MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 July 20222226

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545829

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2026 • illum "Dan mhux proġett marbut ma' sit wieħed biss. Jista' jiġi implimentat f 'postijiet oħra u jservi bħala mudell spazjali għal inizjattivi futuri li jgħaqqdu l-edukazzjoni, il-biedja u s-sostennibbiltà." L-agrikoltura Maltija fil-qalba tad-disinn spazjali PROĠETT INNOVATTIV MINN STUDENTA TAL-MCAST JAELLE BORG L-agrikoltura Maltija, is-sos- tenibbiltà u d-disinn spazjali ngħaqdu flimkien fil-proġett fi- nali ta' Krista Catania, studenta ta' 23 sena li għadha kif temmet il-B.A. (Hons) in Spatial Design fl-MCAST. Permezz tal-proġett tagħha, hija pproponiet ċentru agrikolu edukattiv li għandu l-għan li jqarreb lill-pubbliku lejn il-biedja Maltija, filwaqt li jippromwovi s-sostenibbiltà u jħares il-karattru naturali tal-ambjent. Catania spjegat li l-għażla tagħha li tistudja dan il-kors kienet ġejja mill-konvinzjoni li kull spazju għandu l-potenzjal li joffri esperjenza unika lil min jużah. "Nemmen li kull spazju għandu joffri esperjenza unika għal min qed jagħmel użu minnu. Jekk spazju jiġi ddisinjat b'mod effettiv, jista' jħalli marka pożittiva fuq l-individwu. Barra minn hekk, dejjem kont inħobb dak kollu li għandu x'jaqsam mal-arti, kemm jekk hija t-tpinġija jew il-lingwa. L-ar- ti hija waħda mill-isbaħ affarijiet li għandna fid-dinja u kultant ninsew kemm għandha impatt fuqna u fuq is-soċjetà." Meta mistoqsija x'ispiraha tagħżel is-suġġett tal-agrikoltura Maltija, Catania rrakkontat li l-proġett għandu rabta personali ħafna. "Għażilt din it-tema għaliex kemm missieri kif ukoll nannuwi huma bdiewa. Trabbejt viċin ħaf- na tan-natura u minn età żgħira rajt ix-xogħol iebes li jirrikjedi dan is-settur. Dik kienet oppor- tunità li mhux kulħadd kellu, u għalhekk xtaqt noħloq spazju fejn aktar nies ikunu jistgħu jesper- jenzaw mill-qrib il-ħajja tal-bidwi u jitgħallmu dwar il-proċessi dif- ferenti ta' kif jiġi kkultivat l-ikel li nikkunsmaw kuljum." Skont Catania, il-proġett huwa intenzjonalment ibbażat f 'Malta għax il-biedja hija parti essenzjali mill-identità tal-pajjiż. "Huwa importanti li nkom- plu napprezzaw il-biedja bħala parti mill-kultura u mill-istorja Maltija. Nemmen li l-pubbliku għandu jkollu aktar opportuni- tajiet biex jitgħallem dwar dan is-settur. Fl-istess ħin, illum qed naraw tnaqqis fin-numru ta' nies, speċjalment żgħażagħ, li jagħżlu dan ix-xogħol. Għalhekk xtaqt li l-proġett tiegħi jkun jista', anke jekk b'mod żgħir, jikkontribwixxi biex jinħoloq aktar interess lejn l-agrikoltura." Riċerka direttament mal- bdiewa Minflok ma llimitat ruħha għal studju ta' każijiet jew letteratura akkademika, Catania għażlet li tagħmel riċerka direttament mal-bdiewa. "Matul ir-riċerka mort inżur diversi bdiewa lokali u qattajt ħin naħdem magħhom. Esperjen- zajt x'jiġifieri tkun bidwi u stajt niem aħjar kemm hu diffiċli u impenjattiv dan ix-xogħol. Nemmen li biex tiem tassew il- ħajja tal-bidwi, trid tesperjenzaha b'idejk stess." Fl-istess ħin hija studjat ukoll proġetti internazzjonali li għand- hom kunċett simili. "Dawn il-proġetti servew ta' ispirazzjoni għalija u għenuni niem kif għandu jkun imqa- ssam ċentru agrikolu edukattiv sabiex ikun kemm funzjonali kif ukoll attraenti għall-pubbliku." Is-sostennibbiltà fil-qalba tad-disinn Wieħed mill-aktar aspetti importanti tal-proġett kien l-ele- ment tas-sostennibbiltà. Catania spjegat li ddisinjat strutturi li mhux biss jipprovdu dell lill-viżitaturi, iżda wkoll jiġbru l-ilma tax-xita. "L-ilma miġbur imbagħad jintuża biex jissaqqew il-pjanti u s-siġar. Barra minn hekk, strut- turi akbar, bħal dawk għall-ann- imali, għandhom pannelli solari fuq is-soqfa sabiex jipproduċu enerġija nadifa." Hija enfasizzat ukoll li l-istrut- turi kollha ġew maħsuba biex ikunu riversibbli. "Dan ifisser li jistgħu jitneħħew jew jiġu adattati mingħajr ma jagħmlu ħsara permanenti lis-sit naturali. Fl-istess ħin, dan jagħti lill-proġett il-flessibbiltà li jin- bidel skont il-ħtiġijiet futuri." L-isfida li jinżamm il-karattru tal-kampanja Waħda mill-aktar sfidi diffiċli kienet li jinżamm il-bilanċ bejn innovazzjoni u awtentiċità. "Għalkemm ridt nintroduċi elementi ġodda, dejjem xtaqt li nżomm il-karattru ta' għalqa tipika Maltija. Ridt li min iżur il-post iħossu għadu fin-natura, iżda fl-istess ħin isib spazji mod- erni fejn jista' jistrieħ, josserva u jitgħallem." Fost dawn l-elementi hemm żoni ta' mistrieħ iddisinjati biex il-viżitaturi jkunu jistgħu jieqfu, igawdu l-pajsaġġ u japprezzaw l-ambjent ta' madwarhom. "Kull struttura kellha tiġi stud- jata fid-dettall sabiex tkun sos- tenibbli, aċċessibbli għal kulħadd u fl-istess ħin tkompli mal-istil naturali tas-sit. Kien importanti li fattur ma jikkompromettix lill-ieħor." Mudell għal inizjattivi futuri Il-proġett huwa propost għall-Aħrax tal-Mellieħa, iżda Catania temmen li l-kunċett jista' jiġi adattat għal lokalitajiet oħra madwar Malta. "Dan mhux proġett marbut ma' sit wieħed biss. Jista' jiġi impli- mentat f 'postijiet oħra u jservi bħala mudell spazjali għal inizjat- tivi futuri li jgħaqqdu l-edukazz- joni, il-biedja u s-sostennibbiltà." Skontha, ċentru bħal dan jista' jkun ta' benefiċċju kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-bdiewa, billi jgħin biex jiżdied l-għarfien dwar is-settur agrikolu u fl-istess ħin jipprom- wovi aktar rispett lejn ix-xogħol li jwettqu kuljum. Proġett ieħor li ħalla impressjoni Waqt l-esebizzjoni, Catania qalet li wieħed mill-proġetti li laqatha kien dak ta' Alwyn Cassar bl-isem A Good Place to Die. Dan il-proġett jipproponi spaz- ju maħsub għal persuni li qed jirċievu kura paljattiva. "Huwa proġett li jindirizza sit- wazzjoni realistika li ħafna nies, sfortunatament, jgħaddu minnha. Nemmen li spazju bħal dan jista' jbiddel l-esperjenza tal-kura pal- jattiva u jagħmilha aktar umana, aktar kalma u aktar dinjituża." Il-proġett ta' Krista Catania kien wieħed minn diversi xogħlijiet esebiti mill-istudenti tal-MCAST li wrew kif id-disinn spazjali jista' jindirizza sfidi reali tas-soċjetà. Permezz tal-kunċett tagħha, hija ppreżentat viżjoni li mhux biss tħares lejn is-sos- tenibbiltà ambjentali, iżda wkoll lejn il-preservazzjoni tal-identità agrikola Maltija, l-edukazzjoni tal-pubbliku u l-ħolqien ta' spazji li jġibu lin-nies aktar qrib in-nat- ura u x-xogħol tal-bidwi. Minn esperjenza personali fl-għelieqi tal-familja tagħha għal proposta ta' ċentru agrikolu edukattiv fl-Aħrax tal-Mellieħa, Krista Catania ppreżentat proġett li jgħaqqad is-sostenibbiltà, l-edukazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt agrikolu Malti Il-proġett ta' Krista Catania kien wieħed minn diversi xogħlijiet esebiti mill-istudenti tal- MCAST li wrew kif id-disinn spazjali jista' jindirizza sfidi reali tas-soċjetà

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 July 20222226