MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

'Jekk jiġi xi ħadd issemmi l-well-being index, ngħidlu x'jagħmel biha! 'L-ebda emerġenza medika relatata mas-sħana fil-ħabs' 03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 JAELLE BORG Ma ġie rreġistrat l-ebda każ ta' emerġenza medika fl-aħħar ġimgħat relatata mas-sħana fil-Faċilità Korrettiva ta' Kor- din. Bi tweġiba għal mistoqsijiet mibgħuta mill-gazzetta Illum, il-Ministeru responsabbli mis-servizzi korrettivi qal li kull tħassib dwar it-temperaturi ġie indirizzat permezz ta' miżuri implimentati mill-amministrazz- joni tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, kemm għall-persuni miżmuma fil-faċilità, kif ukoll għall-membri tal-istaff. Barra minn hekk, il-Ministeru kkonferma li bħalissa għaddej ix-xogħol ta' installazzjoni ta' sistema ta' ventilazzjoni b'kon- troll tat-temperatura f 'diversi diviżjonijiet tal-faċilità, bil-għan li eventwalment din tkopri l-faċilità kollha. Il-kundizzjonijiet fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin reġgħu spiċċaw fiċ-ċentru tad-dibattitu pubbliku wara li l-Professur Andrew Azzopardi appella għal investigazzjoni indipendenti dwar dik li sejjaħ sħana eċċessiva fiċ-ċelel, filwaqt li l-Ministeru responsabbli mis-servizzi korret- tivi sostna li qed jiġu implimen- tati diversi miżuri biex titnaqqas il-problema. F'post li qajjem reazzjonijiet differenti fuq il-midja soċja- li, Azzopardi sostna li diversi priġunieri qed jgħixu f 'kundiz- zjonijiet diffiċli waqt il-mewġiet tas-sħana, b'ċelel li ħafna drabi jinqasmu bejn żewġ persuni, ventilazzjoni limitata u fannijiet li, skontu, "idawru biss riħa ta' għaraq u sħana." Huwa sostna wkoll li xi priġunieri qed ikollhom ixarr- bu l-lożor bl-ilma u jitgħattew bihom biex jippruvaw isibu it serħan mis-sħana. "Mhux niem x'hemm riabil- itattiv jekk uħud mill-priġunieri tant iħossu sħana fiċ-ċelel," kiteb Azzopardi, filwaqt li staqsa jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex kompatibbli mal-għan ewlieni tal-ħabs, jiġifieri r-riabilitazz- joni. Huwa żied jgħid li filwaqt li persuni li jinstabu ħatja għand- hom iġorru l-konsegwenzi ta' għemilhom, dan m'għandux ifisser li jiġu esposti għal kundiz- zjonijiet li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tagħhom jew inaqqsu ċ-ċansijiet ta' riabilitazzjoni. "Tħallas imma titgħallem u ssir bniedem aħjar," sostna. Azzopardi staqsa wkoll fejn jinsabu ċ-chillers li kienu ssem- mew fil-passat u qal li ma jistax jifhem kif tali sitwazzjoni tista' sseħħ f 'faċilità mmexxija minn direttur li ġej mill-qasam tas- saħħa mentali. Talba lill-Ombudsman Wara dawn id-dikjarazz- jonijiet, Azzopardi ressaq talba uffiċjali lill-Kummissarju għas-Saħħa fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman biex tinfetaħ investigazzjoni indipendenti dwar il-kundizzjonijiet fil-Faċil- ità Korrettiva ta' Kordin. Fit-talba tiegħu qal li rap- porti minn priġunieri, qraba tagħhom u sorsi oħra jqajmu tħassib serju dwar it-temper- aturi fiċ-ċelel waqt il-mewġiet tas-sħana. Huwa sostna wkoll li studji internazzjonali juru kif temper- aturi għoljin jistgħu jħallu im- patt negattiv fuq is-saħħa fiżika u mentali, iżidu l-istress u jaf- fettwaw il-programmi ta' riabil- itazzjoni. Għaldaqstant appella biex Malta tadotta standards nazzjonali dwar il-ventilazzjoni u sistemi effettivi ta' kontroll tat-temperatura fil-ħabsijiet. Bħalissa għaddej ix-xogħol ta' installazzjoni ta' sistema ta' ventilazzjoni b'kontroll tat-temperatura f 'diversi diviżjonijiet tal- Faċilità Korrettiva ta' Kordin IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Jidher ċar ukoll li fil-kabinett ta' Robert Abela m'hemmx min lest iqajjem l-argument dwar din il- kriżi. U dan meta s-servizzi kollha fil-pajjiż huma mġebbda jew inkella fuq punt ta' kollass. Anke dawk li ma jaqgħux direttament taħt id-direzzjoni tal-gvern. Dan minkejja xogħol siewi minn korporazzjonijiet jew entitajiet li jipprovdu s-servizzi li qed jippruvaw jagħmlu l-mirakli. Imma bħalma ġara fil-każ tal- qtugħ ta' dawl u ħsarat kbar fid- distribuzzjoni tal-elettriku, deher ċar li l-Enemalta ma setgħetx tilħaq mat-tiswijiet tal-ħsarat. Għax jibqa' l-fatt li realistikament m'hemmx pjan. Jekk għada filgħodu jiġu miljun turist aktar, ir-risposta tkun "Tajjeb ħafna — fejn se npoġġuhom?" U issa, minkejja li hemm ħafna nies li qed idawru lira sew minħabba t-turiżmu, ħafna iktar qed jgħidu 'issa biżżejjed'. Matul din il-ġimgħa bosta nies, fosthom ħafna Laburisti, tkellmu ma' din il-gazzetta u insistew li l-iskuża pubblika minn Robert Abela mhijiex biżżejjed, li dak li hemm bżonn issa hija determinazzjoni li nkunu nafu fejn sejrin u x'se nagħmlu. "Ma jistax ikun li għax jiġu miljun aktar turist, ngħidu 'U iva'," qalilna wieħed milli tkellmu magħna. "Irid ikun hemm sforz biex isir xi forma ta' capping, jew inkella nuru li ma nistgħux nilqgħu aktar nies. Issa biżżejjed." Il-persuni li kellmuna esperjenzaw sigħat twal — u fil-każ ta' xi wħud, ġranet — ta' qtugħ tad-dawl u ma kellhomx aptit li jisimgħu d-diska li Malta għandha bżonn it-turisti għat- tkabbir ekonomiku. "Aħna fl-aħħar mill-aħħar ma nieħdu xejn mill-miljuni li jieħdu dawn is-sinjuri kbar." Kien hemm min irrefera ukoll għall-well-being index. "Jekk jiġi xi ħadd issemmi l-well-being index, ngħidlu x'jagħmel biha!" Persuna anzjana li huwa uffiċjal għoli mal-Gvern stqarr: "Il-Gvern ma jippjana xejn, u dan mhux gvern ta' kulur wieħed biss. Mill- għorrief kollha ħadd mid-dehra ma basar li d-domanda kienet se tikber tant." "Ħadd mhu qed jagħmel kalkolu li b'iktar turisti, ħaddiema barranin u attività ekonomika se jkollna bżonn aktar dawl, ilma, sistema ikbar għad-drenaġġ, karozzi fit-triq, eċċetra. Nidhru bravi ħafna, imma tassew għandna ħafna dilettanti u tronoġ imexxuna." Wieħed milli kellmuna ma qagħadx lura. "Issa imt għaliex Abela għamel elezzjoni qabel żmienha," qalilna. "Bejn il-qtugħ tad-dawl u l-ġuri ta' Yorgen Fenech ma tantx kien se jirbaħ punti. Tgħaddi mal-oħrajn u n-nies jinsew." "Nidhru bravi ħafna, imma tassew għandna ħafna dilettanti imexxuna u tronoġ." Tekniċi tal-Enemalta iwettqu xogħlijiet ta' tiswija fuq il-cables taħt l-art

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 July 2026