MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546132

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 9 T'AWWISSU 2026 • illum opinjoni I x-xeni ta' għexieren ta' eluf ta' persuni jitilgħu mill-baħar għal fuq il-belt Spanjola ta' Ceuta, fl-aħħar tax-xahar li għadda, ħolqu allarm, ġustifikat, mal-Ewropa kollha. Kienu xeni straordinarji li xegħlu l-midja soċjali għax ħafna minn dawk li qasmu, il- biċċa l-kbira tagħhom żgħażagħ Marokkini, xandru dan kollu b'mod live. Immedjata kienet ir-risposta ta' wħud mill-gvernijiet madwar l-Ewropa. Tagħna kienet kawta, mhux għax ma konniex allar- mati bħal kulħadd, iżda għal- iex f 'mument hekk ħassejna li kellna nkunu prudenti ħalli meta jasal il-waqt li nitkellmu b'mod uffiċjali, u fejn jgħodd l-aktar, nagħmlu dan b'mod effettiv. Dan il-mument wasal aktar kmieni din il-ġimgħa meta ssejħet laqgħa urġenti, virtwali, tal-min- istri tas-sigurtà, u l-intern tal- UE. Bħala l-Ministru Malti għal dan is-settur, attendejt u meta wasal il-ħin li nitkellem għam- ilt dan b'mod ċar u mingħajr kantunieri. Il-kuntest Ceuta hija belt Spanjola li tinsab fuq il-kosta tat-Tra- muntana tal-Afrika u taqsam fruntiera mal-Marokk. Biex niiehmu, l-eluf li qasmu illegal- ment mill-Marokk ma setgħux minn hemm jimxu lejn Madrid, jew Barċellona, u lanqas jidħlu f 'xi pajjiż ġar Ewropew. Dan għaliex biex minn Ceuta tidħol ġewwa Spanja, u l-bliet ewlenin tagħha, hemm sistemi, strutturi, u għassa li twaqqaom milli jagħmlu dan. 60,000 + Iżda x-xena xorta waħda kienet ta' tħassib, b'bosta jistaqsu kif seħħet din il-biċċa kollha. Sa issa, jidher li ma hemmx tweġi- biet ċari. Aktar minn 60,000 per- suna daħlu għal għarrieda f 'belt b'popolazzjoni ta' it aktar minn 85,000 ruħ. Għalhekk li kienet invażjoni totali. Mill-inqas 75 persuna tilfu ħajjithom waqt il-qsim tal-fruntiera u mijiet oħra spiċċaw neqsin jew separati mill-familji tagħhom. Fost dawk li baqgħu fi Ceuta kien hemm madwar 1,000 minorenni mhux akkumpanjati, li ngħataw protez- zjoni skont il-liġi Spanjola. Taħt kontroll L-awtoritajiet Spanjoli, b'koperazzjoni mal-Marokk, irnexxielhom fi it jiem jerġgħu jieħdu kontroll tas-sitwazzjoni. Il-maġġoranza l-kbira tal-mi- granti rritornaw volontarjament jew ġew irritornati lejn il-Ma- rokk, filwaqt li Spanja saħħet il-kontrolli tal-fruntieri u talbet appoġġ mill-Unjoni Ewropea. Dibattitu Din il-kriżi qanqlet dibatti- tu Ewropew dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-protezzjoni tal-fruntieri esterni u l-ħtieġa ta' aktar solidarjetà bejn l-Istati Membri. Kien f 'dan il-kuntest illi l-UE laqqatna flimkien bħala Ministri responsabbli mill-qa- sam tas-sigurtà u l-intern. Il-pożizzjoni Maltija Bdejt billi esprimejt is-solidar- jetà sħiħa ta' Malta ma' Spanja. Mument bħal dak kien jitlob appoġġ lil pajjiż ħabib tagħna, immexxi mill-Prim Ministru soċjalista Pedro Sanchez. Dak li seħħ ma kienx jaħti għalih Sanchez, imma kien mument li kellhu jiaħ għajnejn l-UE koll- ha, bil-mexxejja kollha tagħha, li hemm bżonn ta' aktar azzjo- ni konkreta quddiem il-pjaga tal-immigrazzjoni illegali. Imbagħad mort dritt għall- punt. Għedt illi l-avvenimenti fi Ceuta juru kemm il-pressjonijiet migratorji jistgħu jinqalgħu u jiżviluppaw malajr, u sħaqt fuq il-ħtieġa ta' għassa kontinwa. Insistejt li l-prijorità immedjata għandha tkun li Spanja żżomm kontroll sħiħ tal-fruntiera ester- na tagħha, bl-appoġġ tal-aġenziji kollha tal-Unjoni Ewropea fejn ikun meħtieġ. Aktar ħeffa Fakkart lil sħabi l-ministri tal-Unjoni Ewropea, li l-Unjo- ni diġà għandha l-qafas lega- li, l-għodod operazzjonali u l-aġenziji meħtieġa biex tindiriz- za b'mod effettiv il-pressjonijiet migratorji. Allura argumentajt illi minflok jinħolqu mekka- niżmi ġodda, l-isforzi għandhom jiffukaw fuq użu aktar malajr, u aktar effettiv, tal-għodod li diġà jeżistu sabiex jingħata appoġġ lill-Istati Membri li qed jaffaċċ- jaw pressjoni fuq il-fruntieri esterni tal-Unjoni. Malta tgħodd ma' dawn il-pajjiżi, għax tefgħa ta' ġebla 'l bogħod minnha hemm il-Libja. Pożizzjoni Soda Appellajt għal politika kom- prensiva u bilanċjata dwar il-migrazzjoni li tkun soda kontra l-migrazzjoni illegali u bl-istess mod soda fl-indirizzar tal-kawżi ewlenin tagħha. Għedt li dan jeħtieġ protezzjoni aktar b'saħħitha tal-fruntieri esterni, intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra t-traffikanti tan-nies, u n-networks kriminali, proċeduri ta' ritorn aktar effettivi, kif ukoll koperazzjoni aktar effettiva mal- pajjiżi tal-oriġini u tat-tranżi- tu. Dawn is-sħubijiet jibqgħu essenzjali biex jiġi evitat it-tluq irregolari, jiġu ġestiti l-pressjoni- jiet migratorji, u jiġu ffaċilitati r-ritorni. Magħqudin Sħaqt illi dan kollu jista' jsir biss jekk il-pajjiżi kollha tal- UE jiġbdu ħabel wieħed – għax jekk kulħadd se jaħseb għal rasu, il-problema se tikber. Irid ikun hemm tqassim ġust tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri. Fuq kollox, u dan għed- tu b'enfasi partikolari, hemm bżonn illi jitkompla l-avvanz ta' soluzzjonijiet innovattivi, inklużi ċentri għar-ritorn (return hubs), filwaqt li tissaħħaħ l-effettività tas-sistema Ewropea tar-ritorn. U filwaqt li nagħmlu dan kollu, kruċjali li l-Istati Membri jżom- mu l-awtorità li jiddeċiedu min jista' jidħol u jibqa' fit-territorju tagħhom, skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea u l-liġijiet nazzjonali. Jidhirli li kienet laqgħa tajba u nħoss li hemm rieda tajba wkoll illi flimkien inkomplu nindirizza l-isfida tal-immi- grazzjoni illegali. Fadal ħafna aktar xi jsir mill-UE, u jidhirli li hemm bżonn ta' aktar ħeffa biex jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu. Min-naħa tiegħi se nkompli ninsisti fuq dan, fil- waqt li fuq livell lokali, nassigura r-riżorsi kollha possibbli biex inżommu lil Malta sigura fil-qa- fas, u b'rispett sħiħ lejn il-liġijiet internazzjonali. Call out: L-Istati Membri tal-UE għandhom iżommu l-awtorità li jiddeċiedu min jista' jidħol u jibqa' fit-territorju tagħhom. Ceuta u lil hinn minnha Għexieren ta' eluf ta' persuni jitilgħu mill-baħar għal fuq il-belt Spanjola ta' Ceuta Ministru għall-Intern u s-Sigurtà GLENN BEDINGFIELD

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 August 2026