kkonfrontatu wkoll b'messaġġi rkupra- ti mill-mobile ta' Fenech li kienu jirreferu għall-investi- gazzjoni, għas-sitwazzjoni ta' Melvin Theuma u għall-pos- sibbiltà tal-arrest ta' Fenech. Minkejja li Yorgen Fenech dejjem ċaħad li kien qed jipprova jaħrab minn Malta, Arnaud qal li l-investigaturi waslu għal konklużjoni differ- enti wara li analizzaw il-kon- tenut tal-mobile tiegħu. Skont ix-xhud, il-kon- verżazzjonijiet kienu juru diskussjonijiet dwar rotot pos- sibbli biex jitlaq mill-pajjiż, fosthom titjira lejn Franza jew vjaġġ bil-jott lejn l-Italja. L-investigaturi sabu wkoll istruzzjonijiet mogħtija lill- kaptan tad-dgħajsa u mes- saġġi li fihom Fenech kien avżat biex ma jużax credit cards. Arnaud qal li dawn l-elementi, meħuda flimk- ien, wasslu lill-Pulizija biex temmen li kien qed jipprepara biex jitlaq minn Malta. Matul ix-xhieda tiegħu, Ar- naud semma wkoll informazz- joni li kienet qed tiġi inves- tigata dwar allegat pjan biex Melvin Theuma jiġi eliminat. Huwa qal li Kenneth Camilleri ċaħad din l-al- legazzjoni u sostna li kien biss qed jipprova jikkalma lil Theuma, filwaqt li Keith Schembri wkoll ċaħad li qatt kien jeżisti xi pjan bħal dan. Fost l-aħħar punti li ġew ippreżentati lill-ġurati kien hemm ukoll il-fatt li fil-mo- bile ta' Yorgen Fenech instabet kopja tal-abbozz tal-ftehim relatat mal-maħfra presidenz- jali ta' Melvin Theuma. Skont Arnaud, Fenech sostna li kien irċieva dak id-dokument mingħand Keith Schembri, allegazzjoni li Schembri dejjem ċaħad. L-ewwel biex jixhed kien l-Eks Kap tal- Iskwadra tal-Omiċidji Keith Arnaud Keith Arnaud xehed li Melvin Theuma (lemin) qal lill-pulizija li r-ritratt ma Keith Schembri (fuq) ħadu għax "ridt nirrikattah"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 July 2026