Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546132
Mill-ewwel mument taċ-ċinema fl-1895, quddiem il-kamera ta' Monsieur Lument (wieħed mill- ewwel pijunieri ta' din l-arti), meta tifel brikkun b'saqajh rifes il- manka tal-ilma u meta l-ġardinar xwejjaħ mar iħares lejn it-toqba u t-tifel reħa siequ, it-tfal saru forza irreżistibbli fil-films. Kien mis-sena 1911 li l-isem ta' dawn l-atturi ċkejknin beda jidher fuq it-tertuqa, però diversi tfal kienu diġà saru popolari mal-udjenzi. Fi it snin wara, il-kult tal-per- sonalità ta' xi tfal tant kiber li bdew isiru huma l-protagonisti tal-produzzjonijiet ta' tul ta' madwar bejn 10 u 20 minuta. Iżda l-ewwel atturi tfal ta' films ta' tul normali dehru fil-bidu tad-Diċen- nju 20. Wieħed mill-iżjed popolari ta' dan iż-żmien bikri ta' din is-Seba' Arti kien Jackie Coogan li deher ma' Charles Chaplin f 'e Kid (1921). Is-supremazija ġo produzzjonijiet qosra b'atturi tfal, issa riservata biss għall-kummiedji sfrenati, minn hawn 'il quddiem ikkargat fl-1922 meta l-produttur Hal Roach waqqaf Our Gang, serje istituzzjonali li damet sejra sal-1944, li ħafna oħrajn imi- tawha però li qatt ma kkomparaw magħha. Jackie Coogan li beda jaħdem ta' seba' snin, laħaq il-quċċata meta kien għadu żgħir u baqa' hemm għal xi għaxar snin, sakemm ġiet il-wasla tal-films mitkellma. Coogan sar superstilla bi brieret, pupi, kaxxi tas-sulfarini, eċċ. b'is- mu fuqhom jinbiegħu bir-radam. Meta dar dawra mal-Amerka u l-Ewropa fl-1924 ta' kważi għaxar snin, biex jiġbor flus għall-orfni ġie milqugħ mil-Lega tan-Naz- zjonijiet f 'Ġinevra u f 'Ruma mill-Papa li onorah bis-Salib tad-Deheb tal-Ordni ta' Ġerusa- lemm. Meta waslu l-films mit- kellma, ta' 15-il sena deher f 'Tom Sawyer (1930) u Huckleberry Finn (1931). Kien issa għadda żmienu bħala tifel. Warajh wasal Jackie Cooper li twieled fl-1922 u beda jidher fuq il-liżar il-kbir meta kellu biss tliet snin. Zijuh, Norman Taurog (li dderieġa ħafna films anki ta' Elvis Presley) daħħlu fil-films u l-ewwel xogħol tiegħu Skippy (1931) kien suċċess. Cooper, li qabel kien ukoll membru ta' Our Gang sar stilla maġġura u anki kien innominat għall-Oscar. L-istess xorti messitu meta ma' Wallace Beery ħadem e Champ (1931) u wara tliet produzzjonijiet oħra reġa' deher ma' Beery fi Treasure Island (1934). Fl-1922 twieled Joe Yule Jr., li nafuh aħjar bħala Mickey Rooney, minn ġenituri ta' dixxendenza Amerikana/Irlandiża. Ta' sentejn beda jidher fuq il-palk ma' ommu u missieru u ta' erba' snin sar żeffien ċelebri. L-ewwel film tiegħu wasal meta għalaq sitt snin u it wara kien il-protagonist tas-serje komika Mickey Maguire li bdiet fl-1927 sal-1934. B'hekk ismu sar Mickey Maguire u fil-ħames snin ta' wara sab ruħu fit-talkies. Ta' min isemmi li kemm hu u kemm Shirley Temple ma' ġewx aċċettati fis-serje Our Gang. Meta ħalla din is-serje kellu jibdel ismu minn Maguire għal Rooney u fit-tliet snin ta' wara ħadem f 'madwar 25 film. Mickey ibbrilla f 'A Midsum- mer Night's Dream (1935) u Little Lord Fauntleroy (1935) b'kuntratt ta' seba' snin mal-MGM. Ta' 17-il sena deher ma' Judy Garland li kellha 15-il sena f 'Babes In Arms (1939) u Strike Up e Band (1940). Issa kien sar adult. Atturi oħra tfal li impressjonaw kienu Freddie Bartholomew, attur Brittaniku li ġie magħżul għal David Copperfield (1935) ukoll b'kuntratt ta' seba' snin mal- MGM. Freddie sar famuż bil-films Captains Courageous (1937) ma' Spencer Tracy u Kidnapped (1938). Minn Franza nibet it-tfajjel irqajjaq Robert Lynen. Is-sena 1932 rat il-wasla f 'Holly- wood tal-aktar tifla famuża fl-istor- ja taċ-ċinema, il-ħelwa, simpatika u inġenjuża Shirley Temple li twieldet fl-1928. Din kellha l-fortuna li tasal fil-mument opportun, it-tifla ta' stil ġdid, it-tfajla meraviljuża tat-talk- ies. Mis-snin 1935 sal-1939 ħadmet fi 15-il film li kollha kellhom il-kelma emottiva "little", "wee" jew "littlest", biex turi kemm din il-ġenju kienet għadha żgħira. Tant kienet tiġġenera ferħ fl-udjenzi li kien hemm bżonn li tkun taf tir- reċta. Kienu jqisuha bħala l-Anġlu Kustodju ż-żgħir billi tgħin u tik- komforta liċ-ċkejknin u lill-batuti. Mas-snin 40 il-poplu beda jitlef l-interess fiha, però xorta waħda l-fama tagħha baqgħet soda. 14 films IL-ĦADD 9 T'AWWISSU 2026 • illum Carmel Bonnici Il-popolarità tal-atturi tfal - L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Charlie Chaplin u Jackie Coogan Shirley Temple

