MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546199

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 16 T'AWWISSU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, inpoġġu l-lenti tagħna fuq it-tieni volum tal-ġurnal letterarju Mgħawġin. Michaela Pia Camilleri tħares lejn bosta mix-xogħlijiet, u tirrifletti fuq il-letteratura Għawdxija tal-2026. Għawdexità u Għawdexiżmi Fil-quċċija kont qbadt bajda. Issa jew għax il-bajda kienet profetika, jew forsi għax wettaqt il-profezija jien stess, ħajti spiċċat mimlija daqs waħda. Il-ġurnal letterarju Għawdxi Mgħawġin ukoll għalaq sena, u kellu l-quċċija – kif turi qoxortu kkulurita – u din ġabet magħha xi it ta' kriżi eżistenzjali wkoll: l-edituri ma jafux x'se jsir la jikber. U tiimhom. It-tema "Għawdx- ija" hija wiesgħa ħafna biex timla ġurnal letterarju. Kif tgħid editriċi minnhom: "li sempliċement tkun Għawdxija hija tema?" Li joħroġ fiċ-ċert f 'dal-volum huwa t-ten- tattiv tal-ġurnal biex jiskopri xi tfisser il-letteratura Għawdxija, speċjalment meta wieħed iqis li l-kontributuri jinkludu wkoll nies li marru jgħixu Għawdex, avolja mhumiex minn hemm. Xtaqt nibda billi nikkummenta fuq xorti xi it iżjed superfiċjali, iżda li naħseb li huma importanti biex ġurnal letterarju jittieħed bis-serjetà li ħaqqu. Il-ġurnal huwa bilingwi (jew trilingwi, jekk trid tinkludi l-Għawdxi), u għal dan m'għandi l-ebda kritika – huwa riflessjoni tajba tas-soċjetà li ħareġ minnha. Xtaqt però xi it iżjed konsistenza fil-preżentazzjoni bilingwi tiegħu: li pereżempju r-radd ta' ħajr tal-bidu tkun biż-żewġ lingwi, mhux waħda, minħabba li tista' tidher deċiżjoni inkonsistenti jew arbitrarja. Il-bi- jonoti tal-kontributuri wkoll kienu taħlita taż-żewġ lingwi. Inħoss li kien ikun aħjar kieku ġew trado- tti għaż-żewġ lingwi, u editjati u strutturati fi stil simili, bħalma jsir f 'ġurnali letterarji oħra. Il-ġurnal imqassam f 'żewġ partijiet: parti ddedikata lill-poeżija u l-proża, u parti lill-artikli jew esejs fuq il-letteratura. Mill-artikli laqatni l-iżjed dak ta' Joseph W. Psaila, li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-letteratura mill-gżira Għawdxija u janalizzaha. Jgħid li l-letteratura hija iżjed maskili milli femminili, iżjed reliġjuza milli spiritwali, iżjed erojka milli erotika, u iżjed tradizzjonali milli moderna. U fuq din tal-aħħar għandu raġun. Jin- nota kif il-poeżija Għawdxija hija l-iżjed ġeneru li wiret l-oppressjoni tat-tradizzjoni, bit-temi tal-poeżiji jillimitaw ruħhom għall-baħar, il-kampanja, u nżul ix-xemx. Però jinnota kif fl-aħħar deċennju, il-kittieba bdew jipprotestaw dwar l-istupru ambjentali tal-kampan- ja Għawdxija, bħallikieku din evidenza li l-letteratura Għawdxija bil-mod qed titbiegħed mit-tradiz- zjoni. Però naħseb li dan is-suġġett minnu nnifsu sar wieħed tradizz- jonali – inkitbet ħafna letteratura fuq ir-rigress tal-progress, kif jixhed il-kontenut ta' dan il-ġurnal stess, bi tliet sottomissjonijiet fuq dan is-suġġett. Għoġbitni d-distin- zjoni li għamel Psaila dwar l-Għaw- dexità, fejn kitba tikkonċerna dak li hu Għawdxi, u l-Għawdexiżmi, fejn joħorġu elementi tal-identità Għawdxija, minkejja li s-suġġett tal-kitba mhuwiex Għawdex. F'dan il-ġurnal ħarġu t-tnejn li huma. Rigward l-artikli f 'dan il-ġurnal, xtaqt iżjed serħan tal-moħħ li dak li kont qed naqra ġie vverifikat minn xi akkademiċi, jew peer-reviewed. L-artikli ta' Luke Refalo fuq Mary Meylak u ta' Ema Vella fuq Ġorġ Pisani, kienu interessanti wkoll. Mis-sezzjoni tal-poeżija u l-proża, kien hemm biċċiet li għoġbuni ferm. Għoġbitni l-iżjed 'Ħolqa' ta' Yanika Attard. Mhux eżatt poeżija, iżda fiċ-ċert poet- ika, tittratta mħabba mitlufa, u l-imrar li ħalliet warajha. L-użu tax-xbieha tad-demm effettiva ħafna, u ġġiegħlek tħoss l-uġigħ tal-qsim il-qalb: "Ittellagħni kemm ittellagħni nispiċċa niżloq fuq demmi jraxxax, u nerġa' nisfa fejn bdejt. Bil-ġrieħi tebgħa, ninfexx f 'dit-tiċpisa niexfa ta' dawn l-erbat ikliem." Il-poeżija bl-isem 'L-Invażjo- ni' ta' Joseph Mario Grech turi l-perspettiva tal-Maltin li jitilgħu Għawdex f 'festa pubblika, u, b'kun- trast, il-perspettiva tal-Għawdxin li jsofru l-konsegwenzi ta' din l-in- vażjoni. Apparti li tema relevanti ħafna, għoġobni l-mod kif inqeda bil-forma biex juri l-kuntrast fl-esperjenzi, fejn strofa twieġeb lill-oħra, qishom żewġ universi paralleli li ma jixbhu xejn lil xulxin. Kien hemm xi strofi li kellhom bżonn iżjed editjar, għax inħas- su strambi, iżda b'mod ġenerali għoġbitni. Għoġbitni 'Is-Santi taċ-Ċikwe- jra' ta' Colombia Cefai, li trattat suġġett li qatt ma kont smajt bih – is-santi li kienu jqiegħdu fil-boroż taċ-ċikwejra. Tefgħetni f 'dinja oħra, u kienet miktuba tajjeb. Però, jien waħda mill-kamp letterarju li jevita l-użu żejjed tal-punt tal-esklamazz- joni – speċjalment tlieta f 'paragra- fu wieħed. Naħseb li Cefai setgħet tesprimi lilha nnifisha aħjar, bla ma tużahom. Hawn fejn jidħol l-editjar. Din il-punteġġjatura ntużat spiss ukoll minn Claire Medati Stride, fis-silta 'Immigranta f 'Pajjiżi Stess'. Minkejja li s-silta tagħha kienet tittratta tema interessanti, ħassejt li kellha bżonn editjar iżjed qawwi, biex jiġi evitat l-użu qawwi tal-klix- ejiet. Inħasset it parrokkjali, mhux biss fir-romantiċiżmu tal-vil- laġġi żgħar, iżda anke fl-użu ta' ċertu djalogu, bħal pereżempju: "... meta nara dak l-assedju fi żmien… Santa Marija…fil-veru sens tal-kel- ma jġiegħlek tgħid 'Is-Santa Marija, fejn ser nipparkja?'" Il-poeżiji 'Galway-Għawdex' ta' Helena Zammit Bouchalova, 'minn hawn sax-xatt u lura' ta' Leanne Ellul, u 'e Pilgrimage' ta' Nicole Micallef kienu ħelwin. 'Bla Tislima' ta' Francesca Borg kienet biċċa proża ħelwa u poetika wkoll. 'QANPIENA' ta' Charles Bezzina miktuba tajjeb, iżda tinħass xi it wisq tradizzjonali. Għad hawn post għall-kitba tradizzjonali, iżda nħoss li xorta għandha tinħass friska u fi żmienha. Kien hemm ukoll 'Is-Sibt Filgħodu' ta' Jenny Barbara Bu- hagiar li ttrattat l-iżvilupp b'mod interessanti permezz tad-dar ta' nannitha, iżda ħassejt li kien hemm xi it klixejiet. Tinħass xi it wisq ovvja, u flok turi, tgħid (i.e. telling, not showing) bi frażijiet bħal "moħħhom biss biex jaraw il-ħmerijiet fuq YouTube." 'e Glass Prison' ta' Kylie Grech u 'Oracle' ta' Liam Attard kienu differenti ferm mill-bqija u l-inqas li kienu jinħassu siltiet Għawdxin. B'hekk jerġa' jidwi kliem editriċi minnhom: "li sempliċement tkun Għawdxija hija tema?" Minkejja li għad baqa' x'jitjieb f 'dan il-ġurnal, naħseb li huwa importanti xorta waħda. F'soċjetà żgħira bħal t'Għawdex, mhux faċli tiġġenera kitba letterarja, speċjal- ment kitba vulnerabbli, li tikxfek fil-beraħ. Li tqiegħed ismek fuq il-karta huwa att vulnerabbli u kuraġġuż fejn tħalli lil kulħadd jiġġudikak u jinterpretak ħażin. Għalhekk, it-trasparenza tal-iden- tità tal-kontributuri hija essenzjali, għax tinħoloq sens ta' fraternità u protezzjoni bejn il-kontributuri, li jħossuhom inqas vulnerabbli u es- posti. Sakemm m'hemmx xi riskju ta' periklu reali għall-kontributriċi, ma ħassejtx li kellha tiġi moħbija l-identità tagħha fis-silta 'POV ta' ġurnata ta' żagħżugħa Għawdxija ta' 23 sena'. Il-kitba għandha tkun att ta' kuraġġ – meta nibdew naħbu l-identità tagħna bħala kittieba, nibdew nibżgħu nibdlu d-din- ja bil-kitba tagħna. U naħseb li l-komunità ta' Mgħawġin għandha sservi bħala dan l-ispazju sigur sabiex il-kittieba jsibu kenn biex jimirħu f 'kitbiethom, u biex naraw l-Għawdexità u l-Għawdexiżmi jkomplu jsibu posthom fir-reper- torju letterarju Malti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 August 2026