Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546199
08 aħbarijiet IL-ĦADD 16 T'AWWISSU 2026 • illum analiżi IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH IKOMPLI MILL-PAĠNATA' QABEL Sal-9:53 a.m., diversi residenti jkunu ħarġu fuq il-gallariji u l-bjut tal-blokok li jimlew it-triq. Jidhru interessati sew. Din hija żona li rat pulizija, tfittxijiet u media marbuta ma' euma għal snin. Fl-10:04 a.m., il-ġurati u l-kumpla- ment tal-partijiet jibdew mexjin lejn in-naħa tagħna tat-triq. Għal it sekondi jidher li forsi se jirnexxilna naraw xi ħaġa aktar. Imma le. Jidħlu fil-vannijiet. Fl-10:08 a.m. nerġgħu nitilqu. Id-destinazzjoni li jmiss: garaxx f 'Marsaskala, fi Triq il-Gidwet. Seba' minuti fi Triq il-Gidwet Fl-10:32 a.m. naslu fi Triq il-Gidwet. Għal darb'oħra, it li xejn nistgħu naraw. Il-ġurnalisti jinżammu f 'distanza mill- post, u minn fejn inkunu naraw ħafna aktar it-triq milli dak li qed jintwera lill-ġurati. U t-triq bħalissa hija storja żgħira fiha nfisha. Imħarbta sew. Ġebel mal-ġnub. Xogħol għaddej fiha. Bejn il-konvoj, il-pulizija u t-trab, ix-xena hija kemxejn kaotika. Il-proprjetajiet ta' euma, inklużi garaxxijiet, daħlu wkoll taħt lenti matul l-investigazzjonijiet u fil-proċeduri sussegwenti dwar l-assi tiegħu. Fil-ġuri nstemgħet evidenza dwar tfittxijiet fi proprjetajiet tiegħu u, separatament, dwar tranżazzjonijiet ta' proprjetà li għamel wara l-arrest tiegħu. B'differenza mit-triq tal-appartament, il-ġirien hawn għall-ewwel ma jidhrux daqshekk kurjużi. Jew għall-inqas mhux mill-ewwel. Fl-10:35 a.m. xorta jkun inġabar grupp żgħir fit-triq, iħares lejn id-direz- zjoni tal-post fejn tkun għaddejja l-vista. Fl-10:37 a.m. kollox jerġa' jiċċaqlaq. Seba' minuti biss wara li wasalna, il-vista tkun spiċċat. U għal darb'oħra nerġgħu ninġabru u nidħlu fil-vann wieħed wara l-ieħor. Din id-darba lejn il-Belt. Kastilja: mill-uffiċċju ta' Chief of Staff għal xena ta' tfittxija Fil-11:10 a.m. naslu Kastilja. Wara ranch, appartamenti u garaxxiji- et, il-konvoj issa jasal f 'wieħed mill-aktar postijiet pubbliċi u simboliċi f 'Malta. Il-bieb prinċipali jibqa' magħluq. Il-ġurati u l-kumplament tal-partijiet jidħlu minn bieb fil-ġenb. Barra, il-karozzi u l-vetturi li qed iġor- ru lill-persuni involuti fil-vista jibqgħu pparkjati qrib id-daħla. Kważi jiffurmaw ħajt sħiħ. Il-linja tal-vista tagħna lejn il-bieb tinqata' kompletament. U hemm raġuni għaliex il-ġurija tinsab hawn. Kastilja kienet il-post tax-xogħol ta' Keith Schembri meta kien Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat, u l-uffiċċju tiegħu sar parti mill-inves- tigazzjoni wara li Schembri rriżenja fl-eqqel tal-kriżi politika ta' Novembru 2019. Fil-5 ta' Diċembru ta' dik is-sena, investigaturi fittxew l-uffiċċju tiegħu. Fil-ġuri, il-ġurati diġà raw filmati minn dik it-tfittxija: pulizija jiħu drawers u cabinets, jelevaw dokumenti u jfittxu fuq l-iskrivaniji. MaltaToday irrapporta li wieħed mid-dokumenti li ġie muri fil-filmat kien fih kliem miktub bl-idejn fosthom "DCG" u "arrests". Fl-istess uffiċċju kien hemm ukoll folder blu bi prints mill-blogg ta' Daphne Caruana Galizia. Ix-xhieda fil-ġuri wriet ukoll li l-pulizija rkuprat għexieren ta' doku- menti mill-uffiċċju, filwaqt li d-difiża qajmet mistoqsijiet dwar kif saret it-tfit- txija u għaliex l-uffiċċju ma kienx taħt sorveljanza kontinwa tal-pulizija bħalma kienu ċerti postijiet marbuta ma' Fenech. Imma Kastilja tidħol fl-istorja ta' Melvin euma sa minn qabel dan kollu. euma qal lill-investigaturi li kien ittieħed għal laqgħa hawnhekk u ngħata xogħol mal-gvern. L-investigazzjoni sussegwentement iffukat fuq dan ix-xog- ħol, li euma qal li fil-prattika qatt ma għamel. Huwa kellu wkoll ritratt tiegħu ma' Schembri f 'Kastilja — l-istess ritratt li aktar tard instab għand euma meta ġie arrestat. Schembri jikkontesta li l-laqgħa kellha xi sinifikat marbut mal-qtil. Fil-ġuri qal li euma kien sempliċement mar għandu dwar xogħol u ċaħad li kellu xi relazzjoni sinifikanti miegħu. Għalhekk il-ġurija llum mhix sem- pliċement dieħla f 'uffiċċju. Qed tidħol fil-kamra li minnha investigaturi rkupraw dokumenti; il-post li jidher fil-filmati li diġà raw fl-awla; u l-istess binja li daħlet fir-rakkont ta' euma dwar kif sab ruħu f 'ritratt ma' wieħed mill-aktar nies b'saħħithom fil- gvern ta' dak iż-żmien. Minn barra, iżda, ix-xena hija aktar sempliċi. Il-bieb prinċipali ta' Kastilja jibqa' magħluq. Il-vetturi jibqgħu quddiem id-daħla tal-ġenb, u jżommu lill-akkużat fil-biċċa l-kbira barra mil-linja tal-vista tagħna. U aħna, għal darb'oħra, nibqgħu barra. Nistennew. Wara kważi siegħa ġewwa Kastilja, il-ġurati u l-kumplament tal-partijiet jerġgħu joħorġu. U hekk, jintemm l-aċċess. Din id-darba għandna waqfa qabel ma nerġgħu nidħlu l-Qorti, fejn il-ġuri jerġa' jkompli fl-ambjent ferm aktar familjari tal-awla. Wara jumejn jiġru minn post għal ieħor, il-live blog jista' fl-aħħar jerġa' jibda. Meta l-Qorti toħroġ mill-awla: X' inhu aċċess f 'ġuri u għaliex huwa importanti? Fuq: Il-ġurati, bħall-akkużat u l-uffiċjali kollha tal-qorti kollha fil-każ, jibqgħu taħt ir-regoli stretti tal-proċess waqt l-aċċess Xellug Melvin Theuma, ix-xhud prinċipali tal-prosekuzzjoni

