MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546199

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 16 T'AWWISSU 2026 • illum IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Dan ifisser li, fil-każ tas-sentenzi ta' ħabs għan-nisa, kemm il-votanti tal-PN kif ukoll dawk tal-PL għandhom maġġoranza relattiva favur it-tneħħija tagħhom. In-nisa wkoll huma aktar favur it-tneħħija tas-sentenza mill-irġiel. 47% tan-nisa jappoġġjaw il-bidla, kontra 30% li jridu li s-sentenza tibqa', filwaqt li fost l-irġiel l-opinjoni hija kważi maqsuma bin-nofs, b'40% favur u 41% kontra. Fost il-Kattoliċi prattikanti, 41% huma favur it-tneħħija tas- sentenza ta' ħabs u 37% kontra. Fost il-Kattoliċi mhux prattikanti, l-appoġġ jitla' għal 45%. Il-pożizzjoni hija aktar maqsuma meta l-mistoqsija tkun dwar is-sentenzi ta' ħabs għat- tobba li jgħinu f 'abort. 38% iridu li jitneħħew, filwaqt li 41% iridu li jibqgħu fis-seħħ u 21% mhumiex deċiżi. Id-differenza ta' tliet punti hija fi ħdan il-marġni ta' żball ta' ±3.6 punti. Anke hawn, l-edukazzjoni u l-età joħolqu differenzi kbar. Fost dawk b'edukazzjoni terzjarja, 50% huma favur it-tneħħija tas-sentenza ta' ħabs għat-tobba, kontra 31% li jridu jżommuha. L-appoġġ għat- tneħħija jinżel għal 41.5% fost dawk b'edukazzjoni postsekondarja u għal 31% fost dawk b'edukazzjoni sekondarja u primarja. Fuq il-bażi tal-età, l-appoġġ għat-tneħħija tas-sentenzi għat- tobba jinżel minn 46% fost dawk ta' bejn 16 u 35 sena għal 30% fost dawk ta' aktar minn 65 sena. Il-liġi Maltija tipprovdi sentenza massima ta' tliet snin ħabs għal mara li tipprokura l-abort tagħha stess jew tagħti l-kunsens tagħha għalih. Għal professjonisti mediċi li jipprovdu mezzi biex jipprokuraw abort, il-piena massima hija ta' erba' snin ħabs, flimkien ma' projbizzjoni permanenti milli jipprattikaw il- professjoni. Bastion Nights Under the Stars Jazz Nights every Wednesday evening and a specially curated à la carte dining experience. Mediterranean Barbecue every Tuesday & Thursday evening accompanied by live entertainment. +356 2122 5241 Bastion Restaurant - The Phoenicia Malta | Scan to learn more 43% jgħidu li s-sentenza ta' ħabs għandha titneħħa mil-liġi, waqt li 35% huma favur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 August 2026