MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

analiżi IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 • illum 06 It-Tazza tad-Dinja 2026: Meta l-futbol Meta fit-13 ta' Ġunju bdi- et l-ewwel Tazza tad-Dinja fl-istorja bi 48 tim, il-FIFA kienet qed tittama li l-ediz- zjoni tal-2026 tkun waħda li tibqa' mfakkra għall-futbol spettakolari, l-atmosfera unika madwar tliet pajjiżi ospitanti u rekord ta' parteċipazzjoni. Minflok, ftit ġimgħat wara, il-kompetizzjoni ntemmet fost argumenti bla waqfien dwar deċiżjonijiet arbitrali, interfer- enzi politiċi, imġiba ta' plejers, u dibattitu dwar jekk il-futbol kienx għadu tassew fiċ-ċentru tal-ispettaklu. Naturalment, il-livell tekniku tal-logħob kien għoli. Spanja kkonfermat ruħha bħala l-aq- wa tim fid-dinja, l-Ingilterra reġgħet waslet sal-aħħar fażijiet, Franza baqgħet kompetittiva, filwaqt li n-Norveġja u l-Ma- rokk komplew juru li l-futbol internazzjonali qed isir aktar bilanċjat minn qatt qabel. Iżda kull darba li l-attenzjoni kienet se terġa' tmur fuq dak li ġara fil-grawnd, kienet tinħoloq kon- troversja ġdida. Il-format il-ġdid – suċċess jew kompromess? L-akbar bidla fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja kienet l-espansjoni għal 48 nazzjon. Il-FIFA argumentat li dan kien pass naturali biex aktar pajjiżi jingħataw opportunità jilagħbu fuq l-akbar palk sportiv fid-din- ja. Minn aspett kummerċjali, id-deċiżjoni kienet suċċess. L-istadiums imtlew, l-udjen- zi televiżivi baqgħu rekord u d-dħul finanzjarju qabeż kull aspettattiva. Pajjiżi li qatt ma kienu ħolmu li jaslu sa din il-fażi ngħataw opportunità storika, u għal ħafna partitarji dan kien il-veru spiritu tal-futbol. Madankollu, il-kritiċi argu- mentaw li aktar timijiet fissru wkoll aktar logħob bi ftit bilanċ, aktar għeja għall-plejers u kalendarju kważi impossibbli għal dawk li kienu diġà ġejjin minn staġuni twal mal-klabbs tagħhom. Anki kowċis ewlenin es- primew tħassib dwar il-piż fiżiku fuq il-plejers, speċjal- ment hekk kif il-futbol modern qed isir dejjem aktar intensiv. Għalkemm il-livell tal-fażijiet eliminatorji kien eċċellenti, il-fażi tal-gruppi kienet ikkri- tikata għal numru ta' logħbiet li dehru nieqsa mill-inten- sità mistennija minn Tazza tad-Dinja. Ir-referees taħt il-lenti Kif jiġri kważi f 'kull Tazza tad-Dinja, l-arbitraġġ spiċċa fiċ-ċentru tad-diskussjoni. Il-VAR kellu jkun l-għodda li tnaqqas il-kontroversji. Min- flok, f 'għadd ta' każijiet, ħoloq aktar mistoqsijiet milli tweġi- biet. Kien hemm penalties mogħti- ja wara minuti twal ta' reviżjoni, gowls annullati minħabba off- side ta' ftit ċentimetri, u karti li baqgħu jiġu analizzati għal jiem sħaħ wara kull logħba. Fuq il-midja soċjali kull deċiżjoni kienet issir argument globali. Esperti kienu jqabblu inċiden- ti differenti u jistaqsu għaliex l-istess tip ta' foul kien qed jiġi interpretat b'mod differenti minn partita għal oħra. Il-problema ma kinitx biss jekk deċiżjoni kinitx korretta jew le, iżda n-nuqqas ta' kon- sistenza. Dik kienet il-kritika ewlenija li għamlu eks arbitri u analisti matul il-kompetizzjoni kollha. Il-każ Balogun li qabeż il- limiti tal-isport L-aktar episodju li qanqal reazzjoni internazzjonali seħħ meta l-attakkant Amerikan Folarin Balogun tkeċċa b'karta ħamra diretta f 'partita kruċjali. Il-karta ħamra qasmet l-opinjoni. Xi wħud sostnew li kienet deċiżjoni korretta skont ir-regolamenti, filwaqt li oħrajn qalu li kienet eċċessiva u bidlet kompletament il-kors tal-logħ- ba. Iżda l-kontroversja vera bdiet wara. Il-President Amerikan Donald Trump daħal diretta- ment fid-dibattitu u kkuntattja lill-President tal-FIFA Gianni Infantino biex jesprimi d-diżap- punt tiegħu dwar id-deċiżjoni arbitrali. Anki jekk il-karta qatt ma nbidlet, il-fatt li kap ta' stat intervjena direttament fuq deċiżjoni sportiva qajjem mis- toqsijiet serji dwar il-limiti bejn il-politika u l-futbol. Il-FIFA insistiet li l-arbitri jaġixxu b'indipendenza asso- luta u li ma kien hemm ebda tentattiv biex tinbidel id-deċiż- joni. Madankollu, il-perċezzjoni pubblika kienet differenti. Kritiċi sostnew li sempliċe- ment il-fatt li seħħ kuntatt dirett bejn il-President tal-Istati Uniti u l-President tal-FIFA kien biżżejjed biex jitfa' dell fuq il-kredibilità tal-governanza tal-logħba. Tournament li sar avveniment politiku Fil-fatt, din kienet forsi l-ewwel Tazza tad-Dinja fejn il-politika kienet kważi preżenti kuljum. Mill-ftuħ uffiċjali sat-tqassim tat-trofew, Donald Trump kien wieħed mill-aktar protagonis- ti barra l-grawnd. Kull dehra tiegħu ġġenerat eluf ta' kum- menti, kemm favur kif ukoll kontra. Minħabba li l-Istati Uniti kienu wieħed mill-pajjiżi ospi- tanti, il-preżenza presidenzjali kienet mistennija. Iżda l-frek- wenza tal-interventi u d-dik- jarazzjonijiet tiegħu wasslu biex ħafna bdew jistaqsu jekk il-futbol kienx qed jintuża wkoll bħala pjattaforma politika. L-istess Gianni Infantino spiċċa fil-mira tal-kritika diver- si drabi. Ir-relazzjoni mill-qrib tiegħu ma' mexxejja politiċi kienet ilha tqajjem diskussjoni sa minn qa- bel il-kompetizzjoni, iżda matul dawn il-ġimgħat il-pressjoni fuq il-President tal-FIFA żdiedet sostanzjalment. Diversi kummentaturi sostnew li l-FIFA għandha turi aktar distanza mill-politika, filwaqt li oħrajn argumentaw li f 'avveniment globali ta' din il-portata, il-politika hija inev- itabbli. Il-futbol baqa' joffri mumenti mill-isbaħ Minkejja l-kontroversji kollha, ikun inġust jekk wieħed jiftakar biss f 'dawk. Spanja ppreżentat wieħed mill-isbaħ stili ta' futbol li deh- ru f 'dawn l-aħħar snin. Il-kon- troll tal-pussess, il-pressing organizzat u l-kwalità teknika tal-plejers tagħha impressjonaw lill-esperti. L-Ingilterra reġgħet ikkon- fermat il-progress tagħha fuq livell internazzjonali, filwaqt li Franza kompliet turi konsist- enza notevoli minkejja bidliet fil-ġenerazzjoni tal-plejers. Forsi l-akbar sorpriża kienet in-Norveġja, li b'futbol organ- izzat u dixxiplinat eliminat lill- Brażil u waslet sal-kwarti tal-fi- nali, filwaqt li l-Marokk kompla jibni fuq is-suċċess storiku tal-2022 billi reġa' kien wieħed mill-protagonisti ewlenin. Dan kollu jfisser li, minn aspett purament sportiv, il-livell tal-kompetizzjoni kien wieħed mill-ogħla li rajna. Madankollu, kull prestazzjoni brillanti kienet kważi dejjem segwita minn polemika oħra. Kien qisu t-turnew li qatt ma seta' jgawdi ġurnata sħiħa fejn il-konverżazzjoni kienet dwar il-futbol biss. Il-finali Jekk l-ewwel ġimgħat tat-Tazza tad-Dinja 2026 kienu mimlijin polemika, il-finali bejn Spanja u l-Arġentina kienet il-qofol ta' tournament li donnu qatt ma seta' jeħles mill-kontro- versja. Kienet logħba misten- nija minn miljuni ta' partitarji madwar id-dinja kollha: iż-żewġ timijiet li forsi lagħbu l-aqwa futbol matul il-kompetizzjoni,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 July 2026