MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Pittura rrestawrata fil-240 anniversarju mill- konsagrazzjoni tal-Kappella ta' Casa Manresa Wirja tal-Kollettiv tal-Arti taċ-Ċeramika 2026 u t-13-il Festival taċ-Ċeramika ta' Għawdex Il-pittura li turi lil San Ġwann il- Battista u San Pawl għadha kif ġiet irrestawrata biex tfakkar il-240 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-Kappella tal-Madonna ta' Manresa f 'Casa Manresa fil- Furjana fit-23 ta' Lulju 1786 mill- Isqof Vincenzo Labini. Ix-xogħol maħdum biż-żejt fuq tila mill-artist rinomat Antoine Favray, ingħata ħajja ġdida per- mezz ta' restawr li sarlu f 'dawn l-aħħar sitt xhur mill-konservatriċi Amy Sciberras u t-tim tagħha. Din il-pittura tlaqqa' flimkien b'mod uniku lill-patruni tal-Ordni ta' San Ġwann u ta' Malta. Minn perspet- tiva teoloġika, il-pittura tenfasizza kif iż-żewġ qaddisin għexu b'mod profond l-esperjenza tad-deżert bħala post ta' iżolament spiritwali, talb u tħejjija rigoruża qabel ma bdew il-ministeru tagħhom. Din il-pittura tmur lura għal nofs is-seklu 18 u tagħmel parti minn sett ta' erba' pitturi fl-artali laterali tal-kappella ovali. Hi l-ewwel pit- tura li tinsab fuq l-artal tan-naħa tax-xellug tal-kappella. Favray kien ikkummissjonat ukoll biex ipinġi l-pittura titulari, żewġ pitturi ovali li jesploraw it-temi tad-dixxerni- ment u l-'mewt it-tajba', kif ukoll xbieha ta' Alla l-Missier li darba kienet iżżejjen il-koppla tal-kappel- la qabel inbniet il-lanterna preżen- ti. Dawn l-erba' xogħlijiet jikkum- plimentaw viżwalment il-kapulavur titulari tant magħruf ta' Favray — li juri lil Sant'Injazju ta' Loyola jikteb l-Eżerċizzi Spiritwali tiegħu — li ġie rrestawrat u inawgurat aktar kmieni din is-sena. Il-pitturi tal-kappella joffru katekeżi viżwali dwar kif wieħed għandu jgħix ħajja denja u jagħmel mewta tajba. Casa Manresa, li llum hija l-Kur- ja tal-Arċisqof, hija binja storika Barokka mibnija madwar l-1740, minn Fra Pier Francesco Rosigno- li bħala dar tal-irtiri tal-Ġiżwiti għall-Eżerċizzi Spiritwali Injazjani. Il-kappella tagħha, li fiha jinsabu r-relikwi ta' San Kalċidonju, ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Labini fit- 23 ta' Lulju 1786. L-arti taċ-ċeramika terġa' tieħu l-ħajja f 'Għawdex dan is-sajf bil-Wirja tal-Kollettiv tal-Arti taċ-Ċeramika 2026 u t-13-il Festival taċ-Ċeramika ta' Għawdex, li se jlaqqgħu flimkien aktar minn 30 artist taċ-ċeramika minn Malta u Għawdex f 'ċelebrazzjoni tal- kreattività, is-sengħa artistika u l-komunità. Il-Wirja tal-Kollettiv tal-Arti taċ-Ċera- mika 2026 se tittella' fis-Seminarju Minuri tal-Qalb Imqaddsa, fir-Rabat, Għawdex, bejn l-24 ta' Lulju u t-3 ta' Awwissu 2026. Il-wirja se tippreżenta kollezzjoni varjata ta' xogħli- jiet u skulturi taċ-ċeramika, li juru kemm is-sengħa tradizzjonali, kif ukoll l-espressjo- ni artistika kontemporanja. Fost il-punti ewlenin tal-wirja ta' din is-se- na hemm il-Young Artists' Corner (Ir-Rokna tal-Artisti Żgħażagħ), spazju ddedikat li fih se jintwerew xogħlijiet ta' studenti b'talent u artisti emerġenti taċ-ċeramika. Permezz ta' din l-inizjattiva, dawn l-artisti żgħażagħ se jkollhom l-opportunità jesebixxu x-xogħliji- et tagħhom flimkien ma' ċeramisti stabbiliti, jaqsmu l-kreattività tagħhom mal-pubbliku u jagħmlu l-ewwel passi tagħhom fix-xena artistika lokali. Il-wirja ġiet inawgurata uffiċjalment nhar il-Ġimgħa li għaddiet minn Clint Camilleri, Ministru għal Għawdex. Iċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu s-Sibt, l-1 ta' Awwissu, meta t-13-il Festival taċ-Ċeramika ta' Għawdex se jittrasforma l-Bajja tax-Xlen- di f 'ċelebrazzjoni miuħa u vibranti dded- ikata liċ-ċeramika, mis-6.30 p.m. sal-11.00 p.m. Il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità jiltaqgħu ma' artisti taċ-ċeramika, isegwu dimostrazzjonijiet diretti, jaraw il-proċess tar-Raku Firing, jesploraw varjetà ta' xogħli- jiet taċ-ċeramika magħmula bl-idejn u jixtru biċċiet uniċi direttament mingħand l-artisti. Il-festival se jinkludi wkoll attivitajiet prattiċi bla ħlas għat-tfal, mużika u żfin tradizzjon- ali, divertiment fit-toroq u installazzjoni- jiet artistiċi, biex joħloq serata pjaċevoli għall-familji, ir-residenti u t-turisti. Fl-isfond spettakolari tal-Bajja tax-Xlendi, il-festival sar wieħed mill-aktar avvenimenti kulturali mistennija f 'Għawdex, hekk kif jiċċelebra l-eċċellenza artistika filwaqt li jippromovi l-arti taċ-ċeramika fost udjenza wiesgħa. Il-pittura tmur lura għal nofs is-seklu 18 u tagħmel parti minn sett ta' erba' pitturi fl-artali laterali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 July 2026