Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965
"L-akbar bidla fl- istorja tat-Tazza tad-Dinja kienet l-espansjoni għal 48 nazzjon. Il-FIFA argumentat li dan kien pass naturali biex aktar pajjiżi jingħataw opportunità jilagħbu fuq l-akbar palk sportiv fid-dinja." 07 analiżi illum • IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 l-futbol spiċċa jaqsam il-palk mal-politika b'żewġ filosofiji differenti iżda bl-istess għan — jerfgħu l-aktar trofew prestiġjuż tal-futbol. Fl-aħħar, Spanja rebħet 1-0 u ġustament ġiet inkuruna- ta champion tad-dinja. Iżda ftit li xejn għadda żmien biex id-diskussjoni ma baqgħetx dwar il-logħba nnifisha, iżda dwar dak li ġara matulha u, aktar minn hekk, wara s-suffara finali. Il-finali kienet intensa mill-ewwel minuta. Kienet partita tattika, b'żewġ timijiet li kienu jafu li żball wieħed seta' jiddeċiedi kollox. Iżda hekk kif il-pressjoni bdiet tiżdied, l-emozzjonijiet bdew jieħdu post il-kalma. L-akbar punt ta' kontro- versja wasal meta l-midfielder Arġentin Enzo Fernández tkeċċa b'karta ħamra wara foul perikoluż. Għalkemm ir-re- viżjoni tal-VAR ikkonfermat id-deċiżjoni, il-kamp Arġentin sostna li l-karta kienet eċċessiva u li r-referee kien qed japplika kriterju differenti minn dak użat matul il-kumplament tat- turnew. L-istess argument kien diġà nqala' f 'partiti oħra. Għal ħafna osservaturi, il-problema ma kinitx il-karta ħamra nnifisha, iżda n-nuqqas ta' uniformità fid-deċiżjonijiet. Dak li kien foul isfar f 'partita waħda kien qed jispiċċa karta ħamra f 'oħra. Din il-perċezzjoni kompliet tagħti lok għal teoriji u sus- petti li, anke jekk qatt ma ġew sostnuti b'evidenza, komplew jixprunaw dibattitu qawwi fuq il-midja internazzjonali. L-imġiba tal-Arġentina wara s-suffara finali Meta ntemmet il-logħba, id-diżappunt tal-plejers Arġen- tini kien evidenti. Dak huwa normali f 'kull finali mitlufa. Iżda dak li ġara wara qabeż il-limiti tas-soltu. Numru ta' plejers ikkonfron- taw lir-referees, filwaqt li oħrajn daħlu f 'argumenti ma' plejers Spanjoli. F'ċerti mumenti kien hemm ukoll imbuttar u ġlied żgħir bejn iż-żewġ naħat, tant li uffiċjali u membri tas-sigurtà kellhom jintervjenu biex jikkal- maw is-sitwazzjoni. L-imġiba kompliet fil-kurit- uri tal-istadium, fejn rapporti fil-midja internazzjonali sostnew li kien hemm konfronti verbali oħra bejn membri tad-delegazz- jonijiet. Il-FIFA fetħet investigazzjoni dixxiplinarja sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm ksur tal-kodiċi ta' kondotta tagħha. Għalkemm ħafna mill-emozzjonijiet jistgħu jinftiehmu wara telfa f 'finali ta' Tazza tad-Dinja, bosta eks plejers u kowċis sostnew li l-imġiba ta' xi membri tat-tim Arġentin kienet qed tagħti mes- saġġ ħażin lill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar. Ironikament, l-Arġentina kienet diġà ġiet ikkritikata wara r-rebħ tagħha fit-Tazza tad-Din- ja tal-2022 minħabba ċerti ċelebrazzjonijiet u kummenti lejn l-avversarji. Għalhekk, għal ħafna osservaturi, dak li seħħ fl-2026 deher bħala kontinwa- zzjoni ta' kultura kompetittiva li xi drabi taqbeż il-limiti tal-is- portività. Donald Trump jisraq ix-xena ... mill-ġdid Madankollu, l-aktar mument li baqa' jdur fuq il-midja soċjali ma kienx involva plejer jew kowċ. Meta l-kaptan Spanjol kien qed jerfa' t-Tazza tad-Dinja quddiem għexieren ta' eluf ta' partitarji u miljuni ta' telespet- taturi, il-President Amerikan Donald Trump baqa' fuq il-palk waqt iċ-ċelebrazzjoni, minflok irtira wara li ppreżenta t-trofew. Ir-ritratti u l-filmati tiegħu jidher eżatt wara l-plejers Span- joli, jitbissem u jċapċap waqt li dawn kienu qed jiċċelebraw, infirxu madwar id-dinja fi ftit minuti. Għal ħafna, kienet sempliċe- ment sitwazzjoni stramba u pro- tokollari. Għal oħrajn, kienet tentattiv biex jiġbed l-attenzjoni fuqu f 'mument li suppost kien jappartjeni biss lir-rebbieħa. Fuq il-midja soċjali, il-kel- ma photobomb saret waħda mill-aktar termini użati biex tiddeskrivi dak li ġara. Memes, satira u kummenti politiċi bdew jixxandru kważi immedjata- ment. Xi osservaturi saħansitra qabblu dak il-mument ma' ċerimonji preċedenti tat-Tazza tad-Dinja, fejn il-kapijiet tal- istat jew il-mistednin distin- ti normalment kienu jħallu lill-plejers igawdu l-mument tagħhom mingħajr ma jibqgħu fil-qafas. Infantino taħt pressjoni Il-President tal-FIFA Gianni Infantino wkoll spiċċa fil-mira. Ir-relazzjoni tiegħu ma' Donald Trump kienet ilha tiġi osservata matul il-kompetizz- joni kollha, iżda wara l-finali, il-kritika intensifikat. L-oppożituri tiegħu sost- new li l-FIFA ma rnexxilhiex iżżomm id-distanza meħtieġa bejn il-governanza tal-futbol u l-politika. Naturalment, il-FIFA ċaħdet kull allegazzjoni ta' influwenza politika fuq id-deċiżjonijiet sportivi. Madankollu, il-perċez- zjoni pubblika hija fattur im- portanti daqs ir-realtà nnifisha. Meta miljuni ta' nies jibdew jistaqsu jekk il-politika hijiex qed tieħu wisq spazju fil-futbol, il-ħsara lir-reputazzjoni tkun diġà saret. Spanja kienet l-istorja vera Fost dan kollu, kważi ntesa min kien ir-rebbieħ veru. Spanja ma rebħitx it-Tazza tad-Dinja b'xorti jew episodji iżolati. Rebħitha għax kienet l-aktar tim komplut tat-turnew. Tul il-kompetizzjoni kollha lagħbet futbol modern, aggressiv u tekniku, b'kontroll tal-ballun impressjonanti u organizzazz- joni tattika eċċellenti. Il-kowċ irnexxielu jgħaqqad talent żagħżugħ ma' esperjenza, filwaqt li l-plejers żammew livell għoli mill-ewwel sal-aħħar logħba. Kienet rebħa li, minn perspet- tiva purament sportiva, diffiċli tikkontestaha. Iżda l-istorja tal-finali ma baqgħetx biss dwar il-futbol. Għal ħafna, il-memorja ta' dik il-ġurnata se tkun marbuta daqstant mal-kontroversji ta' wara daqs il-gowl rebbieħ. X'wirt se tħalli t-Tazza tad-Dinja 2026? Meta jgħaddu s-snin, l-istatis- tika tibqa': Spanja champion tad-dinja, 48 tim parteċipant, rekord ta' attendenza u dħul finanzjarju mingħajr preċedent. Iżda l-istorja qatt ma tiakar biss iċ-ċifri. It-Tazza tad-Dinja 2026 x'aktarx tibqa' magħrufa bħala waħda mill-aktar edizzjonijiet kontroversjali tal-era moderna. Kien tournament li ta futbol ta' kwalità għolja, sorpriżi mill-is- baħ u atmosfera spettakolari, iżda wkoll wieħed li kontinwa- ment ġibed l-attenzjoni għal fatturi esterni. Il-VAR baqgħet tqanqal argumenti dwar il-konsistenza tad-deċiżjonijiet. Il-politika daħlet fil-qalba tad-diskuss- joni permezz tal-interventi u l-preżenza kontinwa ta' Donald Trump. Il-FIFA kellha tidde- fendi l-indipendenza tagħha aktar minn darba. U l-imġiba ta' xi plejers wara l-finali fetħet diskussjoni ġdida dwar il-valuri li għandu jirrappreżenta l-isport. Madankollu, hemm ukoll lezzjoni oħra. Din it-Tazza tad-Dinja wriet li l-futbol illum m'għadux sem- pliċement logħba. Sar avveni- ment globali fejn l-isport, il-poli- tika, il-kummerċ, il-midja soċjali u l-immaġni pubblika jiltaqgħu flimkien. Kull deċiżjoni, kull ġest u kull ritratt jistgħu jsiru aħbar internazzjonali fi it sekondi. Għalhekk, il-wirt tal-2026 mhux se jitkejjel biss bit-trofew li Spanja refgħet lejn is-sema ta' New York. Se jitkejjel ukoll bid-dibattitu li fetaħ dwar kif għandu jiġi mħares il-futbol minn influwenzi esterni, kif għandha tissaħħaħ il-fiduċ- ja fl-arbitraġġ, u kif l-akbar spettaklu sportiv fid-dinja jista' jżomm il-fokus tiegħu fuq dak li tassew għandu jgħodd: il-logħba nnifisha. Meta l-kaptan Spanjol kien qed jerfa' t-Tazza tad-Dinja quddiem għexieren ta' eluf ta' partitarji u miljuni ta' telespettaturi, il-President Amerikan Donald Trump baqa' fuq il-palk waqt iċ-ċelebrazzjoni, minflok irtira wara li ppreżenta t-trofew

