Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965
opinjoni illum • IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 09 "Il-problema mhijiex il- kostruzzjoni fiha nnifisha. Pajjiż għandu jiżviluppa. Iżda l-iżvilupp irid ikun responsabbli. Irid jirrispetta lill- ġirien, lill-familji u lill-ambjent." Shadow Minister għall-Politika Soċjali, il-Familja u l-Housing Soċjali IVAN BARTOLO "K ulħadd jagħmel li jrid bla kon- troll." Din kienet frażi li qrajt fuq il-midja soċjali u li baqgħet iddur f 'moħħi. Mhux għax hija esaġerata, iżda għax tirrifletti dak li qed iħossu ħafna Mal- tin. Kultant nisimgħu statis- tika dwar l-ekonomija, dwar it-tkabbir u dwar l-investiment, iżda ftit nitkellmu dwar il-prezz li qed iħallsu n-nies ordinarji kuljum. Hemm familji li investew il-ġid kollu tagħhom f 'dar. Ħadmu, faddlu, ħadu self li se jħallsuh għal tletin jew erbgħin sena. Xtraw appartament jew dar bit-tama li jkollhom post fejn jistrieħu u jgawdu ftit paċi. Imma x'inhi r-realtà? Meta jiftħu t-tieqa jidħol it-trab. Meta joħorġu fuq it-terrazzin isibu saqqu ta' trab fuqu. Xi wħud lanqas jistgħu jużaw il-gallar- ija jew it-terrazzin għax huma mdawrin b'kostruzzjoni minn kull naħa. X'sens jagħmel li tħallas mijiet ta' ewro fix-xahar għal dar li ma tistax tgawdiha? X'valur għan- du terrazzin li qatt ma tista' toqgħod fih? Għaliex għandna naċċettaw li l-kwalità tal-ħajja ssir l-aħħar prijorità? It-trab mhux biss iħammeġ. Jidħol fid-djar, fuq l-għama- ra, fuq il-ħwejjeġ, fit-twapet, fix-xugamani u fl-apparat tad- dar. Ħafna qed jispiċċaw jarmu affarijiet li xtraw b'sagrifiċċju għax ma jibqgħux tajbin. Imma l-akbar prezz mhux finanzjarju. Huwa dak li ma narawhx. Qed niltaqa' ma' aktar nies li jgħiduli li huma għajjenin. Għajjenin mill-istorbju kon- tinwu. Għajjenin mit-trab. Għajjenin mill-ġlied kontinwu biex jiddefendu d-dritt tagħhom għal ftit mistrieħ. Għajjenin iqumu kmieni minħabba l-mag- ni u jorqdu tard mingħajr paċi. L-impatt fuq is-saħħa mentali qed isir dejjem aktar evidenti. Ansjetà, stress kroniku, rabja u sensazzjoni li m'għadx għandek kontroll fuq ħajtek. Meta persuna tgħid li lanqas fid-dar tagħha ma tħosshiex sigura jew mistrieħa, għandna nieqfu u nisimgħu. Id-dar suppost hija l-post fejn nerġgħu niċċarġjaw l-enerġija tagħna, mhux fejn inkomplu ninħakmu mill-is- tress. Il-problema mhijiex il-ko- struzzjoni fiha nnifisha. Pajjiż għandu jiżviluppa. Iżda l-iżvi- lupp irid ikun responsabbli. Irid jirrispetta lill-ġirien, lill-familji u lill-ambjent. Ma jistax ikun li l-profitt ta' ftit jiġi qabel is- saħħa u l-kwalità tal-ħajja ta' ħafna. Wisq nies iħossuhom waħed- hom. Jemmnu li jekk jilmen- taw ma jinbidel xejn. Din hija l-aktar ħaġa perikoluża għal demokrazija: meta ċ-ċittadin jitlef il-fiduċja li l-vuċi tiegħu tista' tagħmel differenza. Bħala deputat u bħala cit- tadin Malti, nemmen li wasal iż-żmien li npoġġu l-kwalità tal- ħajja fiċ-ċentru tad-diskussjoni nazzjonali. Irridu infurzar aktar effettiv, kontrolli aktar stretti fuq il-ġestjoni tat-trab u tal-is- torbju, aktar rispett lejn il-ko- munitajiet u aktar trasparenza dwar kif jingħataw il-permessi. Ir-regoli m'għandhomx ikunu biss miktuba; għandhom jiġu infurzati b'mod ugwali għal kulħadd. L-ekonomija għandha sservi lill-bniedem, mhux il-bniedem isir vittma tagħha. It-tkabbir ekonomiku ma jistax jitkejjel biss bil-krejnijiet jew bin-num- ru ta' bini ġdid. Għandu jitkejjel ukoll minn kemm in-nies jistgħu jieħdu nifs nadif, jiftħu t-twieqi tagħhom mingħajr biża', joqogħdu fit-terrazzin tagħhom u jħossuhom tassew id-dar. Ma nistgħux nibqgħu ngħidu lin-nies biex ikollhom paċenzja waqt li l-paċenzja tagħhom ilha snin tispiċċa. Wasal iż-żmien li l-politika terġa' tagħti prijorità lill-benesseri tal-bniedem. Għax fl-aħħar mill-aħħar, pajjiż ma jitkejjilx biss minn kemm jibni, iżda minn kemm jagħti dinjità, serħan il-moħħ u kwalità ta' ħajja lil dawk li jsejħulu dar. Meta t-trab isir parti minn ħajjitna L-ekonomija għandha sservi lill-bniedem, mhux il-bniedem isir vittma tagħha

