Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545829
Ir-ras sfigurata u ta' Merrick u ġismu (l-irtokk fuqhom kien jieħu ġurnata sħiħa bl-iffilmjar isir filgħaxija) iġibu sensazzjoni ta' unità u ħlewwa. B'wiċċ kbir u mimli dwejjaq u bi kliem kultant imlissen b'diffi- kultà ta' gratitudni għal kull att żgħir ta' ħniena, il-kruha ta' Mer- rick tisparixxi mill-vista tal-ud- jenzi u ssir xi ħaġa rari u ta' fejda għal dak kollu li qed isofri. Dan il-film inħadem apposta bla kulur u bil-Panavision (liżar wiesgħa), bil-fotografija tal-bravu Fred- die Francis biex idaħħlek f 'din id-dinja ta' makkinarju li jaħdem bl-istim u l-fantasija. Tassew huma impressjonanti l-kuntrasti chiaroscuro taċ-ċpar u d-dellijiet kif l-atmosfera tar-Rivoluzzjoni Industrijali timita perfettament kif l-awtur Charles Dickens iddeskriviha fil-kitbiet tiegħu. Nemmen bil-kbir li kieku dan il-kapulavur inħadem bil-kulur, kien jintilef ħafna mill-impatt tal-atmosfera surreali tal-film. F'xena minnhom meta l-pro- tagonist ikun waħdu quddiem mera nassistu għal mument tipiku ta' ironija suprema. Iħares lejn ir-riflessjoni tiegħu u jimita t-tisli- jiet u l-awguri tas-soċjetà għolja li intervistawh jara quddiemu skerz tan-natura liebes impekkabbli! Dan hu film tassew kom- moventi li jmisslek qalbek u l-emozzjonijiet kollha, inissillek xi demgħa meta Merrick, minkejja l-kruha ta' wiċċu, hu bniedem ġentili, edukat, ħelu fi kliemu u umli għalkemm dejjem b'wiċċ imdejjaq, li b'kull att żgħir ta' ġen- erożità jew solidarjetà li jirċievi dejjem ilissen grazzi u kliem ieħor ta' obbligazzjoni. B'hekk il-wiċċ sfigurat isir xi ħaġa tolleranti u wieħed iħoss empatija lejh u anki dispjaċir għall-isfortuna kbira li messitu, bħal lejn il-mostru ta' Beauty And e Beast. Kif diġà aċċennajt, fil-verità l-isem propju ta' Merrick kien Joseph u jidher li d-direttur straħ fuq it-Tabib Frederick Treves li kien jirreferi għalih bħala John. Xi kummentaturi jsostnu li Joseph hu l-isem oriġinali tiegħu kif jidher fuq iċ-ċertifikat tat-twelid. F'parti mill-awtobijografija tiegħu Merrick jgħid: "... ommi kienet miexja fit-triq meta proċessjoni ta' annimali kienu għaddejjin, kien hemm rassa kbira ta' nies biex jarawhom u sfortunatament im- buttawha taħt saqajn ta' ljunfant li beżżagħha ħafna, u dan ġara waqt li kienet tqila bija u kien il-każ tal-isfigurazzjoni tiegħi". Dan ix-xenarju ġara f 'Leicester. Joseph (John) Merrick miet ta' 27 sena fil-11 ta' April 1890. Il-marda li kien ibati biha tissejjaħ Neurofi- bromatosis. Wara diversi snin ta' studju jaħsbu li kien isofri aktar mill-Proteus Syndrome, marda tassew rari. Għalkemm fil-preżent saru avvanzi, għal din il-marda għad m'hemmx fejqan. Ironikament, il-produtturi Amerikani ta' dan il-film huma l-kumpanija Brooksfilm tad-diret- tur/produttur u ġieli wkoll attur, Mel Brooks ta' fama kbira fis-snin sebgħin u tmenin b'kummiedji sfrenati bħal Blazing Saddles (1974) li dwaru kont ktibt artiklu, Young Frankenstein (1974), His- tory Of e World, Part 1 (1981), To Be Or Not To Be (1983) u diversi oħrajn. Brooks sensibil- ment għaraf li mhuwiex addattat jinvolvi ruħu f 'dan it-tip ta' film, però insista li martu, l-attriċi Anne Bancro tingħata l-parti kruċjali ta' Mrs. Madge Kendal, il-benefattriċi tal-imsejken sfor- tunat Joseph (John) Merrick. Din kienet produzzjoni Amerikana/ Brittanika. Fil-lista tal-unuri tal-Academy Awards (l-Oscars) e Elephant Man kellu tmien nominazzjonijiet u ma rebaħ xejn. L-esperti ta' din l-industrija skantaw u ma qablux ma' din id-deċiżjoni u saru ħafna protesti. Fl-unuri BAFTA (British Academy Film and TV Awards) intgħażel bħala l-aħjar film ta' dik is-sena, John Hurt bħala l-aqwa attur u fid-Disinn tal-Produzzjoni u kien innominat għal ergħa oħra – Direzzjoni, Ċinematografija (Fotografija), Screenplay u Editjar. Żgur li l-imkatar joħorġu meta Merrick ikun umiljat u msaw- wat minn dawk kattivi li riedu jisfruttawh waqt li jlissem b'qalb muġugħa: "I am not an animal. I am a human being, I ... am ... a man!" 14 films IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2026 • illum Carmel Bonnici Il-film klassiku u kult "The Elephant Man" IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Elephant Man (1980)

