MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546199

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 analiżi illum • IL-ĦADD 16 T'AWWISSU 2026 BirdLife Malta, Din l-Art Ħel- wa, Moviment Graffitti, Nature Trust, Friends of the Earth Malta u organizzazzjonijiet oħra ressqu appell. Il-kontroversja għalhekk telqet mill-boardroom tal-Planning Authority u daħlet fil-qrati u fit-tribunali. It-Tribunal u l-Qorti F'Novembru 2025, l-Envi- ronment and Planning Review Tribunal ikkonferma l-permess tal-Planning Authority. It-Tribu- nal qies fost affarijiet oħra t-telf ta' madwar 1,220 metru kwadru ta' garigue, iżda kkunsidra li dan kien ikkumpensat permezz tar-restawr ta' 2,340 metru kwad- ru ta' garigue f 'żoni oħra. Għall-iżviluppatur, dan kien pass importanti ieħor. Għall-għaqdiet ambjentali, il-battalja kienet għadha ma spiċċatx. F'Mejju 2026, il-Qorti annul- lat id-deċiżjoni tat-Tribunal u bagħtet il-każ lura għal konsider- azzjoni mill-ġdid. Il-kawża kienet marbuta mal-isfida tal-organiz- zazzjonijiet ambjentali għall-per- mess tal-iżvilupp. L-iżviluppatur qal li d-deċiżjoni tal-Qorti ma fissritx it-tmiem tal- proġett, iżda pass ieħor fi proċess regolatorju li ilu għaddej għal sitt snin. HV Hospitality sostniet li tibqa' fiduċjuża fil-merti tal- proġett. U propju meta din il-battalja kienet għadha għaddejja, feġġet waħda oħra. Il-kontroversja tas-siġar Fi Frar 2026, l-ERA approvat permess, EP 01472/22, relatat ma' interventi fuq siġar fiż-żona tal-lukanda f 'San Niklaw u ż-żo- na tal-bungalows f 'Santa Marija. Il-permess kien jikkonċerna 723 siġra: 99 minnhom protetti u 624 oħra mhux protetti, skont l-informazzjoni li ħarġet fl-appell. Din saret kontroversja fiha nnifisha. Moviment Graffitti argumentat li l-permess ma kienx ippubblikat b'mod xieraq u li l-pubbliku ma ngħatax l-opportunità meħtieġa biex jipparteċipa fil-proċess. L-ERA kienet approvat il-per- mess fl-20 ta' Frar 2026. Il-proċess spiċċa quddiem it-Tribunal, li rrevoka l-permess u ordna li l-applikazzjoni terġa' tiġi kkunsidrata mill-ERA skont il-proċedura korretta. Ir-rekords uffiċjali tal-ERA juru li EP 1472/22 kienet relatata ma' "interventions on more than 10 protected trees" u li l-applikazz- joni ġiet appellata f 'Marzu 2026. Aktar tard l-istess applikazzjoni reġgħet kienet suġġetta għal konsultazzjoni pubblika bejn l-20 u t-30 ta' April. Għalhekk, dak li beda bħa- la parti mill-proċess tekniku għall-iżvilupp tal-lukanda reġa' sar battalja dwar it-trasparenza, il-parteċipazzjoni pubblika u l-protezzjoni ambjentali. Is-siġar: telf jew restawr? L-iżviluppatur għandu argu- ment differenti. HV Hospitality tgħid li l-proġett mhux sempliċement se jneħħi veġetazzjoni. Skont il-kumpanija, se jitneħħew speċi invażivi u se jsir investiment qawwi fir-riġenerazzjoni tal-pa- jsaġġ. Il-pjan tal-iżviluppatur jgħid li se jitneħħew 1,831 pjanta u siġra aljena jew invażiva u 132 siġra protetta, filwaqt li se jiġu sostitwi- ti 1,200 siġra protetta u jitħawlu aktar minn 55,000 siġra, arbuxx- ell u pjanta endemika. Il-kumpanija targumenta wkoll li l-proġett se jnaqqas il-footprint tal-bini, jirrestawra art disturbata u jtejjeb il-pajsaġġ. Iżda għall-avversarji, il-kwist- joni tibqa' waħda sempliċi: siġra eżistenti mhijiex l-istess ħaġa bħal siġra li titħawwel għada. Siġra li kibret għal għexieren ta' snin għandha valur ekoloġiku, strutturali u pajsaġġistiku li ma jistax jiġi sostitwit immedjata- ment b'numru fuq spreadsheet. Dan huwa wkoll dak li jagħmel il-kontroversja attwali daqshekk qawwija. Il-ġlieda mhijiex aktar biss dwar il-bini. Hija dwar dak li għandu jitneħħa biex il-bini jkun jista' jsir. kontroversji u battalji għall-futur tal-gżira Waqt xi festa jew f'marċ brijuż, il-kunsens joffri spazju dinjituż. Jekk qed tesperjenza l-abbuż: 179, 116 006 Indirizza imġiba abbużiva: 2295 9000 Disinn ta' kif ħa tidher il-lukanda l-ġdida

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 August 2026