Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546132
M eta nitkellmu dwar il-faqar, ħafna drabi naħsbu f 'nuqqas ta' flus jew ta' dar. Iżda hemm faqar ieħor li ħafna drabi jibqa' moħbi: il-faqar fir-relazz- jonijiet umani, fl-appartenenza u fil-konnessjoni mas-soċjetà. Dan huwa l-iżolament soċjali – realtà li qed tħalli impatt qawwi fuq is-saħħa mentali, il-benesseri u l-kwalità tal-ħajja ta' eluf ta' per- suni, fosthom dawk li m'għand- homx dar. Diversi studji internazzjonali juru li persuna li titlef id-dar tesperjenza tnaqqis drastiku fil-livell tal-bennesseri (well-be- ing). Mhux biss titlef saqqu fejn torqod, iżda titlef ukoll is-sens ta' sigurtà, l-identità, il-pri- vatezza u l-post li ssejjaħ "dar". Din it-telfa twassal għal żieda fl-ansjetà, dipressjoni, dipen- denzi u problemi oħra ta' saħħa mentali. Fl-istess ħin, is-sodis- fazzjon fil-ħajja jinżel b'mod qawwi. F'Malta għandna realtà partikolari. B'differenza minn pajjiżi oħra, mhux dejjem naraw ħafna nies bla dar jorqdu fit-to- roq. Xi wħud jaħsbu li dan ifiss- er li l-problema hija żgħira. Iżda dan mhux minnu. Fil-fatt, bosta bnedmin bla dar jinsabu f 'dak li jissejjaħ "hidden homelessness". Dawn ikunu qed jorqdu fuq saqqu għand ħbieb jew qraba, jagħmlu couch surfing, jgħixu f 'akkomodazzjoni temporanja jew f 'kirjiet instabbli li jistgħu jispiċċaw minn ġurnata għall- oħra. Għalhekk il-problema ma tidhirx daqskemm fil-fatt teżisti. Din is-sitwazzjoni toħloq iżolament profond. Persuna li titlef id-dar ħafna drabi titlef ukoll il-kuntatti soċjali tagħha. Taqta' qalbha milli tiltaqa' man-nies minħabba mistħi- ja jew biża' mill-ġudizzju. Xi wħud jieqfu jfittxu xogħol għax ma jkollhomx indirizz stabbli. Oħrajn jabbandunaw il-kura tas-saħħa tagħhom. Maż-żmien, il-problema ssir waħda mhux biss ekonomika, iżda wkoll emozzjonali u psikoloġika. Ir-riċerka turi li l-iżolament soċjali huwa marbut ma' livelli ogħla ta' ansjetà, dipressjoni u dipendenzi. Jista' jwassal ukoll għal deterjorament fis-saħħa fiżika. Persuni iżolati jkollhom riskju akbar ta' mard kroniku, nuqqas ta' kura personali u tn- aqqis fl-istennija tal-ħajja. Dan ifisser li l-ispiża tal-iżolament ma tħallashiex biss il-persuna nfisha, iżda wkoll is-soċjetà permezz ta' aktar pressjoni fuq is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali. F'Malta jeżistu servizzi importanti, shelters u pro- fessjonisti dedikati li jaħdmu bla heda. Iżda rridu nistaqsu mistoqsija onesta: jekk aktar minn mitejn persuna jkollhom bżonn kenn ta' emerġenza, dan ma jfissirx li hemm pressjoni kbira fuq is-sistema? Ix-shelter għandu jkun mezz temporanju ta' protezzjoni u mhux soluzz- joni fit-tul. Is-suċċess għandu jitkejjel minn kemm persuni jirnexxilhom jerġgħu jgħixu b'mod indipendenti u mhux biss minn kemm sodod nipprovdu. Il-problema tal-akkomo- dazzjoni hija wkoll marbuta mal-kirjiet għoljin u n-nuqqas ta' stabbiltà fis-suq tal-kera. Meta familja jew individwu jgħix kontinwament bil-biża' li jitlef il-kirja jew ma jkunx jista' jħallas iż-żieda fil-prezz, il-livell ta' stress jiżdied b'mod sostan- zjali. Dan l-istress jaffettwa r-relazzjonijiet, ix-xogħol u s-saħħa mentali. Għalhekk il-ġlieda kontra l-iżolament soċjali trid tmur lil hinn mill-provediment ta' saqqu jew ikla. Irridu nibnu komuni- tajiet li jilqgħu, li joħolqu op- portunitajiet ta' parteċipazzjoni u li joffru appoġġ kontinwu. Persuna li terġa' tħossha parti mis-soċjetà għandha ħafna ak- tar ċans tibni ħajjitha mill-ġdid. Hemm ukoll bżonn ta' aktar riċerka u ġbir ta' data dwar il-hidden homelessness. Jekk inkejlu biss lil dawk li naraw fit- triq, inkunu qed ninjoraw mijiet ta' persuni oħra li qed ibatu fis-skiet. Politika soċjali tajba trid tkun ibbażata fuq stampa realistika tal-problema u mhux fuq dak li jidher biss. Il-benesseri ta' pajjiż ma jit- kejjilx biss bit-tkabbir ekonomi- ku. Jitkejjel ukoll minn kemm iċ-ċittadini tiegħu jħossuhom siguri, rispettati u inklużi. Meta persuna titlef id-dar, titlef ħafna aktar minn erba' ħitan. Titlef il-paċi tal-moħħ, is-sens ta' appartenenza u ħafna drabi t-tama. Jekk irridu Malta aktar ġusta u b'saħħitha, irridu nibdew naraw l-iżolament soċjali bħala kriżi nazzjonali li teħtieġ azzjoni kordinata. Il-preven- zjoni għandha tkun prijorità: aktar appoġġ lill-familji f 'riskju, politika tal-kera aktar sos- tenibbli, investiment fis-saħħa mentali u programmi li jgħinu lin-nies jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u fil-ħajja tal-komu- nità. Fl-aħħar mill-aħħar, il-mis- toqsija mhijiex kemm għandna shelters jew kemm hemm nies fit-triq. Il-mistoqsija vera hija kemm hemm persuni li qed ibatu fis-skiet, waħedhom, min- għajr tama u mingħajr il-kuraġġ jitolbu l-għajnuna. Pajjiż tassew ċivilizzat ma jistenna qatt li l-problema tidher fit-triq biex jagħrafha. Jagħrafha qabel, jip- preveniha u joffri dinjità lil kull persuna. Għax dar mhijiex biss saqaf fuq rasek; hija l-pedament tal-benesseri, tas-saħħa mentali u tal-ħajja b'dinjità. opinjoni illum • IL-ĦADD 9 T'AWWISSU 2026 09 Shadow Minister għall-Politika Soċjali, il-Familja u l-Housing Soċjali IVAN BARTOLO Il-persuni bla dar mhux dejjem jorqdu fit-toroq. Għal ħafna, il-ħajja tfisser li jgħaddu minn post għall-ieħor u jiddependu fuq sufan għand ħbieb jew qraba L-iżolament soċjali: Il-kriżi siekta li qed tnaqqar il-benesseri tas-soċjetà

