MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

L-għajta hemm barra fost in- nies hija severa u diretta — li issa biżżejjed, hemm bżonn li nbiddlu r-rotta u nimu li dan il-pajjiż għandu l-limiti. Hemm sentiment li jekk it-tk- abbir ekonomiku jfisser karozzi kullimkien, nies bl-addoċċ, barranin kullimkien, djar bla dawl, bajjiet maħmuġin u bid- drenaġġ, u żvilupp bla rażan, mela hemm bżonn naħsbuha darbtejn b'mod serju. Dan is-sentiment wara ġranet diżastrużi fejn eluf ta' Maltin sfaw bla dawl fi ġranet ta' sħana kbira hu konferma li l-infrastruttura tal- pajjiż ma tiflaħx għad-domanda kbira li hawn. Minkejja li s-sinjali huma ċari daqs il-kristall — li Malta waslet għal punt li ma tistax tikber ekonomikament iżjed — il-Gvern ta' Robert Abela mhu qed juri l-ebda sinjal li se jbiddel ir-rotta. Il-ħsieb li l-ekonomija għand- ha tikber minkejja kollox baqa' ċentrali fil-politika tal-gvern. Kull referenza għas-sostennibiltà ambjentali spiċċat għalkollox u dan ukoll fid-dawl ta' deċiżjoni- jiet strambi bħal fil-każ tal-padel courts f 'Manoel Island. L-inten- zjonjiet tajba ta' xi ministri bħal Miriam Dalli sfumaw fix-xejn fid-dawl ta' dawn l-episodji. Anzi jidher il-Gvern ta' Abela m'għandu ebda intenzjoni li jnaqqas it-tkabbir ekonomiku u jħalli 'a free for all'. L-għan jibqa' li jkun hawn aktar turisti u aktar lukandi ġodda u li l-Awtorità tal-Ippjanar tibqa' toħroġ permes- si mingħajr kunsiderazzjonijiet infrastrutturali u ambjentali. IKOMPLI F' PAĠNA 3 ARA l-EDITORJAL PAĠNA 11 www.illum.com.mt NRU 1022 €1.50 IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 PAĠNI 6 - 7 It-Tazza tad- Dinja 2026: Meta l-futbol spiċċa jaqsam il-palk mal- politika IMMA L-EBDA SINJAL LI L-GVERN ĦA JBIDDEL IR-ROTTA FEJN JIDĦOL TKABBIR EKONOMIKU Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafá kkonferma li l-inċident tal- Ġimgħa filgħodu fejn żewġ uffiċċ- jali tal-pulizija spiċċaw midruba fi sparatura irriżulta minn tilwima dwar art li kienet tinvolvi lill-ak- kużat. Huwa qal li suspettat allegata- ment fetaħ in-nar minn tieqa, u laqat lill-uffiċjal tal-Special Intervention Unit (SIU) Johann Vella f 'wiċċu u f 'għonqu. L-uffiċjal ittieħed b'urġenza l-Isptar Mater Dei, fejn saritlu intervent kirurġiku. Gafà qal li l-kundizzjoni tiegħu għadha waħda kritika u li għadu fil-periklu tal-mewt. L-uffiċjal tar-Rapid Intervention Unit (RIU) sofra ġrieħi kkawżati minn ċomb ta' skorfna f 'għonqu, f 'wiċċu u f 'siequ. ARA PAĠNA 2 L-uffiċjal tal- SIU Johann Vella f 'kundizzjoni kritika wara L-isparatura f 'Ta' Giorni ISSA BIŻŻEJJED IR-ROTTA TRID TINBIDEL Johann Vella

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 July 2026