MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545897

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2026 09 "Għall-ewwel darba, Malta se jkollha istituzzjoni waħda li tgħaqqad ir-rwol ta' istituzzjoni nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem u dak ta' korp tal- ugwaljanza" Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili ROSIANNE CUTAJAR G ħal aktar minn għoxrin sena, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Pro- mozzjoni tal-Ugwal- janza kellha rwol importanti fil-mixja ta' Malta lejn soċjetà aktar ugwali. Appoġġat persuni li esperjenzaw diskriminazzjoni, qajmet kuxjenza dwar il-prinċip- ju tal-ugwaljanza u tat kontribut siewi biex pajjiżna sar aktar ġust u inklużiv. Dan il-kontribut jistħoqqlu rikonoxximent. Iżda l-isfidi tal-lum m'għad- homx dawk ta' għoxrin sena ilu. Is-soċjetà ma waqfitx tinbidel. Il-mod kif ngħixu u nikkomu- nikaw inbidel. Inbidlu wkoll l-is- fidi li jaffaċċjaw in-nies, filwaqt li komplew jevolvu l-istandards internazzjonali u Ewropej fil-qa- sam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ugwaljanza. Jekk irridu li l-istituzzjonijiet tagħna jibqgħu effettivi, jeħtieġ li dawn jevolvu wkoll u jeħtieġ li nkomplu nim- modernizzaw il-qafas istituzz- jonali tagħna. Dan huwa l-prinċipju li fuqu huwa mibni l-abbozz ta' liġi li jiena ppreżentajt għat-tieni qari fil-Parlament Malti bil-għan li nwaqqfu l-Kummissjoni Naz- zjonali għad-Drittijiet tal- Bniedem u l-Ugwaljanza. Din hija riforma leġiżlattiva ewlenija li jiena qed inressaq 'il quddiem fl-ewwel mitt jum ta' dan il-Gvern. Hija riforma li tħares lejn il-futur u li għandha l-għan li tagħti lil Malta qafas istituzzjonali adattat għar-re- altajiet tal-lum kif ukoll qafas istituzzjonali modern u b'saħħtu fil-qasam tad-drittijiet tal- bniedem u tal-ugwaljanza. L-objettiv ta' din il-liġi mhu- wiex sempliċement li tinħoloq istituzzjoni ġdida. L-objettiv huwa li pajjiżna jkollu istituzzjo- ni indipendenti li tippromovi u tħares id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza, filwaqt li ssaħħaħ il-kultura ta' rispett lejn id-din- jità ta' kull persuna. Għall-ewwel darba, Malta se jkollha istituzzjoni waħda li tgħaqqad ir-rwol ta' istituzz- joni nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem u dak ta' korp tal-ugwaljanza. Dan iwassal biex il-qafas istituzzjonali tagħna jkun konformi mal-Prinċipji ta' Pariġi tan-Nazzjonijiet Uniti u mal-istandards tal-Unjoni Ewro- pea dwar il-korpi tal-ugwaljanza. Il-Kummissjoni Nazzjona- li se jkollha mandat ċar biex tippromovi u tħares id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt għal trat- tament ugwali u n-nondiskrim- inazzjoni. Se taħdem biex tissaħħaħ kultura ta' rispett lejn dawn il-prinċipji, tagħti pariri u rakkomandazzjonijiet lill-awtor- itajiet pubbliċi, twettaq riċerka u monitoraġġ u tinvestiga lmenti. Irrid nisħaq li l-Kummis- sjoni se tkun indipendenti u responsabbli lejn il-Parlament Malti. Il-Kummissarju jinħatar mill-President tar-Repubblika wara riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati li tgħaddi bil-voti ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri parlamentari. Jekk din ir-riżoluzzjoni ma tgħad- dix, jittieħed it-tieni vot li wkoll jeħtieġ maġġoranza ta' mhux inqas minn żewġ terzi. Jekk anki hawnhekk ma jintlaħaqx qbil, jittieħed it-tielet vot li jiġi deċiż b'maġġoranza sempliċi, sabiex jiġi evitat deadlock istituzzjon- ali. Għalhekk għażilna mudell li tassew jipprijoritizza l-kunsens. Flimkien mal-Kummissarju, se jkun hemm ukoll disa' membri li jinħatru wara sejħa pubblika. Kull min jonqos milli jikk- opera mal-Kummissjoni jew milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa jkun qed jikser il-liġi u jista' jeħel multa sa €1,000 u priġunerija sa tliet xhur. Il-Kum- missjoni se tkun tista' tagħti appoġġ fi proċeduri legali u amministrattivi mabuta ma' ksur ta' drittijiet tal-bniedem. Meta jinstab ksur ta' drittijiet, il-Kum- missjoni tagħti r-rakkomandazz- jonijiet tagħha u tivverifika jekk dawn ġewx implimentati. Il-liġi tintroduċi wkoll miżuri konkreti biex tissaħħaħ il-promozzjoni tal-ugwaljan- za fis-settur pubbliku. Hemm dispożizzjoni li jiena nqis impor- tanti ħafna favur rappreżentanza aktar bilanċjata fil-korpi maħtu- ra uffiċjalment mill-Gvern. Il-prinċipju huwa ċar: sa fejn hu possibbli, mill-inqas 40% tal-ħatriet għandhom ikunu nisa u mill-inqas 40% għandhom ikunu rġiel, filwaqt li l-bqija tal-kompożizzjoni għandha, fejn hu possibbli, tqis ukoll ir-rap- preżentanza ta' persuni ta' ġeneri mhux binarji. Nibqa' nisħaq, bħala Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili, li l-istituzzjonijiet tagħna għandhom jirriflettu d-diver- sità tas-soċjetà sabiex inkunu f 'pożizzjoni aħjar ħalli nieħdu deċiżjonijiet li jservu lill-komu- nità kollha. Nemmen ukoll li d-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza mhumiex kunċetti astratti li jinteressaw biss lill-ġuristi jew lill-istituzzjonijiet. Jolqtu l-ħajja ta' kuljum. Jolqtu lill-persuni li jkunu qed ifittxu impjieg, lill-familji li jkunu qed jaċċessaw servizz pubbliku, lill-anzjani, lill-persuni b'diżabilità u lill-is- tudenti fost l-oħrajn. Kulħadd għandu d-dritt li jiġi ttrattat b'dinjità u b'rispett. L-ugwaljanza tfisser li kull persuna għandu jkollha opportunità ġusta li tipparteċipa fis-soċjetà mingħajr diskriminazzjoni. Dan huwa valur li jsaħħaħ lis-soċjetà kollha kemm hi. It-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal- Bniedem u l-Ugwaljanza huwa pass importanti ħafna f 'dik id-direzzjoni. Għax fl-aħħar mill-aħħar, jiena nemmen li istituzzjonijiet b'saħħithom ma jsaħħux biss il-protezzjoni tad-drittijiet. Huma jsaħħu wkoll il-fiduċja tan-nies fid-demokrazija u fil- kapaċità tal-Istat li jittratta lil kulħadd b'mod ġust, imparzjali u b'rispett. Lejn qafas istituzzjonali modern għad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza L-objettiv ta' din il-liġi mhuwiex sempliċement li tinħoloq istituzzjoni ġdida

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 July 2026