Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545829
aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2026 • illum 04 'Il-martell kien f ' idejna t-tnejn, mhux f ' idi biss' 753 persuna fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sa tmiem Ġunju Il-ġuri ta' Emanuel Borg, ir-raġel ta' 68 sena akkużat li pprova joqtol lil martu billi al- legatament sawwatha b'martell fid-dar tagħhom fil-Mellieħa, beda matul din il-ġimgħa b'sen- siela ta' xhieda mediċi, foren- siċi, familjari u psikjatriċi, qabel l-akkużat innifsu ta l-verżjoni tiegħu ta' dak li ġara. Filwaqt li l-prosekuzzjoni sostniet li Borg attakka lil martu waqt li kienet rieqda wara argu- ment, id-difiża ressqet verżjoni kompletament differenti, fejn sostniet li l-ġrieħi seħħew waqt taqbida bejn il-koppja fuq martell. Skont il-prosekuzzjoni, il-każ għandu l-għeruq tiegħu f 'argu- ment dwar flus, wara li Emanuel Borg allegatament talab lil martu €300 u din irriutatu. Il-prose- kuzzjoni sostniet li wara dan l-argument, Borg daħal fil-kam- ra tas-sodda fejn martu kienet rieqda u sawwatha ripetutament b'martell f 'rasha u f 'wiċċha. Il-Qorti semgħet ukoll kif kien l-akkużat stess li ċempel għall-ambulanza, filwaqt li lill- pulizija allegatament qalilhom biex jarrestawh wara li ammetta li kien aggredixxa lil martu. Xhieda tal-familja u x-xena tad-delitt Ulied il-koppja taw rendikont ta' dak li sabu wara l-inċident. Kevin Borg xehed li sab lil ommu midruba serjament u akkumpanjaha l-isptar, filwaqt li Nadine Parnis irrakkuntat kif marret fid-dar u sabet ammont kbir ta' demm mal-art, fuq is- saqqu, fuq l-imħaded u anke fuq il-kelb tal-familja. Hija qalet li bdiet tnaddaf id- demm sabiex it-tfal ma jarawx ix-xena malli jaslu d-dar, iżda aktar tard il-pulizija qalulha biex ma tmiss xejn. Ritratti li ħadet dakinhar ġew ippreżentati fil-Qorti, flimkien ma' evidenza dwar il-martell li nstab aktar tard fil-pixxina. Il-ġurati semgħu wkoll dwar allegati tensjonijiet bejn il-kop- pja relatati ma' mara Filippina li, skont diversi xhieda, Borg kien jixtieq iġib Malta biex taħdem. Esperti mediċi: ġrieħi serji u diversi daqqiet It-tobba u l-esperti forensiċi taw stampa dettaljata tal-ġrieħi li sofriet Maria Dolores Borg. Il-Qorti semgħet kif il-mara sofriet diversi qsim f 'wiċċha u f 'rasha, fosthom ksur fil-kranju, fil-parti tal-imnieħer u fil-wiċċ, kif ukoll ġrieħi li kienu kkawżati minn oġġett iebes u tqil. L-esperti mediċi spjegaw li l-ġrieħi kienu konsistenti ma' diversi daqqiet, filwaqt li wieħed mit-tobba ċċertifika li l-mara kienet tinsab f 'periklu ta' mewt meta ddaħħlet l-Isptar Mater Dei. Intqal ukoll li minkejja li ma nstab l-ebda dannu dirett fil-moħħ, hija baqgħet issofri ċikatriċi permanenti. Il-ġuri sema' wkoll diversi xhieda dwar l-istorja psikjatrika ta' Emanuel Borg. Il-psikjatra tiegħu spjegat li kien ilu snin ibati bid-dipres- sjoni u kien taħt kura medika, filwaqt li kien qed jieħu antide- pressivi u mediċini oħra. Hija xehdet li fl-aħħar appuntament qabel l-inċident kien jidher stabbli. Min-naħa tagħha, il-vittma kienet ġiet segwita wkoll wara l-aggressjoni minħabba ans- jetà, diffikultajiet biex torqod u problemi ta' konċentrazzjoni li żviluppaw wara dak li ġara. "Il-martell kien f 'idejna t-tnejn" Fl-aktar mument mistenni tal-ġuri, Emanuel Borg tela' jixhed fid-difiża tiegħu u ċaħad li qatt ma attakka lil martu waqt li kienet rieqda. Huwa qal lill-ġurati li kollox beda b'argument dwar €300 li ried juża biex jirranġa kamra fejn kien iżomm il-prodott agrikolu tiegħu. Skont Borg, martu qabdet martell li kien jinsab fil-kċina u hedditu bih, iżda meta pprova jneħħih minn idejha, it-tnejn spiċċaw jiġbdu fuqu. "Il-martell kien f 'idejna t-tne- jn, mhux f 'idi biss." Borg sostna li waqt din it-taqbida martu laqtet lilha nnifisha bil-martell u li kollox seħħ fi it sekondi. Qal ukoll li hekk kif ra d-demm, ippani- kkja u ċempel immedjatament għall-ambulanza. Huwa ċaħad ukoll il-verżjoni tal-prosekuzzjoni li sawwat lil martu waqt li kienet rieqda. Il-pass li jmiss Wara li nstemgħu x-xhieda kollha, is-Sibt beda l-indirizz tal-Imħallef lill-ġurati, fejn qed jagħtihom id-direzzjonijiet legali u jfakkarhom fil-provi li tressqu matul il-ġuri. Wara li jintemm l-indirizz, il-ġurati għandhom jirtiraw għad-deliberazzjonijiet qabel jagħtu l-verdett tagħhom dwar jekk Emanuel Borg huwiex ħati jew le tal-akkużi miġjuba kontrih. IL-ĠURI TA' EMANUEL BORG 753 persuna kienu miżmuma fil-Faċil- ità Korrettiva ta' Kordin sal-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena, skont ċifri ppreżentati mill-Gvern fil-Parlament. L-informazzjoni ngħatat mill-Min- istru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xog- ħol Glenn Bedingfield bi tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari mressqa mid-Deputat Nazzjonalista Graziella At- tard Previ dwar il-popolazzjoni tal-ħabs. Minn dawn is-753 persuna, 67 huma nisa, filwaqt li l-bqija huma rġiel. Fi tweġiba parlamentari oħra, il-Min- istru żvela wkoll li sat-23 ta' Ġunju ma kien hemm l-ebda mara miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li kienet instabet ħatja ta' reati relatati mal-pros- tituzzjoni. It-tweġibiet ingħataw waqt is-seduta parlamentari tas-6 ta' Lulju u jagħtu stampa aġġornata tal-popolazzjoni fil- ħabs nazzjonali. Il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin tilqa' kemm persuni li jkunu qed jiskontaw sentenza ta' priġunerija, kif ukoll persuni miżmuma taħt arrest preventiv sakemm jintemmu l-proċeduri kontrihom. L-aħħar ċifri juru li n-nisa jirra- ppreżentaw inqas minn 10% tal-popo- lazzjoni kollha tal-ħabs, filwaqt li l-maġġoranza assoluta tal-priġunieri huma rġiel. Dan il-proporzjon ilu relatti- vament stabbli matul l-aħħar snin. L-informazzjoni ġiet ippubblikata bħala parti minn sensiela ta' tweġibiet parlamentari dwar il-faċilità korrettiva u l-kompożizzjoni tal-popolazzjoni tagħha. Emanuel Borg għaddej ġuri, mixli li fl-2019 pprova joqtol lil martu fid-dar tagħhom fil-Mellieħa waqt li kienet rieqda

